Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017

Category Archives: News @mt

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fetaħ l-applikazzjonijiet għal esebituri biex jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017. Bħas-soltu, il-Festival se ssir fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru, 8-12, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta . L-applikazzjoni hija miftuħa għall-pubblikaturi kollha, distributuri tal-ktieb, ħwienet tal-kotba u l-aġenziji tal-ktieb. NGOs u entitajiet pubbliċi li l-kamp ta’ attività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ […]

L-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb beda il-ġimgħa li għaddiet bl-ewwel laqgħa tal-Bord Indipendenti tal-Aġġudikazzjoni fl-uffiċju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Floriana. Il-proċess ta’ tqassim u l-verifika li kull ktieb ġie elenkat fil-kategorija korretta ħa itwal mis-soltu din is-sena minħabba n-numru rekord ta’ sottomissjonijiet. Iż-żieda qawwija fin-numru ta’ sottomissjonijiet huwa mudell li ġie osservat matul l-aħħar ftit snin […]

Illum, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħed iħabbar li għat-tieni darba fetħu l-applikazzjonijiet għall-Fond Malti tal-Ktieb. Il-Fond għandu valur totali ta’ 40,000 ewro u huwa miftuħ għal kittieba, edituri u pubblikaturi. Huwa kompost minn żewġ tipi ta’ għotjiet – għotjiet għall-pubblikazzjoni u għotjiet għall-edukazzjoni. Kull għotja ġġorr fond massimu ta’ €5,000. Għotjiet għall-pubblikazzjoni għandhom l-għan li jissussidjaw […]

L-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtiequ jħabbru li r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2016 huma Antoinette Borg bil-manuskritt tagħha Żejt fil-Wiċċ u Matthew Schembri bil-manuskritt Stessi. Antoinette Borg hija l-kittieba ta’ Fittixni (Merlin 2016) waqt li Matthew Schembri kien wieħed mill-parteċipanti fl-attività Taħżiż imtella’ mill-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2016 – sena ta’ kontribuzzjoni intensiva minn-naħa tal-kunsill fl-industrija tal-kotba u x-xena letterarja lokali b’bosta kollaborazzjonijiet u inizjattivi ġodda. Il-kunsill qed jikber fl-għanijiet tiegħu u r-rwol tiegħu fil-formazzjoni ta’ politika pubblika qed isir iktar prominenti bil-ħidma li qed isir fuq il-liġi tad-drittijiet tal-awtur u l-pubblikatur u l-liġi […]

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku li għat-tielet sena konsekuttiva l-Kunsill ser jieħu sehem fil-London Book Fair 2017.  Rappreżentanti tal-Kunsill ser jiltaqgħu ma’ pubblikaturi u aġenziji letterarji sabiex ifittxu opportunitajiet ġodda għat-traduzzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ letteratura Maltija ‘l hinn minn xtutna. Ser ikun hemm preżentazzjonijiet fl-istand tal-Kunsill (6E41), fejn għadd ta’ pubblikazzjonijiet lokali ser ikunu esibiti. Ser […]

Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni għall-Konkors ta’ Kitba Letterarja għaż-Żgħażagħ 2016, imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ, ser iseħħ nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Marzu, 2017 f’ ‘Youth Village’ Aġenzija Żgħażagħ, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, fis-6:30 ta’ filgħaxija. L-attività ser tkun preseduta mill-Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport. Matul iċ-ċerimonja […]

Fit-18 ta’ Marzu, f’ħanut tal-kotba li huwa ukoll ċentru kulturali u letterarju, Librebook – Bruxelles, żewġ kittieba magħrufa ser jieħdu sehem f’attività li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja f’ġieħ il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. L-attività tibda’ fis-2 ta’ wara nofsinhar b’Clare Azzopardi li ser taqra siltiet minn Il-Qtates ta’ max-Xatt (2016, Merlin Publishers), Mingu (2015, Merlin Publishers), […]

Fis-17 ta’ Marzu, f’ħanut tal-kotba li huwa ukoll ċentru kulturali u letterarju, Librebook – Bruxelles, żewġ kittieba magħrufa ser jieħdu sehem f’attività li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja f’ġieħ il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. L-attività tibda’ fis-6 ta’ filgħaxija b’Loranne Vella li ser taqra siltiet minn l-aħħar xogħol tagħha, Rokit. Rokit ser ikun ippublikat ġimgħa qabel l-attività, […]

  13/02/2017   Stqarrija għall-Istampa: Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2017 organizzat mill-KNK   Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar li għadhom kif fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2016. Dan il-konkors huwa miftuħ għal kumpaniji li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn kwarta u għoxrin minuta msejsa fuq novella Maltija […]

Fl-ispirtu tal-istaġun tal-festi, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jesprimi xewqat sbieħ lill-pubbliku billi joffri l-ISBN database bħala open data. Riċerkaturi issa jistgħu jidħlu fid-database mis-sit tal-Kunsill sabiex joħolqu u jniżżlu rapporti f’format Excel, ħaġa ta’ użu siewi ħafna fir-riċerka ta’ u l-ġbir tal-informazzjoni. Id-database ingħatat format sempliċi sabiex tiffaċilita l-użu tagħha u tippermetti tfittxijiet bl-isem tal-awtur, […]

