Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017

Category Archives: Festival @mt

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-programm ta’ attivitajiet li ġie mħejji għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017. Il-Festival ser isir l-Università fl-4-5-6 ta’ April mill-10 ta’ filgħodu sa tard filgħaxija. L-għan tal-Festival huwa li jippromovi l-letteratura fis-sħuħija tagħha waqt li jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri tal-kotba jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, bħall-istudenti universitarji. Il-pubblikaturi u […]

IR-REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA ‘MONS’ AMANTE BUONTEMPO’ 2016 kif imħabbra nhar il-11 ta’ Novembru 2016, fis-Sala Temi Zammit, Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta waqt il-Festival Nazzjonali tal–Ktieb 2016 huma:- L-EWWEL PREMJU – Louis Briffa bil-poeżija ‘Falco Peregrinus’ IT-TIENI PREMJU – Paul P. Borg bil-poeżija ‘…bini Ażil…’ IT-TIELET PREMJU – Louis Briffa bil-poeżija ‘Storja Antika’ Is-serata infeħet […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jirringrazzja l-membri tal-pubbliku li żaru l-festival u ħadu sehem fil-ħafna attivitajiet u wirjiet li ġew imtella’ għalihom. M’hemmx pjaċir ikbar għalina milli dak li naraw li l-enerġija u x-xogħol li tfajna fil-festival sabiex ikun kemm jista’ jkun esperjenza edukattiva, divertenti u memorabbli isarraf f’numru ikbar ta’ żjarat mill-pubbliku. Minn-naħa tagħna, inwiegħdu […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2015. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 8 ta’ Novembru, 2016 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (9-13 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esibituri tal-Festival u mistednin distinti oħra. […]

Dan il-għodu fid-9 il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Impjieg, l-Onorevoli Evarist Bartolo u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri ħabbru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 fil-Mediterranean Conference Centre (MCC), il-Belt Valletta. Il-festival ser ikun miftuħ għall-pubbliku mid-9 sat-13 ta’ Novembru filgħodu u filgħaxija. Matul il-ġranet tal-ġimgħa filgħodu il-festival ser ikun iddedikat għal qarrejja żgħar u studenti. Ġew […]

Mistiedna mportanti ħafna tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena hi bla dubbju Basma Abd El Aziz, il-kittieba ta’ The Queue, rumanz li ntlaqa’ b’tifħir kbir mill-kritiċi.  Basma tgħix fil-Kajr, fejn twieldet fl-1976 u għandha Master’s degree f’Newropsikjatrija mill-università ta’ Ein Shams. Hija membru taċ-Ċentru El Nadeem għar-Riabilitazzjoni ta’ Vittmi ta’ Vjolenza, kif ukoll membru tal-Assoċjazzjoni […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta l-filmat promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016. (Malta Book Festival 2016) Id-dati tal-edizzjoni tal-Festival ta’ din is-sena huma mid-9 sat-13 ta’ Novembru ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Belt Valletta u kopja tal-programm uffiċċjali tal-attivitajiet tul il-ħamest ijiem jista’ jitniżżel minn din il-ħolqa: http://ktieb.org.mt/?p=2662. L-attivitajiet huma miftuħin għall-pubbliku ġenerali u bla ħlas. Ħudu […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku b’preżentazzjoni li ser tittella’ bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Ispanjol (Università ta’ Malta) u l-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta flimkien mal-istess Kunsill u SKS, bit-titlu ‘Cervantes and Don Quixote in Literature and Culture’. Il-preżentazzjoni, li hija waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, hija maħsuba sabiex tfakkar l-400 anniversarju mill-mewt ta’ Miguel de Cervantes […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu pjaċir jippreżenta lill-kittieb Bulgaru Alek Popov, wieħed mill-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’  din is-sena. Ser jieħu sehem f’żewġ attivitajiet – huwa wieħed mill-kelliema fil-konferenza Literature and Totalitarianism u ser ikollu avveniment f’ġieħu fejn ser jitkellem mal-ġurnalist u kittieb Teodor Reljic fuq il-ħsibijiet u t-temi li jinformaw il-kitba tiegħu. Il-kittieb ser […]

Hekk kif il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qed joqrob viċin, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi l-programm għall-Festival kemm biex jgħarraf lill-pubbliku bl-avvenimenti li tħejjew għalih kif ukoll sabiex ikun ta’ gwida għal kull min iżur il-festival. Niżżel kopja minn din il-ħolqa: mbf-2016-programme-mt Wieħed mill-avvenimenti ewlenin tal-festival f’din is-sena huwa ddedikat lill-poetessa Maria Grech Ganado, ir-rebbieħa tal-premju Lifetime Achievement […]

