ĦAREĠ L-10 PAGAMENT TAL-PLR

Category Archives: News

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam l-għaxar pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Marzu, 2017.  Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba tagħhom u t-total ta’ remunirazzjoni […]

L-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb beda il-ġimgħa li għaddiet bl-ewwel laqgħa tal-Bord Indipendenti tal-Aġġudikazzjoni fl-uffiċju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Floriana. Il-proċess ta’ tqassim u l-verifika li kull ktieb ġie elenkat fil-kategorija korretta ħa itwal mis-soltu din is-sena minħabba n-numru rekord ta’ sottomissjonijiet. Iż-żieda qawwija fin-numru ta’ sottomissjonijiet huwa mudell li ġie osservat matul l-aħħar ftit snin […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb din il-ġimgħa se jiċċelebra il-Jum Internazzjonali tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur b’għadd ta’ attivitajiet immirati biex iħeġġu lill-pubbliku jitgħallem iktar dwar il-kultura lokali tal-ktieb u biex jippromwovu l-ktieb bħala mezz ta’ emanċipazzjoni intellettwali. Nhar il-Ħamis 27 April, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jieħu sehem f’Fest tal-Litteriżmu, imtella’ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, Kulleġġ San […]

Illum, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħed iħabbar li għat-tieni darba fetħu l-applikazzjonijiet għall-Fond Malti tal-Ktieb. Il-Fond għandu valur totali ta’ 40,000 ewro u huwa miftuħ għal kittieba, edituri u pubblikaturi. Huwa kompost minn żewġ tipi ta’ għotjiet – għotjiet għall-pubblikazzjoni u għotjiet għall-edukazzjoni. Kull għotja ġġorr fond massimu ta’ €5,000. Għotjiet għall-pubblikazzjoni għandhom l-għan li jissussidjaw […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed joħroġ sejħa għall-artisti biex jieħdu sehem f’konkors letterarju tal-arti viżwali. Parteċipanti huma mitluba joħolqu xogħol imsejjes fuq kitba letterarja Maltija tal-għażla tagħhom. Massimu ta’ għaxar xogħlijiet se jintgħażlu minn ġurija skond il-kriterji msemmija hawn taħt. Ix-xogħlijiet li jintgħażlu ser jidhru f’wirja li ser iseħħ fil-Perellos Suite f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi matul l-edizzjoni […]

Ilbieraħ filgħaxija l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus għalaq it-tielet u l-aħħar jum tal-Festival b’attività f’ġieh il-kittieba Caroline Smailes, il-mistiedna speċjali tal-Festival. Smailes, li matul il-Festival mexxiet għadd ta’ workshops fuq aspetti tal-kitba letterarja u l-arti tar-rakkont, tkellmet ma’ John Bonello dwar ħajjitha u xogħolha, b’mod partikolari dwar l-importanza tal-parentela Maltija. Matul l-attività, il-kittieba qrat siltiet mill-kotba […]

It-tieni jum tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fetaħ b’attività mistennija ħafna, speċjalment minn dawk li għandhom għal qalbhom l-arti u l-filosofija. Prof. Hubertus von Amelunxen, il-Provost tal-European Graduate School (EGS), magħruf sew għax-xogħol tiegħu bħala kuratur u membru ta’ organizzazzjonijiet artistiċi, mexxa taħdita dwar il-fotografija bħala rappreżentazzjoni. Kien hemm ukoll diskussjoni f’panel ma’ Prof. Vince Briffa […]

Il-bieraħ 4 ta’ April il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fetaħ it-tinda fl-10 ta’ filgħodu biex jilqa’ tfal tal-primarja għall-preżentazzjoni ta’ ‘Il-Ġgant id-Dħuli’ ta’ Gladys Masters, maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, pubblikazzjoni Faraxa. It-tfal kienu mħeġġa jaqraw siltiet mill-ktieb lil xulxin, ħaġa li ħadu ħafna gost jagħmlu. Fil-fatt xi uħud mit-tfal tant kienu nvoluti fl-attività  li saħansitra […]