Bejn is-7 u l-10 ta’ Diċembru, l-Kunsill tal-Arti għall-Malta ġewwa New York flimkien mal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb preżentaw l-poeta u kittieb Malti kontemporanju Immanuel Mifsud – rebbieħ tal-European Union Prize for Literature (2011) u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Proża (2002, 2015) u għall-Poeżija (2015) – tul il-Festival New Literature from Europe fi New York. Il-Festival huwa […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016: Kotba 2015. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Parteċipanti flimkien ma’ mistiedna speċjali oħra kienu preżenti għas-serata u d-diskorsi uffiċċjali l-Onor. Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo u tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri. […]

IR-REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA ‘MONS’ AMANTE BUONTEMPO’ 2016 kif imħabbra nhar il-11 ta’ Novembru 2016, fis-Sala Temi Zammit, Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta waqt il-Festival Nazzjonali tal–Ktieb 2016 huma:- L-EWWEL PREMJU – Louis Briffa bil-poeżija ‘Falco Peregrinus’ IT-TIENI PREMJU – Paul P. Borg bil-poeżija ‘…bini Ażil…’ IT-TIELET PREMJU – Louis Briffa bil-poeżija ‘Storja Antika’ Is-serata infeħet […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam it-tmien pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Lulju, 2016 u t-30 ta’ Settembru, 2016.  Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba tagħhom u t-total ta’ remunirazzjoni […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jirringrazzja l-membri tal-pubbliku li żaru l-festival u ħadu sehem fil-ħafna attivitajiet u wirjiet li ġew imtella’ għalihom. M’hemmx pjaċir ikbar għalina milli dak li naraw li l-enerġija u x-xogħol li tfajna fil-festival sabiex ikun kemm jista’ jkun esperjenza edukattiva, divertenti u memorabbli isarraf f’numru ikbar ta’ żjarat mill-pubbliku. Minn-naħa tagħna, inwiegħdu […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2015. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 8 ta’ Novembru, 2016 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (9-13 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esibituri tal-Festival u mistednin distinti oħra. […]

Dan il-għodu fid-9 il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Impjieg, l-Onorevoli Evarist Bartolo u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri ħabbru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 fil-Mediterranean Conference Centre (MCC), il-Belt Valletta. Il-festival ser ikun miftuħ għall-pubbliku mid-9 sat-13 ta’ Novembru filgħodu u filgħaxija. Matul il-ġranet tal-ġimgħa filgħodu il-festival ser ikun iddedikat għal qarrejja żgħar u studenti. Ġew […]

Mistiedna mportanti ħafna tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena hi bla dubbju Basma Abd El Aziz, il-kittieba ta’ The Queue, rumanz li ntlaqa’ b’tifħir kbir mill-kritiċi.  Basma tgħix fil-Kajr, fejn twieldet fl-1976 u għandha Master’s degree f’Newropsikjatrija mill-università ta’ Ein Shams. Hija membru taċ-Ċentru El Nadeem għar-Riabilitazzjoni ta’ Vittmi ta’ Vjolenza, kif ukoll membru tal-Assoċjazzjoni […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta l-filmat promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016. (Malta Book Festival 2016) Id-dati tal-edizzjoni tal-Festival ta’ din is-sena huma mid-9 sat-13 ta’ Novembru ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Belt Valletta u kopja tal-programm uffiċċjali tal-attivitajiet tul il-ħamest ijiem jista’ jitniżżel minn din il-ħolqa: http://ktieb.org.mt/?p=2662. L-attivitajiet huma miftuħin għall-pubbliku ġenerali u bla ħlas. Ħudu […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku b’preżentazzjoni li ser tittella’ bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Ispanjol (Università ta’ Malta) u l-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta flimkien mal-istess Kunsill u SKS, bit-titlu ‘Cervantes and Don Quixote in Literature and Culture’. Il-preżentazzjoni, li hija waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, hija maħsuba sabiex tfakkar l-400 anniversarju mill-mewt ta’ Miguel de Cervantes […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu pjaċir jippreżenta lill-kittieb Bulgaru Alek Popov, wieħed mill-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’  din is-sena. Ser jieħu sehem f’żewġ attivitajiet – huwa wieħed mill-kelliema fil-konferenza Literature and Totalitarianism u ser ikollu avveniment f’ġieħu fejn ser jitkellem mal-ġurnalist u kittieb Teodor Reljic fuq il-ħsibijiet u t-temi li jinformaw il-kitba tiegħu. Il-kittieb ser […]

Hekk kif il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qed joqrob viċin, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi l-programm għall-Festival kemm biex jgħarraf lill-pubbliku bl-avvenimenti li tħejjew għalih kif ukoll sabiex ikun ta’ gwida għal kull min iżur il-festival. Niżżel kopja minn din il-ħolqa: mbf-2016-programme-mt Wieħed mill-avvenimenti ewlenin tal-festival f’din is-sena huwa ddedikat lill-poetessa Maria Grech Ganado, ir-rebbieħa tal-premju Lifetime Achievement […]

L-akkademiku u kittieb Brittanniku Patrick McGuinness ser ikun fost il-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena. Huwa twieled fit-Tuneżija fl-1968 lil omm Belġjana ta’ ilsien Franċiż u missier ta’ dixxendenza Irlandiża. Kiber fil-Belġju u għex għal xi żmien fil-Venezwela, l-Iran, ir-Rumanija u l-Ingilterra. Kien iż-żmien li qatta fir-Rumanija fejn ra b’għajnejh il-waqa’ tar-regime kommunista, […]