L-akkademiku u kittieb Brittanniku Patrick McGuinness ser ikun fost il-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena. Huwa twieled fit-Tuneżija fl-1968 lil omm Belġjana ta’ ilsien Franċiż u missier ta’ dixxendenza Irlandiża. Kiber fil-Belġju u għex għal xi żmien fil-Venezwela, l-Iran, ir-Rumanija u l-Ingilterra. Kien iż-żmien li qatta fir-Rumanija fejn ra b’għajnejh il-waqa’ tar-regime kommunista, […]

Fl-2015 il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iddeċieda jiddedika avveniment lir-rebbieħ tal-Lifetime Achievement Award tas-sena ta’ qabel. Ir-rebbieħ tal-premju tal-2014 kien il-mibki Professur Godfrey Wettinger, magħruf l-iktar għall-iskoperta u l-ewwel traduzzjoni (flimkien ma’ Michael Fsadni) tal-ikbar teżor letterarju tal-pajjiż: Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaro, u anke għal kontra-argument li bih ċaħad it-teorija tal-kontinwita tal-Kristjaneżmu f’Malta kif kien ippropona Gian […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku li tħejja avveniment speċjali f’Temi Zammit Hall, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta, is-Sibt 12 ta’ Novembru fit-tmienja ta’ filgħaxija dedikat għall-adattament ċinematografiku ta’ xogħol letterarju.  Ser jintwera l-film rebbieħ tal-NBC PBS Film Contest ta’ din is-sena, magħmul minn Ryan Gatt u msejjes fuq novella ta’ Walid Nahban, Il-Kompliċi, meħuda […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar lill-Iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 ser isir f’Novembru li ġej mill-Erbgħa, 9 sal-Ħadd 13 fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), il-Belt Valletta. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar avveniment prestiġġjuż u importanti li għandu x’jaqsam mal-kotba fil-kalendarju edukattiv u kulturali Malti.  Matul dan l-avveniment, il-pubblikaturi u l-ħwienet […]

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ bil-konferenza tant mistennija dwar il-Letteratura u t-Totalitarjaniżmu. Għadd ta’ mistiedna speċjali, fosthom Basma Abdel Aziz, Patrick McGuinness, Alek Popov u Immanuel Mifsud, ser jieħdu sehem f’taħditiet ma’ Jurgen Balzan (ġurnalist) fuq it-tema ta’ kif il-letteratura tipikament tirrispondi għall-impatt politiku ta’ sistemi ta’ gvern li jfittxu li jifggħu l-espressjoni tal-individwu f’kull qasam […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma l-pubbliku li, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Bibljotekonomija, l-Arkivistika u x-Xjenzi ta’ l-Għarfien fl-Università ta’ Malta u l-Għaqda Bibljotekarji (MaLIA), ser titħejja konferenza ta’ ġurnata bit-tema ta’ kotba u litteriżmu fil-passat, il-preżent u l-futur (Books and Literacy:  Yesterday, Today and Tomorrow) bħala parti mill-attivitajiet imħejja għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016. Kif jimplika t-titlu, il-konferenza […]

Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 (9-13 NOV, MCC) http://ktieb.org.mt/?p=2518&lang=mt Ħudu nota tad-dati u tinsewx ixxerdu l-kelma! Disinn tal-posters ta’ ‘Julinu’

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li bħalissa għaddejin il-preparazzjonijiet għall-Festival tal-Ktieb 2016 u jixtieq jinforma lill-pubbliku ġenerali dwar il-post, il-ġranet u l-ħinijiet ta’ ftuħ, u anke dwar l-attivitajiet li tħejjew għalihom f’dan il-Festival. L-avveniment ser iseħħ mid-9 sat-13 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta u ser ikun miftuħ għall-pubbliku filgħodu u filgħaxija, […]

  Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 9-13 NOV – MCC Sejħa għall-Esebituri Din hija sejħa għall-esebituri interessati li jorganizzaw esebizzjoni dwar is-sengħa ta’ kif jinħadem il-ktieb tul il-ġranet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2016. L-esebizzjoni għandha tkun f’postha sa mit-8 ta’ Novembru (l-ġurnata tal-ftuħ uffiċjali tal-Festival) u ser tkun armata fil-Perellos Suite (il-Kappella) ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. Ix-xogħol […]

Niżżel kopja tal-Formola tal-Applikazzjoni bir-Regolamenti aġġornati għall-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 minn din il-ħolqa: Malta Book Festival 2016_formola tal-applikazzjoni Id-dati tal-Festival għall-2016 huma id-9 sat-13 ta’ Novembru (MCC). Problemi bil-proċess ta’ applikazzjoni jew mistoqsijiet dwar eliġibilta għall-parteċipazzjoni jistgħu jiġu mibgħuta lil Maria Muscat (KNK) fuq maria.e.muscat@gov.mt. L-applikazzjonijiet qed jiġu milqugħa fuq listess indirizz inkella fuq l-indirizz postali […]