Il-qofol tal-London Book Fair ta’ din is-sena għal Malta kien Walid Nabhan bir-rumanz tiegħu “L-Eżodu taċ-Ċikonji”, ippubblikat oriġinarjament bil-Malti minn Klabb Kotba Maltin. Ir-rakkont, li għalkemm skomdu għall-aħħar, xorta waħda jqanqal sentimenti qawwija, idur madwar Nabil, refuġjat Palestinjan li jsib ruħu maqbud fid-dilemma ta’ hawn-u-hemm, issa-u-imbagħad. Fl-2014 ir-rumanz rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Huwa l-ewwel rumanz […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jistieden edituri u pubblikaturi jibgħatu applikazzjonijiet għal antoloġija ta’ kitba Maltija maqluba għall-Ingliż. Din hija sejħa miftuħa għal min huwa interessat u lest joħloq u jippubblika antoloġija ta’ kitba Maltija maqluba għall-Ingliż sabiex tħajjar pubblikaturi barranin ifittxu iktar tagħrif dwar il-letteratura Maltija. Għal dan il-għan, qed toħroġ espressjoni ta’ interess għal edituri […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-programm ta’ attivitajiet li ġie mħejji għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017. Il-Festival ser isir l-Università fl-4-5-6 ta’ April mill-10 ta’ filgħodu sa tard filgħaxija. L-għan tal-Festival huwa li jippromovi l-letteratura fis-sħuħija tagħha waqt li jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri tal-kotba jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, bħall-istudenti universitarji. Il-pubblikaturi u […]

Kif tħabbar diġà fi stqarrija stampa li ħarġet din il-ġimgħa, il-mistiedna speċjali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017 hija l-kittieba Ingliża Caroline Smailes. Il-Festival, li huwa l-frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Universita’, għandu l-għan li jippromovi l-letteratura u l-qari ma’ udjenza matura, b’mod partikolari studenti universitarji. Għal dan il-għan, l-organizzaturi […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 (għall-kotba li ġew ippubblikati tul l-2016) infetħu, inklużi dawk tat-Terramaxka – il-Premju Nazzjonali għal kotba tat-tfal u l-adolexxenti. Il-premju jagħżel pubblikazzjonijiet tas-sena ta’ qabel (f’dan il-każ tal-2016) li jilħqu livell għoli ħafna kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ valur letterarju kif ukoll f’dak […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università bi pjaċir iħabbru li qed jorganizzaw ir-raba’ edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-4-5-6 ta’ April 2017. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: mill-10:00 sat-15:00 u mill-17:00 sa tard. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u d-distributuri Maltin jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, bħall-istudenti universitarji. Minbarra l-bejgħ ta’ […]

L-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtiequ jħabbru li r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2016 huma Antoinette Borg bil-manuskritt tagħha Żejt fil-Wiċċ u Matthew Schembri bil-manuskritt Stessi. Antoinette Borg hija l-kittieba ta’ Fittixni (Merlin 2016) waqt li Matthew Schembri kien wieħed mill-parteċipanti fl-attività Taħżiż imtella’ mill-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2016 – sena ta’ kontribuzzjoni intensiva minn-naħa tal-kunsill fl-industrija tal-kotba u x-xena letterarja lokali b’bosta kollaborazzjonijiet u inizjattivi ġodda. Il-kunsill qed jikber fl-għanijiet tiegħu u r-rwol tiegħu fil-formazzjoni ta’ politika pubblika qed isir iktar prominenti bil-ħidma li qed isir fuq il-liġi tad-drittijiet tal-awtur u l-pubblikatur u l-liġi […]

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku li għat-tielet sena konsekuttiva l-Kunsill ser jieħu sehem fil-London Book Fair 2017.  Rappreżentanti tal-Kunsill ser jiltaqgħu ma’ pubblikaturi u aġenziji letterarji sabiex ifittxu opportunitajiet ġodda għat-traduzzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ letteratura Maltija ‘l hinn minn xtutna. Ser ikun hemm preżentazzjonijiet fl-istand tal-Kunsill (6E41), fejn għadd ta’ pubblikazzjonijiet lokali ser ikunu esibiti. Ser […]

Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni għall-Konkors ta’ Kitba Letterarja għaż-Żgħażagħ 2016, imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ, ser iseħħ nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Marzu, 2017 f’ ‘Youth Village’ Aġenzija Żgħażagħ, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, fis-6:30 ta’ filgħaxija. L-attività ser tkun preseduta mill-Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport. Matul iċ-ċerimonja […]

Fis-17 ta’ Marzu, f’ħanut tal-kotba li huwa ukoll ċentru kulturali u letterarju, Librebook – Bruxelles, żewġ kittieba magħrufa ser jieħdu sehem f’attività li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja f’ġieħ il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. L-attività tibda’ fis-6 ta’ filgħaxija b’Loranne Vella li ser taqra siltiet minn l-aħħar xogħol tagħha, Rokit. Rokit ser ikun ippublikat ġimgħa qabel l-attività, […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadu kif ħejja attività letterarja fi Brussell sabiex jiċċelebra il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. Erba’ kittieba magħrufa ser jaqraw siltiet minn xogħolhom lill-pubbliku. Alex Vella Gera u Lorrane Vella ser jidhru fis-17 ta’ Marzu, mis-sitta ta’ wara nofsinhar, waqt li Clare Azzopardi u Maria Grech Ganado ser jidhru l-għada, mis-sagħtejn […]

  13/02/2017   Stqarrija għall-Istampa: Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2017 organizzat mill-KNK   Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar li għadhom kif fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2016. Dan il-konkors huwa miftuħ għal kumpaniji li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn kwarta u għoxrin minuta msejsa fuq novella Maltija […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku bid-dati l-iktar importanti fil-kalendarju kulturali tal-kunsill għas-sena 2017. Nagħtu parir lill-membri tal-pubbliku sabiex iżommu l-ġranet b’dawn id-dati liberi għall-għan li jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet li qed inħejju għalihom.   Bejn l-4 u s-6 ta’ April il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università ser itellgħu r-raba’ edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb […]

Fl-ispirtu tal-istaġun tal-festi, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jesprimi xewqat sbieħ lill-pubbliku billi joffri l-ISBN database bħala open data. Riċerkaturi issa jistgħu jidħlu fid-database mis-sit tal-Kunsill sabiex joħolqu u jniżżlu rapporti f’format Excel, ħaġa ta’ użu siewi ħafna fir-riċerka ta’ u l-ġbir tal-informazzjoni. Id-database ingħatat format sempliċi sabiex tiffaċilita l-użu tagħha u tippermetti tfittxijiet bl-isem tal-awtur, […]

Bejn is-7 u l-10 ta’ Diċembru, l-Kunsill tal-Arti għall-Malta ġewwa New York flimkien mal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb preżentaw l-poeta u kittieb Malti kontemporanju Immanuel Mifsud – rebbieħ tal-European Union Prize for Literature (2011) u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Proża (2002, 2015) u għall-Poeżija (2015) – tul il-Festival New Literature from Europe fi New York. Il-Festival huwa […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016: Kotba 2015. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Parteċipanti flimkien ma’ mistiedna speċjali oħra kienu preżenti għas-serata u d-diskorsi uffiċċjali l-Onor. Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo u tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri. […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jirringrazzja l-membri tal-pubbliku li żaru l-festival u ħadu sehem fil-ħafna attivitajiet u wirjiet li ġew imtella’ għalihom. M’hemmx pjaċir ikbar għalina milli dak li naraw li l-enerġija u x-xogħol li tfajna fil-festival sabiex ikun kemm jista’ jkun esperjenza edukattiva, divertenti u memorabbli isarraf f’numru ikbar ta’ żjarat mill-pubbliku. Minn-naħa tagħna, inwiegħdu […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2015. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 8 ta’ Novembru, 2016 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (9-13 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esibituri tal-Festival u mistednin distinti oħra. […]

Dan il-għodu fid-9 il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Impjieg, l-Onorevoli Evarist Bartolo u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri ħabbru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 fil-Mediterranean Conference Centre (MCC), il-Belt Valletta. Il-festival ser ikun miftuħ għall-pubbliku mid-9 sat-13 ta’ Novembru filgħodu u filgħaxija. Matul il-ġranet tal-ġimgħa filgħodu il-festival ser ikun iddedikat għal qarrejja żgħar u studenti. Ġew […]