Fl-2015 il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iddeċieda jiddedika avveniment lir-rebbieħ tal-Lifetime Achievement Award tas-sena ta’ qabel. Ir-rebbieħ tal-premju tal-2014 kien il-mibki Professur Godfrey Wettinger, magħruf l-iktar għall-iskoperta u l-ewwel traduzzjoni (flimkien ma’ Michael Fsadni) tal-ikbar teżor letterarju tal-pajjiż: Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaro, u anke għal kontra-argument li bih ċaħad it-teorija tal-kontinwita tal-Kristjaneżmu f’Malta kif kien ippropona Gian […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku li tħejja avveniment speċjali f’Temi Zammit Hall, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta, is-Sibt 12 ta’ Novembru fit-tmienja ta’ filgħaxija dedikat għall-adattament ċinematografiku ta’ xogħol letterarju.  Ser jintwera l-film rebbieħ tal-NBC PBS Film Contest ta’ din is-sena, magħmul minn Ryan Gatt u msejjes fuq novella ta’ Walid Nahban, Il-Kompliċi, meħuda […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar lill-Iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 ser isir f’Novembru li ġej mill-Erbgħa, 9 sal-Ħadd 13 fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), il-Belt Valletta. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar avveniment prestiġġjuż u importanti li għandu x’jaqsam mal-kotba fil-kalendarju edukattiv u kulturali Malti.  Matul dan l-avveniment, il-pubblikaturi u l-ħwienet […]

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ bil-konferenza tant mistennija dwar il-Letteratura u t-Totalitarjaniżmu. Għadd ta’ mistiedna speċjali, fosthom Basma Abdel Aziz, Patrick McGuinness, Alek Popov u Immanuel Mifsud, ser jieħdu sehem f’taħditiet ma’ Jurgen Balzan (ġurnalist) fuq it-tema ta’ kif il-letteratura tipikament tirrispondi għall-impatt politiku ta’ sistemi ta’ gvern li jfittxu li jifggħu l-espressjoni tal-individwu f’kull qasam […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma l-pubbliku li, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Bibljotekonomija, l-Arkivistika u x-Xjenzi ta’ l-Għarfien fl-Università ta’ Malta u l-Għaqda Bibljotekarji (MaLIA), ser titħejja konferenza ta’ ġurnata bit-tema ta’ kotba u litteriżmu fil-passat, il-preżent u l-futur (Books and Literacy:  Yesterday, Today and Tomorrow) bħala parti mill-attivitajiet imħejja għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016. Kif jimplika t-titlu, il-konferenza […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni għażel il-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2016 u bħas-soltu jixtieq jinforma l-pubbliku bit-titli li ntgħażlu. Dawn it-titli jistgħu jitqiesu ta’ kwalità għolja u membri tal-pubbliku jistgħu jixtruhom minn kwalunkwe ħanut tal-kotba kif ukoll mill-Festival Nazzjonali li ġej (9-13 Novembru, MCC Valletta). Sorpriża sabiħa għal din […]

Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 (9-13 NOV, MCC) http://ktieb.org.mt/?p=2518&lang=mt Ħudu nota tad-dati u tinsewx ixxerdu l-kelma! Disinn tal-posters ta’ ‘Julinu’

Fl-1971, ingħata għall-ewwel darba l-Premju Letterarju għall-kotba ppubblikati fl-1970 fuq inizjattiva tal-Gvern bit-tir li jinkoraġġixxi l-letteratura Maltija u jippremja l-aħjar awturi kull sena. L-ewwel rebbieħa kienu Anton Buttiġieġ bil-ġabra ta’ poeżiji tiegħu ‘Fl-Arena’ u Francis Ebejer b’‘Id-Drammi Vol. 2’ li fih kien jiġbor it-tliet drammi tiegħu tas-sittinijiet ‘Vaganzi tas-Sajf’, ‘Boulevard’ u ‘Menz’. Il-premjijiet (l-ewwel u […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam is-seba’ pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ April, 2016 u t-30 ta’ Ġunju, 2016.  Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba tagħhom u t-total ta’ remunirazzjoni […]

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li bħalissa għaddejin il-preparazzjonijiet għall-Festival tal-Ktieb 2016 u jixtieq jinforma lill-pubbliku ġenerali dwar il-post, il-ġranet u l-ħinijiet ta’ ftuħ, u anke dwar l-attivitajiet li tħejjew għalihom f’dan il-Festival. L-avveniment ser iseħħ mid-9 sat-13 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta u ser ikun miftuħ għall-pubbliku filgħodu u filgħaxija, […]

  Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 9-13 NOV – MCC Sejħa għall-Esebituri Din hija sejħa għall-esebituri interessati li jorganizzaw esebizzjoni dwar is-sengħa ta’ kif jinħadem il-ktieb tul il-ġranet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2016. L-esebizzjoni għandha tkun f’postha sa mit-8 ta’ Novembru (l-ġurnata tal-ftuħ uffiċjali tal-Festival) u ser tkun armata fil-Perellos Suite (il-Kappella) ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. Ix-xogħol […]