Ilbieraħ is-7 ta’ April kienet l-aħħar ġurnata tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016 – tliet ijiem mimlijin bejgħ ta’ kotba u attivitajiet letterarji organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Universitá kif ukoll mill-pubblikaturi preżenti għall-fiera u għaqdiet oħra Universitarji attivi fuq il-Kampus. Ninsabu sodisfatti ħafna bl-attendenza u nittamaw li is-sena d-dieħla nerġgħu naraw lilkom […]

L-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fl-Università. Il-Festival se jittella’ bejn il-5 u s-7 ta’ April, mid-9:00 sas-14:00 u mill-16:00 sat-tard. Waqt dan il-Festival se jkun hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom HORIZONS, FARAXA BOOKS, SENSIELA KOTBA SOĊJALISTI (SKS), STUDENTS […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2015 – sena mimmlijja inizzjattivi ġodda, sena ta’ xogħol bla waqfien minn tim żgħir li qiegħed jikber biż-żmien, sena ta’ bosta kollaborazzjonijiet, biss aktar importanti minn hekk, l-2015 kienet sena ddedikata għall-promozzjoni tal-kotba u l-qari. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali u minn hawn tistgħu taċċessaw […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2015 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2014. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 3 ta’ Novembru, 2015 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (4-8 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esebituri tal-Festival u mistednin distinti oħra. Dawn […]

Ħareġ it-trailer ta’ ‘Dar ir-Rummien’! Trailer – ‘Dar ir-Rummien’ Il-KNK jistieden lill-pubbliku ġenerali għall-premiere ta’ Dar ir-Rummien nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Valletta bħala parti mill-programm ta’ avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015 ‘Dar ir-Rummien’ huwa adattament ċinematografiku minn 2Doors Media ta’ novella ta’ Pierre J. Mejlak mill-ġabra ta’ stejjer qosra tiegħu Dak […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar xi tibdil fil-ħinijiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb minħabba bżonnijiet nazzjonali relatati mal-konferenza internazzjonali tal-immigrazzjoni li ser issir il-Belt Valletta ftit jiem wara l-Festival. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser jagħlaq nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru f’nofsinhar (12.00) minflok ikun miftuħ il-ġurnata sħiħa, iżda nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser ikun […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-unur iħabbar lill-pubbliku l-programm tal-avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015. MBF 2015 – Programme – MT – web Xi darba kienu jgħidu li l-ktieb tradizzjonali ser jispiċċa kaġun tal-kompjuter, iżda dan f’pajjiżna ftit li xejn jidher minnu meta tqis li l-programm tal-avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena ser jinkludi ’l fuq […]

Il-PREMJU TERRAMAXKA 2015 huwa Premju għall-kotba immirati għat-tfal u adolexxenti li ġew pubblikati tul is-sena 2014. Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jiġu mħabbra ġurnata qabel il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (4-8 NOV, MCC, Valletta) u ċelebrati matul il-ġimgħa filgħodu meta t-tfal iżuru l-festival mal-iskejjel tagħhom. Il-parteċipanti tal-premju fil-kategoriji rispettivi huma mniżżla hawn taħt:   XOGĦOL ORIĠINALI: Kotba għat-Tfal (0-7 snin) […]

Dalwaqt jerġa’ magħna l-aktar avveniment importanti tas-sena f’Malta għas-suq tal-kotba: meta l-pubblikaturi u l-awturi kollha lokali jiltaqgħu taħt saqaf wieħed. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser iseħħ mill-4 sat-8 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta.   F’dawn il-ħamest ijiem, il-pubbliku ġenerali ser ikun jista’ jżur il-bini maestuż ta’ Dar […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għall-ewwel darba din is-sena, il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ser jinqasam f’żewġ sezzjonijiet distinti: il-Premju ta’ Kotba għall-Adulti, li bħal dejjem ser isir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru; u l-Premju ta’ Kotba għat-Tfal u l-Adolexxenti li ser iġorr it-titlu PREMJU TERRAMAXKA.   Għala Premju Terramaxka? Mit-terramaxka joħorġu melodiji mużikali, […]