Mistiedna mportanti ħafna tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena hi bla dubbju Basma Abd El Aziz, il-kittieba ta’ The Queue, rumanz li ntlaqa’ b’tifħir kbir mill-kritiċi.  Basma tgħix fil-Kajr, fejn twieldet fl-1976 u għandha Master’s degree f’Newropsikjatrija mill-università ta’ Ein Shams. Hija membru taċ-Ċentru El Nadeem għar-Riabilitazzjoni ta’ Vittmi ta’ Vjolenza, kif ukoll membru tal-Assoċjazzjoni […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta l-filmat promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016. (Malta Book Festival 2016) Id-dati tal-edizzjoni tal-Festival ta’ din is-sena huma mid-9 sat-13 ta’ Novembru ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Belt Valletta u kopja tal-programm uffiċċjali tal-attivitajiet tul il-ħamest ijiem jista’ jitniżżel minn din il-ħolqa: http://ktieb.org.mt/?p=2662. L-attivitajiet huma miftuħin għall-pubbliku ġenerali u bla ħlas. Ħudu […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku b’preżentazzjoni li ser tittella’ bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Ispanjol (Università ta’ Malta) u l-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta flimkien mal-istess Kunsill u SKS, bit-titlu ‘Cervantes and Don Quixote in Literature and Culture’. Il-preżentazzjoni, li hija waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, hija maħsuba sabiex tfakkar l-400 anniversarju mill-mewt ta’ Miguel de Cervantes […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu pjaċir jippreżenta lill-kittieb Bulgaru Alek Popov, wieħed mill-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’  din is-sena. Ser jieħu sehem f’żewġ attivitajiet – huwa wieħed mill-kelliema fil-konferenza Literature and Totalitarianism u ser ikollu avveniment f’ġieħu fejn ser jitkellem mal-ġurnalist u kittieb Teodor Reljic fuq il-ħsibijiet u t-temi li jinformaw il-kitba tiegħu. Il-kittieb ser […]

Hekk kif il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qed joqrob viċin, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi l-programm għall-Festival kemm biex jgħarraf lill-pubbliku bl-avvenimenti li tħejjew għalih kif ukoll sabiex ikun ta’ gwida għal kull min iżur il-festival. Niżżel kopja minn din il-ħolqa: mbf-2016-programme-mt Wieħed mill-avvenimenti ewlenin tal-festival f’din is-sena huwa ddedikat lill-poetessa Maria Grech Ganado, ir-rebbieħa tal-premju Lifetime Achievement […]

L-akkademiku u kittieb Brittanniku Patrick McGuinness ser ikun fost il-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena. Huwa twieled fit-Tuneżija fl-1968 lil omm Belġjana ta’ ilsien Franċiż u missier ta’ dixxendenza Irlandiża. Kiber fil-Belġju u għex għal xi żmien fil-Venezwela, l-Iran, ir-Rumanija u l-Ingilterra. Kien iż-żmien li qatta fir-Rumanija fejn ra b’għajnejh il-waqa’ tar-regime kommunista, […]

Fl-2015 il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iddeċieda jiddedika avveniment lir-rebbieħ tal-Lifetime Achievement Award tas-sena ta’ qabel. Ir-rebbieħ tal-premju tal-2014 kien il-mibki Professur Godfrey Wettinger, magħruf l-iktar għall-iskoperta u l-ewwel traduzzjoni (flimkien ma’ Michael Fsadni) tal-ikbar teżor letterarju tal-pajjiż: Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaro, u anke għal kontra-argument li bih ċaħad it-teorija tal-kontinwita tal-Kristjaneżmu f’Malta kif kien ippropona Gian […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku li tħejja avveniment speċjali f’Temi Zammit Hall, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta, is-Sibt 12 ta’ Novembru fit-tmienja ta’ filgħaxija dedikat għall-adattament ċinematografiku ta’ xogħol letterarju.  Ser jintwera l-film rebbieħ tal-NBC PBS Film Contest ta’ din is-sena, magħmul minn Ryan Gatt u msejjes fuq novella ta’ Walid Nahban, Il-Kompliċi, meħuda […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar lill-Iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 ser isir f’Novembru li ġej mill-Erbgħa, 9 sal-Ħadd 13 fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), il-Belt Valletta. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar avveniment prestiġġjuż u importanti li għandu x’jaqsam mal-kotba fil-kalendarju edukattiv u kulturali Malti.  Matul dan l-avveniment, il-pubblikaturi u l-ħwienet […]