  L-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħda tniedi l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Mons. Amante Buontempo’ għal din is-sena 2016   Il-kompetituri huma mitluba jibagħtu sa tliet poeżiji, kull waħda mhux itwal minn tletin vers, bil-Malti. Il-poeżiji għandhom ikunu ttajpjati fuq karta daqs A4, u għandhom jintbagħtu tliet kopji ta’ kull poeżija. Dawn il-poeżiji għandhom […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar il-lista ta’ parteċipanti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka għall-2016. Il-KNK jixtieq ukoll jgħarraf illi l-kotba li l-lista tagħhom qed tidher hawn taħt ġew eżaminati minn Bord ta’ Ġurija u mpoġġija fil-kategoriji kif jidher għaż-żewġ konkorsi  li l-listi tagħhom qed jidhru separati.   Wara li ssir l-aġġudikazzjoni ta’ dawn il-kotba fiż-żewġ […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li r-rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS għall-2016 huwa Ryan Gatt bil-proposta għall-addattament tal-istorja qasira ‘Il-Kompliċi’ ta’ Walid Nabhan mill-kollezzjoni ta’ stejjer qosra ‘lura d-dar u ġrajjiet oħra li ma ġrawx’ (Klabb Kotba Maltin, 2009). Dan il-konkors huwa miftuħ għal timijiet li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn 15 […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadha kemm tlestiet databse bil-kotba lokali kollha li għandhom ISBN. Din id-database hija aċċessibbli mingħajr ħlas mis-sit tal-KNK. L-ISBN (International Standard Book Number) huwa numru uniku allokat għal kull ktieb ta’ kull forma. Il-KNK huwa l-aġent uffiċjali tal-ISBN f’Malta u dan ifisser li l-KNK huwa id-distributur esklussiv tal-ISBN f’Malta. […]

Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju, il-Kunsill Nazzjoanli tal-Ktieb organizza riċeviment żgħir biex jirringrazzja lil kull min kien involut fil-proċess biex ġew ippublikati Beyond a Satin Sea u Tangerine Sky – żewġ antoloġiji li jiġbru fihom għażla ta’ poeżija u proża tradotta mir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-kategoriji Poeżija u Proża bejn l-2001 u l-2013. Il-KNK jinstab […]

Waqt sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-pubblikaturi u l-awturi aktar kmieni din is-sena, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ġie mgħarraf li waħda mill-problemi li qed jesperjenzaw il-pubblikaturi lokali hi l-ksur tal-jeddijiet permezz ta’ photocopying tal-kotba tagħhom fl-iskejjel. Il-KNK jaqbel mal-pubblikaturi li prattikka bħal din m’għandix issir, u mhux biss għax hija illegali, imma wkoll għax tista’ […]

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizza flimkien mal-Iskola Sekondarja San Mikiel (Santa Venera), żewġ sessjonijiet ta’ laqgħat bejn studenti u l-kittieba Leanne Ellul u Walid Nabhan. Nabhan u Ellul tkellmu fuq il-vjaġġ letterarju tagħhom u ħeġġew l-istudenti biex jaqraw u jħobbu il-kotba.   Il-KNK ikkollabora ukoll ma’ Malta Libraries, Malta Libraries […]

Niżżel kopja tal-Formola tal-Applikazzjoni bir-Regolamenti aġġornati għall-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 minn din il-ħolqa: Malta Book Festival 2016_formola tal-applikazzjoni Id-dati tal-Festival għall-2016 huma id-9 sat-13 ta’ Novembru (MCC). Problemi bil-proċess ta’ applikazzjoni jew mistoqsijiet dwar eliġibilta għall-parteċipazzjoni jistgħu jiġu mibgħuta lil Maria Muscat (KNK) fuq maria.e.muscat@gov.mt. L-applikazzjonijiet qed jiġu milqugħa fuq listess indirizz inkella fuq l-indirizz postali […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam is-sitt pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta w Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Jannar, 2016 u l-31 ta’ Marzu, 2016.  Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relattat mal-kotba tagħhom u t-total ta’ remunirazzjoni […]

Il- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm irritorna mill-London Book Fair 2016 fejn, għat-tieni sena konsekuttiva, ipparteċipa bi stand prominenti mimlija b’selezzjoni vasta ta’ Melitensia li tinkludi kotba rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ uħud mill-aktar pubblikazzjonijiet ta’ proża riċenti u kotba ta’ referenza ta’ kwalita minn pubblikaturi Maltin. Għall-2016, il-KNK ikkollabora ma’ Klabb Kotba Maltin […]

Ilbieraħ is-7 ta’ April kienet l-aħħar ġurnata tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016 – tliet ijiem mimlijin bejgħ ta’ kotba u attivitajiet letterarji organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Universitá kif ukoll mill-pubblikaturi preżenti għall-fiera u għaqdiet oħra Universitarji attivi fuq il-Kampus. Ninsabu sodisfatti ħafna bl-attendenza u nittamaw li is-sena d-dieħla nerġgħu naraw lilkom […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ Malta Libraries u Central Public Library tellaw Librerija ‘Pop-Up’ waqt il-CRICKIDS Festival tul Sibt u Ħadd-il Għid f’Tal-Virtu’, r-Rabat. Il-KNK qassam fuljetti dwar l-importanza tal-qari liż-żgħar u Malta Libraries daħħlu għadd ta’ membri ġodda ta’ kull eta’ fis-sistema tal-Libreriji Pubbliċi b’hekk fil-jiem li ġejjin jibdew jissellfu l-kotba mill-eqreb libreriji għalihom. Għadd ta’ […]

Kull sena, l-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mall-KNK jorganizzaw dan il-konkors li jagħżel, jippremja u jippubblika rumanzi bil-Malti miktuba għal qarrejja adoloxxenti. Huwa konkors miftuħ għall-kittieba minn għoxrin sena ‘l fuq u l-manuskritti jridu jindirizzaw adoloxxenti bejn it-13 u 18-il sena. Sottomissjonijiet għal dan il-konkors jesploraw temi relatati mas-sitwazzjonijiet varji li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ f’dak il-perjodu ta’ ħajjithom. […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq ifakkar lill-awturi u pubblikaturi li l-perjodu ta’ sottomissjonijiet għall-applikazzjonijiet tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 u l-Premju Terramaxka 2016 (għal kotba li ġew ippubblikati tul l-2015) fetaħ fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu u jagħlaq fit-8 ta’ April f’12:00. Applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati: Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Attn. Is-Sur Joseph Debattista Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Librerija […]

