Rapport Annwali 2014

Monthly Archives: February 2015

Agħfas hawn għall-verżjoni bil-Malti: e-Rapport Annwali Malti.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kif preżenta donazzjoni ta’ kotba varji li tammonta għal €5,000 lill-Iskola Primarja tal-Marsa, Kulleġġ San Ġorġ Preca. Ħafna minn dawn il-kotba ser jiġu użati bħala kotba għall-qari waqt il-lezzjonijiet, biss il-kumplament ser ikun possibbli għall-istudenti li jissellfuhom kemm mil-libreriji tal-klassijiet kif wkoll mil-librerija uffiċċjali tal-iskola.   Preżenti għad-donazzjoni kien hemm il-Kap […]

Illum l-Erbgħa 18 ta’ Frar 2015, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ David Bezzina, direttur ta’ Horizons, ippreżenta donazzjoni ta’ kotba lil-librerija tal-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin.   Il-KNK jemmen li kull settur tas-soċjetá għandu jkollu aċċess għall-kotba u l-libreriji inklużi dawk il-persuni li qed jiskontaw pieni f’ħabs jew instituzzjonijiet oħra. Ħadd m’għandu jitħalla lura minn opportunitajiet […]

Is-Surmast tal-Iskola Primarja tal-Furjana, is-Sur Stephen Miceli, flimkien ma’ għalliema u impjegati tal-istess skola, kif wkoll il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, is-Sur James Camilleri, stiednu rappreżentanti tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal ċerimonja qasira abbinata mad-donazzjoni ta’ kotba lill-istess skola. Il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, is-Sur Mark Camilleri, fetaħ iċ-ċerimonja billi spjega ftit il-varjeta ta’ kotba fid-donazzjoni u ħeġġeġ […]

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret nhar it-Tnejn, 2 ta’ Frar, 2015 fil-kwartieri tal-PBS fi Gwardamanġa, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri, u ċ-Chairman tal-PBS, is-Sur Tonio Portughese, iffirmaw memorandum fejn ftiehmu li jniedu l-Konkors għal Films Qosra – proġett ta’ kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet fi sforz biex lokalment tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-letteratura u l-qasam […]