Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018

DETTALJIDETTALJIDETTALJI

  • Wednesday | November 7, 2018 to Sunday | November 11, 2018
  • 9:00 am
  • Mediterranean Conference Centre, Valletta
  • +356 21222654
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 huwa l-aktar ċelebrazzjoni tal-kultura tal-ktieb prominenti u prestiġjuża tas-sena, li se tkun fid-Dar il-Mediterran (MCC), il-Belt Valletta, mill-Erbgħa 7 ta’ Novembru sal-Ħadd 11 ta’ Novembru. Il-poster għall-Festival huwa x-xogħol tal-artista viżiva u illustratriċi magħrufa Lisa Falzon, li wkoll ipproduċiet l-artwork għall-Festival tas-sena li għaddiet.
Il-programm sħiħ, aktar tard se jiġi mqassam f’forma stampata fid-djar kollha f’Malta u Għawdex.
Bħas-soltu, il-Festival se jiftaħ b’konferenza, li din is-sena se tkun imsejsa fuq it-tema tal-Letteratura u d-Dijaspora u se tkun immexxija minn numru ta’ awturi barranin u lokali, fosthom Lou Drofenik, il-kittieb Malti-Awstraljanja li s-sena li għaddiet rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 bir-rumanz The Confectioner’s Daughter. L-awturi barranin li se jieħdu sehem fil-konferenza huma Philip Ò Ceallaigh, Vera Duarte, u Nikola Petkovic.
Fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa filgħodu il-Festival ser jilqa’ żjajjar tal-iskejjel u programm speċjali ta’ attivitajiet kulturali u divertenti ġie mħejji għal dawn iż-żjajjar, inklużi drammi, attivitajiet ta’ qari u laqgħat ma’ kittieba. The Malta School of Visual and Performing Arts se jikkontribwixxu wkoll għall-avvenimenti ta’ filgħodu b’prestazzjonijiet imsejsa fuq temi letterarji.
Fost l-innovazzjonijiet tal-edizzjoni ta’ dis-sena, se jkun hemm ukoll prestazzjoni mid-duo Danusan u l-biljetti għal dan ix-xow jistgħu jinfdew bħala vouchers għall-kotba li ser ikunu għall-bejgħ fis-swali tal-MCC matul il-Festival. Il-biljetti se jkunu disponibbli għall-bejgħ online fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru.
Innovazzjoni importanti oħra għas-sena 2018 hija l-estensjoni tal-ispazju tal-esebituri: l-edizzjoni ta’ dis-sena se tinkludi sala oħra għall-esibituri u estensjoni tal-activity areas għall-bosta preżentazzjonijiet ta’ kotba, diskussjoni, tnehdijietu attivitajiet kulturali li se jsiru. Aktar tard ser insemmu ukoll l-isem ta’ awtur internazzjonali magħruf li ser ikun il-mistieden speċjali ta’ dis-sena.