L-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fl-Università. Il-Festival se jittella’ bejn il-5 u s-7 ta’ April, mid-9:00 sas-14:00 u mill-16:00 sat-tard. Waqt dan il-Festival se jkun hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom HORIZONS, FARAXA BOOKS, SENSIELA KOTBA SOĊJALISTI (SKS), STUDENTS […]

Fil-programm tas-16-il edizzjoni tas-Salon du livre et des cultures du Luxembourg u t-33 edizzjoni tal-Festival des migrations, des cultures et de la citoyenneté, li saru f’LuxExpo, Kirchberg nhar it-12 u t-13 ta’ Marzu, il-ktieb Malti ingħata post speċjali. B’inizjattiva tal-kittieb u organizzatur kulturali Antoine Cassar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kellu stand kbir fid-daħla tas-sala l-kbira tal-fiera, […]

Għada t-3 ta’ Marzu ser jiġi ċċelebrat fir-Renju Unit il-Jum Dinji tal-Ktieb. Il-Jum Dinji tal-Ktieb kif rikonoxxut mill-UNESCO ser jiġi ċċelebrat madwar id-dinja kollha fit-23 ta’ April, għaldaqstant il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jieħu din l-opportunità biċ-ċelebrazzjoni tal-ktieb fir-Renju Unit sabiex jagħmel messaġġ favur il-qari u l-kotba. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħeġġeġ lill-Maltin biex jagħmlu użu […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma li għadu kemm ippubblika f’forma elettronika traduzzjoni bil-Malti tas-sitt edizzjoni tal-ISBN Users’ Manual bit-titlu ‘Manwal għall-Utenti tal-ISBN’.  Dan il-manwal huwa għodda mportanti ta’ kif jiġi msawwar l-ISBN ta’ kull pubblikazzjoni, sew f’forma stampata, kif ukoll f’forom oħra bħal dik elettronika.  Hemm ukoll informazzjoni importanti oħra dwar l-isfond storiku; il-benefiċċji u […]

L-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtiequ jħabbru li r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015 huma Rita Saliba bil-manuskritt tagħha ‘Il-kulur tal-lellux’ u Roberta Bajada bil-manuskritt ‘Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw’. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret nhar il-Ħamis, 11 ta’ Frar, 2016 fil-‘Youth Village’ ta’ Aġenżija Żgħażagħ f’Santa Venera u kienet preseduta mill-Onor. Chris Agius, Segretarju […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) flimkien mal-Public Broadcasting Services (PBS) bi pjaċir iħabbru li għadhom kif fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra 2016. Dan il-konkors huwa miftuħ għal timijiet li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn 15-20 minuta msejsa fuq novella Maltija ppubblikata. Biex japplika, it-tim irid jissottometti script kif ukoll pjan tal-proġett li jinkludi rendikont […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2015 – sena mimmlijja inizzjattivi ġodda, sena ta’ xogħol bla waqfien minn tim żgħir li qiegħed jikber biż-żmien, sena ta’ bosta kollaborazzjonijiet, biss aktar importanti minn hekk, l-2015 kienet sena ddedikata għall-promozzjoni tal-kotba u l-qari. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali u minn hawn tistgħu taċċessaw […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam il-ħames pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights – PLR) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta w Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Ottubru, 2015 u l-31 ta’ Diċembru, 2015. Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relattat mal-kotba tagħhom u t-total […]

Bħalissa l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qiegħed fil-fażi ta’ konsultazzjoni mal-kittieba u l-pubblikaturi fil-proċess tat-tfassil tal-leġiżlazzjoni fuq il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-KNK, li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni, inħoloq fl-2001 biex jikkoordina servizzi istituzzjonali li għandhom x’jasqmu mad-dinja tal-ktieb bħall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u d-distribuzzjoni tal-ISBN f’Malta. L-għan tal-KNK hu li jippromovi u jrawwem kultura ta’ […]

Donażżjoni annwali ta’ kotba lill-Librerija Pubblika Ċentrali għal żmien il-Milied li tinkludi uħud mill-aktar pubblikazzjonijiet riċenti Maltin, kotba finalisti u rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma numru ta’ kotba bil-Franċiż u t-Taljan li fil-jiem li ġejjin ser jitqassmu fil-libreriji madwar Malta. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jawgura l-isbaħ xewqat u jħeġġeġ lil kulħadd jagħti ktieb bħala […]

Qari u Iktar minn ‘GRAMMA’ ta’ Leanne Ellul Rebbieħ tal-‘Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2014′ organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Pubblikat minn Merlin Publishers. Is-Sibt 12 ta’ Diċembru Librerija Pubblika Ċentrali (Belt is-Sebħ) Dan l-avveniment ittella bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet ‘Christmas at the Central Public Library’ .