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ bil-konferenza tant mistennija dwar il-Letteratura u t-Totalitarjaniżmu. Għadd ta’ mistiedna speċjali, fosthom Basma Abdel Aziz, Patrick McGuinness, Alek Popov u Immanuel Mifsud, ser jieħdu sehem f’taħditiet ma’ Jurgen Balzan (ġurnalist) fuq it-tema ta’ kif il-letteratura tipikament tirrispondi għall-impatt politiku ta’ sistemi ta’ gvern li jfittxu li jifggħu l-espressjoni tal-individwu f’kull qasam […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma l-pubbliku li, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Bibljotekonomija, l-Arkivistika u x-Xjenzi ta’ l-Għarfien fl-Università ta’ Malta u l-Għaqda Bibljotekarji (MaLIA), ser titħejja konferenza ta’ ġurnata bit-tema ta’ kotba u litteriżmu fil-passat, il-preżent u l-futur (Books and Literacy:  Yesterday, Today and Tomorrow) bħala parti mill-attivitajiet imħejja għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016. Kif jimplika t-titlu, il-konferenza […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni għażel il-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2016 u bħas-soltu jixtieq jinforma l-pubbliku bit-titli li ntgħażlu. Dawn it-titli jistgħu jitqiesu ta’ kwalità għolja u membri tal-pubbliku jistgħu jixtruhom minn kwalunkwe ħanut tal-kotba kif ukoll mill-Festival Nazzjonali li ġej (9-13 Novembru, MCC Valletta). Sorpriża sabiħa għal din […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam is-seba’ pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ April, 2016 u t-30 ta’ Ġunju, 2016.  Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba tagħhom u t-total ta’ remunirazzjoni […]

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li bħalissa għaddejin il-preparazzjonijiet għall-Festival tal-Ktieb 2016 u jixtieq jinforma lill-pubbliku ġenerali dwar il-post, il-ġranet u l-ħinijiet ta’ ftuħ, u anke dwar l-attivitajiet li tħejjew għalihom f’dan il-Festival. L-avveniment ser iseħħ mid-9 sat-13 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta u ser ikun miftuħ għall-pubbliku filgħodu u filgħaxija, […]

  Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 9-13 NOV – MCC Sejħa għall-Esebituri Din hija sejħa għall-esebituri interessati li jorganizzaw esebizzjoni dwar is-sengħa ta’ kif jinħadem il-ktieb tul il-ġranet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2016. L-esebizzjoni għandha tkun f’postha sa mit-8 ta’ Novembru (l-ġurnata tal-ftuħ uffiċjali tal-Festival) u ser tkun armata fil-Perellos Suite (il-Kappella) ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. Ix-xogħol […]

  L-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħda tniedi l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Mons. Amante Buontempo’ għal din is-sena 2016   Il-kompetituri huma mitluba jibagħtu sa tliet poeżiji, kull waħda mhux itwal minn tletin vers, bil-Malti. Il-poeżiji għandhom ikunu ttajpjati fuq karta daqs A4, u għandhom jintbagħtu tliet kopji ta’ kull poeżija. Dawn il-poeżiji għandhom […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2015 – sena mimmlijja inizzjattivi ġodda, sena ta’ xogħol bla waqfien minn tim żgħir li qiegħed jikber biż-żmien, sena ta’ bosta kollaborazzjonijiet, biss aktar importanti minn hekk, l-2015 kienet sena ddedikata għall-promozzjoni tal-kotba u l-qari. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali u minn hawn tistgħu taċċessaw […]