IL-FOND MALTI TAL-KTIEB: MISTOQSIJIET U TWEĠIBIET

Category Archives: Fund

Dan l-artiklu għandu l-għan li jwieġeb mistoqsijiet komuni li normalment isaqsi min huwa interessat japplika għall-Fond Malti tal-Ktieb. Għal dawk li qatt ma applikaw għal fondi qabel u ma għandhomx esperjenza ta’ tali proċeduri, nibdew billi nfakkru fl-importanza tad-dokumentazzjoni mitluba u l-preżentazzjoni. Huwa veru li l-applikazzjoni se tkun ivvalutata l-aktar fuq il-merti tal-proġett iżda l-applikazzjonijiet […]

Illum, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħed iħabbar li għat-tieni darba fetħu l-applikazzjonijiet għall-Fond Malti tal-Ktieb. Il-Fond għandu valur totali ta’ 40,000 ewro u huwa miftuħ għal kittieba, edituri u pubblikaturi. Huwa kompost minn żewġ tipi ta’ għotjiet – għotjiet għall-pubblikazzjoni u għotjiet għall-edukazzjoni. Kull għotja ġġorr fond massimu ta’ €5,000. Għotjiet għall-pubblikazzjoni għandhom l-għan li jissussidjaw […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2015 – sena mimmlijja inizzjattivi ġodda, sena ta’ xogħol bla waqfien minn tim żgħir li qiegħed jikber biż-żmien, sena ta’ bosta kollaborazzjonijiet, biss aktar importanti minn hekk, l-2015 kienet sena ddedikata għall-promozzjoni tal-kotba u l-qari. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali u minn hawn tistgħu taċċessaw […]

L-Uffiċċju tal-Ewropa Kreattiva f’Malta (CED Malta) huwa kburi b’din il-pubblikazzjoni (agħfas hawn: intranslation ) dwar il-fondi u l-opportunitajiet disponibbli għal dawk involuti fid-dinja tat-traduzzjoni letterarja. Il-konferenza In Translation – li wasslet ukoll għal dan il-ktejjeb – ġiet organizzata biex tirrikonoxxi l-iżviluppi ġodda fis-settur, u biex issir analiżi tal-fondi u l-premijiet disponibbli għall-operaturi kulturali u kreattivi Maltin […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm lesta l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-Fond Malti tal-Ktieb u qed jiġu mħabbra l-applikanti li ġew magħżula (ara taħt). Il-Fond Malti tal-Ktieb ġie mniedi l-ewwel darba din is-sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, bil-għan li jissussidja pubblikazzjonijiet ta’ valur kulturali għoli, liema pubblikazzjoni setgħu jaqgħu fir-riskju li jibqgħu fil-kexxun li kieku ma kellhomx din it-tip […]

Għadu kemm ġie mniehed uffiċċjalment il-fond Malti tal-Ktieb f’konferenza stampa mill-Onor. Evarist Bartolo, Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol; is-Segretarju Permanenti, s-Sur Joseph Caruana u s-Sur Mark Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fil-Board Room tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-Fond Malti tal-Ktieb hija inizjattiva mnedija mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex irawwem tkabbir kulturali fis-suq lokali tal-kotba. Wara proċess ta’ konsultazzjoni […]