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015: Kotba 2014. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2015 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Preżenti għas-serata u d-diskors uffiċċjali tal-Onor. Prim Ministru, Dr. Joseph Muscat u tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri kien hemm il-parteċipanti flimkien ma mistiedna speċjali oħra. […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-pjaċir iħabbar li ċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet abbinata mal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015 (għall-kotba ippubblikati matul is-sena 2014) se ssir nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru, 2015 fis-7.30 ta’ filgħaxija, fis-Sala tal-Ambaxxaturi fil-Berġa ta’ Kastilja. Għaċ-ċerimonja se jkun preżenti l-Onor. Prim Ministru ta’ Malta, Dr. Joseph Muscat flimkien mall-parteċipanti kollha tal-Premju u nies distinti […]

L-Uffiċċju tal-Ewropa Kreattiva f’Malta (CED Malta) huwa kburi b’din il-pubblikazzjoni (agħfas hawn: intranslation ) dwar il-fondi u l-opportunitajiet disponibbli għal dawk involuti fid-dinja tat-traduzzjoni letterarja. Il-konferenza In Translation – li wasslet ukoll għal dan il-ktejjeb – ġiet organizzata biex tirrikonoxxi l-iżviluppi ġodda fis-settur, u biex issir analiżi tal-fondi u l-premijiet disponibbli għall-operaturi kulturali u kreattivi Maltin […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2015 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2014. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 3 ta’ Novembru, 2015 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (4-8 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esebituri tal-Festival u mistednin distinti oħra. Dawn […]

Ħareġ it-trailer ta’ ‘Dar ir-Rummien’! Trailer – ‘Dar ir-Rummien’ Il-KNK jistieden lill-pubbliku ġenerali għall-premiere ta’ Dar ir-Rummien nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Valletta bħala parti mill-programm ta’ avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015 ‘Dar ir-Rummien’ huwa adattament ċinematografiku minn 2Doors Media ta’ novella ta’ Pierre J. Mejlak mill-ġabra ta’ stejjer qosra tiegħu Dak […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar xi tibdil fil-ħinijiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb minħabba bżonnijiet nazzjonali relatati mal-konferenza internazzjonali tal-immigrazzjoni li ser issir il-Belt Valletta ftit jiem wara l-Festival. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser jagħlaq nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru f’nofsinhar (12.00) minflok ikun miftuħ il-ġurnata sħiħa, iżda nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser ikun […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-unur iħabbar lill-pubbliku l-programm tal-avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015. MBF 2015 – Programme – MT – web Xi darba kienu jgħidu li l-ktieb tradizzjonali ser jispiċċa kaġun tal-kompjuter, iżda dan f’pajjiżna ftit li xejn jidher minnu meta tqis li l-programm tal-avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena ser jinkludi ’l fuq […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam il-pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu Lulju, 2015 u Settembru, 2015. Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba tagħhom u t-total ta’ remunirazzjoni huwa kif jidher hawn taħt: […]

Il-PREMJU TERRAMAXKA 2015 huwa Premju għall-kotba immirati għat-tfal u adolexxenti li ġew pubblikati tul is-sena 2014. Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jiġu mħabbra ġurnata qabel il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (4-8 NOV, MCC, Valletta) u ċelebrati matul il-ġimgħa filgħodu meta t-tfal iżuru l-festival mal-iskejjel tagħhom. Il-parteċipanti tal-premju fil-kategoriji rispettivi huma mniżżla hawn taħt:   XOGĦOL ORIĠINALI: Kotba għat-Tfal (0-7 snin) […]

‘This Fair Land’ – Maltese in London/Il-Malti f’Londra huwa avveniment organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni ma Francis Boutle Publishers bil-għan li tiġi ċelebrata l-letteratura Maltija f’Londra permezz ta’ qari minn ‘This Fair Land: An Anthology of Maltese Literature’ tal-editur Charles Briffa b’introduzzjoni ta’ Oliver Friggieri. Il-Prof. Charles Briffa ta’ preżentazzjoni qasira u ġie akkumpanjat minn Marta Vella li […]

‘X’Aħna Smart!’ – attivita’ organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’kollaborazzjoni ma’ Malta Libraries nhar is-Sibt 3 ta’ Ottubru, fil-Librerija Pubblika Ċentrali, l-Furjana. Stephen Lughermo, il-kittieb ta’ ‘X’Aħna Smart!’ (Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2014 mtella mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenżija Żgħażagħ) ġie intervistat minn Maria Pia Gauci u qara wkoll xi siltiet minn din […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għadhom kif ġew magħżula. Il-lista ta’ finalisti ġiet magħżula mill-Bord ta’ Aġġudikanti Indipendenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u sservi bħala kampjun tal-aqwa kotba pubblikati lokalment tul is-sena preċedenti. Dawn il-kotba jinstabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba madwar Malta u Għawdex, kif ukoll mill-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, 4 sa 8 […]

Dalwaqt jerġa’ magħna l-aktar avveniment importanti tas-sena f’Malta għas-suq tal-kotba: meta l-pubblikaturi u l-awturi kollha lokali jiltaqgħu taħt saqaf wieħed. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser iseħħ mill-4 sat-8 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta.   F’dawn il-ħamest ijiem, il-pubbliku ġenerali ser ikun jista’ jżur il-bini maestuż ta’ Dar […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għall-ewwel darba din is-sena, il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ser jinqasam f’żewġ sezzjonijiet distinti: il-Premju ta’ Kotba għall-Adulti, li bħal dejjem ser isir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru; u l-Premju ta’ Kotba għat-Tfal u l-Adolexxenti li ser iġorr it-titlu PREMJU TERRAMAXKA.   Għala Premju Terramaxka? Mit-terramaxka joħorġu melodiji mużikali, […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm lesta l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-Fond Malti tal-Ktieb u qed jiġu mħabbra l-applikanti li ġew magħżula (ara taħt). Il-Fond Malti tal-Ktieb ġie mniedi l-ewwel darba din is-sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, bil-għan li jissussidja pubblikazzjonijiet ta’ valur kulturali għoli, liema pubblikazzjoni setgħu jaqgħu fir-riskju li jibqgħu fil-kexxun li kieku ma kellhomx din it-tip […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam it-tielet pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta w Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ April, 2015 u t-30 ta’ Ġunju, 2015. Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relattat mal-kotba tagħhom u t-total ta’ remunirazzjoni […]