Immaġina… l-iktar kotba riċenti, u l-awturi u l-pubblikaturi tagħhom jiltaqgħu taħt saqaf wieħed; xi ħadd jaqra storja u xi ħadd iehor poeżija. Kittieba jiddibattu, illustraturi jħażżu u l-bejgħ tal-kotba ma jonqosx. It-tfal jitilgħu sal-Belt u l-ħolm tagħhom isir realtà. F’Novembru li ġej jerġa’ magħna l-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB. Segwi dan is-sit u l-paġna tan-National Book Council […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-esebituri prospettivi tal-Festival Malti tal-Ktieb 2015 għandhom jimlew applikazzjoni sas-17 ta’ Awwissu biex jassiguraw il-parteċipazzjoni tagħhom u jitniżżlu fil-programm uffiċċjali. Applikanti għandhom jagħmlu is-sottomissjonijiet tagħhom għall-attivitajiet u għas-sussidji relatati. Il-Festival Malti tal-Ktieb ser isir mill-4 sat-8 ta’ Novembru, fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta. Niżżel kopja tal-Formola tal-Applikazzjoni-Malta-Book-Festival-2015 .

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw it-tieni edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-5-6-7 ta’ Mejju 2015. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: 09:00 – 15:00 u 19:00 – 21:30. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri Maltin jippromwovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, fosthom studenti universitarji. Minbarra l-bejgħ ta’ kotba jkun […]

Agħfas hawn għall-verżjoni bil-Malti: e-Rapport Annwali Malti.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb issa fuq Youtube… Agħfas fuq il-ħolqa u xerred il-kelma >> Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb MALTA   Bħala parti mill-istrateġija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex jippromovi l-kotba u l-qari f’Malta, l-KNK b’kollaborazzjoni ma’ ONE u Shadeena, niedha dan il-film qasir ibbażat fuq ‘Laqgħa ma’ Mara Morbi’ – novella tal-awtur ċelebri Immanuel Mifsud waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb […]

  L-edizzjoni 2014 tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ġiet imtella’ għal darba oħra fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Belt Valletta bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru bi programm mimli attivitajiet li għalih attendew numru rekord ta’ nies. Bil-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata Franciza, kellna għat-tieni sena konsekuttiva l-parteċipazzjoni tal-ħanut tal-kotba minn Pariġi ‘La Boucherie’ u għall-ewwel darba kellna preżenti numru ta’ […]

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm ħabbar il-Programmar tal-Avvenimenti tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li ser iseħħ fuq il-perjodu ta’ ħamest ijiem, bejn it-12 u 16 ta’ Novembru, fic-Centru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta. Il-Festival tal-Ktieb huwa miftuħ għal kullħadd bla ħlas u bi programm daqs ħamsin avveniment miftuħa għal pubbliku. Pubblikaturi u awturi […]

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jixtieq iħabbar li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser iseħħ fit-12 – 16 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta.   Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa kontinwazzjoni tal-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb li ġiet mogħtija libsa ġdida bħala parti mill-isforzi tal-KNK biex iżid il-valur kulturali f’dan l-aveniment annwali u prestiġjuż.   L-għan tal-Festival huwa li […]

  Hawn taħt għandkhom issibu l-applikazzjoni għal min hu interessat jesebixxi fl-edizzjoni tal-Festival 2014 : application form 2014     Posters tal- Festival tal-2014 f’format tajjeb għall-istampar:   A4: https://docs.google.com/file/d/0BxQ_P8udFPM1WnAxdWl0M1ZGN0E/edit   A3: https://docs.google.com/file/d/0BxQ_P8udFPM1aXAtaXF4UFIySzQ/edit  .

ara l-intervista kollha hawnhekk: Hani Shukrallah interviewed by Karl Schembri at the Book Festival on Campus. 30th April 2014. aqra l-artiklu ta’ Mark Camilleri – ippubblikat fit-Times of Malta 11/05/14 hawnhekk: Every revolution is messy: Hani Shukrallah, author of Egypt, the Arabs and the World, was the main guest at the first Book Festival on Campus. […]

L-Għaqda tal-Malti – Università b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb ġewwa l-Università. Il-Festival, ġie mtella bejn it-28 u t-30 ta’ April, mid-9:00 sal-15:00 b’xi attivitajiet li ttellgħu wara s-7 ta’ filgħaxija.   Għal dan il-Festival kien hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom Sierra Book Distributors, Horizons, Faraxa […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jiġbdilkhom l-attenzjoni għall-fiera tal-ktieb li ttelgħet bejn l-Erbgħa 14 ta’ Novembru u l-Ħadd 17 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Meditterran, il-Belt Valletta. Sabiex nimmarkaw l-aspett inklussiv u olistiku ta’ dan l-avveniment prestiġjuż, il-fiera tal-ktieb ingħatat it-titlu “Festival Nazzjonali tal-Ktieb”.   Bħalma jsir kull sena, matul dan l-avveniment il-pubblikaturi, l-awturi u l-ħwienet […]