“Min ma jħobbx iċaflas? Tista’ ċċaflas fl-ilma tax-xita u tista’ ċċaflas fil-baħar, imma Imeldina ssib tarf iċċaflas kullimkien! U tibqa’ tibqa’ sakemm …” Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Awwissu, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni ma’ Malta Libraries organizza attività oħra għat-tfal – sessjoni ta’ qari animat minn Sandra Hili Vassallo, l-awtriċi tal-ktieb illustrat “Imeldina” ( Merlin Publishers, […]

Is-Sibt l-1 ta’ Awwissu, 2015, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni ma’ Malta Libraries stieden lit-tfal minn 4 sa 7 snin jattendu flimkien mal-ġenituri tagħhom għal sessjoni edukattiva ta’ qari animat minn Louise Sammut, l-awtriċi tal-ktieb “Stedina għal Sabrina” fil-Librerija Pubblika Ċentrali, l-Furjana. Wara l-qari t-tfal ipparteċipaw f’attività artistika ma’ Elizabeth Brincat, l-illustratriċi tal-istess ktieb. It-tfal tgħallmu […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kien maħtur jikkordina is-sezzjoni letterarja tal-avveniment ‘Spins and Spells’ bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet tal-Malta Arts Festival li seħħ nhar il-21 ta’ Lulju fil-Berġa tal-Italja fil-Belt Valletta. Dakinhar ġiet preżentata għażla ta’ poeżiji tal-awturi emerġenti Leanne Ellul, Kit Azzopardi, Marie Gion u Clifford Jo Zahra lil udjenza ġdida. Kien proġramm intimu iżda […]

Immaġina… l-iktar kotba riċenti, u l-awturi u l-pubblikaturi tagħhom jiltaqgħu taħt saqaf wieħed; xi ħadd jaqra storja u xi ħadd iehor poeżija. Kittieba jiddibattu, illustraturi jħażżu u l-bejgħ tal-kotba ma jonqosx. It-tfal jitilgħu sal-Belt u l-ħolm tagħhom isir realtà. F’Novembru li ġej jerġa’ magħna l-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB. Segwi dan is-sit u l-paġna tan-National Book Council […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jixtieq jgħarraf lil min hu nteressat li jipproduċi kitbiet mużikali u jippubblikhom illi l-KNK issa huwa l-aġent f’Malta u Għawdex għal ħruġ ta’ ISMN (International Standard Music Number) u għalhekk min ikun jixtieq servizz ta’ ISMN jista’ jitlob applikazzjoni mingħand il-KNK billi jikteb lis-Segretarju fuq: joe.debattista@gov.mt jew inizzel kopja tal-applikazzjoni billi […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-NBC PBS Konkors Films Qosra 2015: Manuel Xuereb u Federico Chini ta’ 2 Doors Media bil-film qasir Dar ir-Rummien – addattament tal-istorja bl-istess isem tal-kittieb Pierre J. Meilak mill-ġabra ta’ novelli Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid. Il-bord tal-aġġudikazzjoni kien magħmul minn: Prof. Gloria Lauri Lucente, Prof. Mario Cassar u […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li ħarġet il-lista uffiċċjali tal-kotba li ser jipparteċipaw fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015 kif wkoll fil-Premju Terramaxka 2015. Djar ta’ pubblikazjoni u l-awturi tagħhom wieġbu bi ħġarhom is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-kotba ppubblikati tul l-2014. Hawn taħt hawn imniżżla l-lista tal-153 pubblikazzjoniji fil-kategoriji rispettivi kif ġew approvati mill-bord tal-aġġudikazzjoni appuntat. Din hija […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-esebituri prospettivi tal-Festival Malti tal-Ktieb 2015 għandhom jimlew applikazzjoni sas-17 ta’ Awwissu biex jassiguraw il-parteċipazzjoni tagħhom u jitniżżlu fil-programm uffiċċjali. Applikanti għandhom jagħmlu is-sottomissjonijiet tagħhom għall-attivitajiet u għas-sussidji relatati. Il-Festival Malti tal-Ktieb ser isir mill-4 sat-8 ta’ Novembru, fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta. Niżżel kopja tal-Formola tal-Applikazzjoni-Malta-Book-Festival-2015 .

Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba organizzat Konferenza Stampa sabiex tniedi katalgu ta’ artikli fuq il-Festa ippubblikati mill-istess Soċjetà u miġbura mill-professur Horace Ceaser Roger Vella, u l-ktieb tal-Festa ta’ din is-sena li għall-ewwel darba għandu ISBN maħruġ mill-Kunsil Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri feraħ lis-Soċjetà għal din l-inizjattiva peress li din […]

Donazzjoni oħra mdaqqsa ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lill-Libreriji Pubbliċi ta’ Malta, illum l-10 ta’ Ġunju, 2015. Preżenti għad-donazzjoni kien hemm is-Segretarju tal-KNK, is-Sur Joe Debattista u f’isem il-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana, is-Sa. Cheryl Falzon. Din is-selezzjoni ta’ kotba minn djar ta’ pubblikazzjonijiet Maltin ser titqassam fil-libreriji madwar Malta u Għawdex f’qasir żmien b’hekk inħeġġukom […]

Għadu kemm ġie mniehed uffiċċjalment il-fond Malti tal-Ktieb f’konferenza stampa mill-Onor. Evarist Bartolo, Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol; is-Segretarju Permanenti, s-Sur Joseph Caruana u s-Sur Mark Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fil-Board Room tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-Fond Malti tal-Ktieb hija inizjattiva mnedija mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex irawwem tkabbir kulturali fis-suq lokali tal-kotba. Wara proċess ta’ konsultazzjoni […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw it-tieni edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-5-6-7 ta’ Mejju 2015. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: 09:00 – 15:00 u 19:00 – 21:30. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri Maltin jippromwovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, fosthom studenti universitarji. Minbarra l-bejgħ ta’ kotba jkun […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kellu l-pjaċir jikkollabora mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu li tagħmel parti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni fuq il-programm ‘Aqra kemm tiflaħ’ – programm maħsub għall-ewwel snin tal-edukazzjoni primarja. F’din l-ewwel fażi tal-programm il-KNK xtara b’madwar €15,000 f’kotba li qed jitqassmu bejn 19-il skola. Kull klassi mill-ewwel sat-tielet sena qed tingħata mhux anqas minn 100 ktieb ta’ kwalità […]

Ta’ kull sena, din l-istqarrija s-soltu tirreferi għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, iżda għall-ewwel darba minn din is-sena, se nkunu qed inħabbru il-ftuħ ta’ applikazzjonijiet għal-żewġ premjijiet differenti. Apparti li nixtiequ inħabbru li għal sena oħra reġgħu fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015 (għall-kotba li ġew ippubblikati fis-sena 2014), qed inħabbru wkoll Terramaxka – il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb […]

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet organizzati lokalment għall-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb 2015, l-awtur Guy Bass żar skola mill-Kulleġġ ta’ Sta. Tereża f’Birkirkara fejn qara xi siltiet animati u ffirma kotba lill-istudenti preżenti għall-attivita – dan l-avveniment seħħ sforz kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Merlin Library.   .

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb mar Londra għall-Fiera tal-Kotba biex jippromwovi l-kotba Maltin u s-suq Malti tal-kotba ma’ pubblikaturi u entitajiet barranin. Il-Fiera ta’ Londra hija fiera internazzjonali fejn jiltaqgħu taħt saqaf wieħed kumpaniji kbar fis-suq globali tal-kotba flimkien ma’ pubblikaturi u awturi mid-dinja kollha. Din hija l-ewwel darba li Malta qiegħda tiġi irrappreżentata uffiċjalment f’din il-Fiera […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għamel id-donazzjoni annwali tal-Kotba rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb lil-Libreriji Pubbliċi. Il-KNK jixtieq iħeġġeġ lill-pubbliku ġenerali biex jagħmel aktar użu mill-libreriji pubbliċi li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jimtlew b’kotba sbieħ u ta’ kwalita’. Żuru wkoll il-Librerija Ċentrali ta’ Belt is-Sebħ.    .

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam it-tieni pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta w Għawdex matul il-perjodu 9 ta’ Diċembru, 2014 u l-31 ta’ Marzu, 2015. Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba tagħhom u t-total ta’ remunerazzjoni […]

B’żieda mal-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ Awwissu, 2014 dwar xiri ta’ ISBNs għall-kotba fil-format ta’ ebook, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-prezz ta’ mitt (100) ISBN għall-kotba fil-format ta’ ebook huwa ta’ €50. Il-prezz ta’ ISBN wieħed għall-ktieb fil-format ta’ ebook jibqa’ €10. Jekk il-ktieb huwa mitbugħ, il-prezz għall-ISBN tal-istess ktieb fil-format […]

Il-Public Broadcasting Services u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qegħdin ifittxu 3 studenti mill-MCAST Institute of Art and Design li jispeċjalizzaw f’Creative Media Production biex jaħdmu bħala apprentisti mħallsa fuq set ta’ film qasir ibbażat fuq storja pubblikata lokalment. Dan il-film ser jinġibed tul is-sajf 2015 u huwa mistenni li l-apprentisti  jipprattikaw u jtejjbu l-ħiliet tekniċi tagħhom […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm ta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba bil-Franċiż lill-“Centre Franco-Maltais” magħruf ukoll bħala ċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Franċiż. Doreen Farrugia (Uffiċjal tal-Edukazzjoni – Franċiż) aċċettat id-donazzjoni f’isem Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Franċiż fil-Junior College, l-Imsida f’ċerimonja żgħira ma’ Mark Camilleri (Kap Eżekuttiv – KNK). Id-donazzjoni tal-kotba inkludiet kotba edukattivi gradati, kotba ġodda bil-Franċiż fuq l-istorja, arti […]

Il-“Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ” huwa konkors li qed jiġi organizzat kull sena bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-għan tal-konkors huwa li jintgħażlu, jiġu ppremjati u ppubblikati rumanzi bil-Malti miktubin apposta għaż-żgħażagħ adolexxenti; rumanzi li jesploraw id-dinja tal-adolexxenti tal-lum, b’dak kollu li din il-fażi tal-ħajja ġġib magħha. B’hekk l-organizzaturi jittamaw li bil-mod […]

Inagħqdu magħna fil-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana! Illum, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jiċċelebra l-Jum Dinji tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba oħra sostanzjali lill-LPĊ. Is-Sa. Cheryl Falzon (Deputat Librar, Malta Libraries) u s-Sur Joe Debattista (Segretarju, KNK) kienu preżenti għall-okkażjoni. Mela agħtu daqqa t’għajn ir-ritratti u iflu sew il-kotba ġodda li f’qasir żmien għandhom isibu posthom fuq l-ixkaffef […]