London Book Fair 2017

Monthly Archives: February 2017

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku li għat-tielet sena konsekuttiva l-Kunsill ser jieħu sehem fil-London Book Fair 2017.  Rappreżentanti tal-Kunsill ser jiltaqgħu ma’ pubblikaturi u aġenziji letterarji sabiex ifittxu opportunitajiet ġodda għat-traduzzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ letteratura Maltija ‘l hinn minn xtutna. Ser ikun hemm preżentazzjonijiet fl-istand tal-Kunsill (6E41), fejn għadd ta’ pubblikazzjonijiet lokali ser ikunu esibiti. Ser […]

Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni għall-Konkors ta’ Kitba Letterarja għaż-Żgħażagħ 2016, imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ, ser iseħħ nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Marzu, 2017 f’ ‘Youth Village’ Aġenzija Żgħażagħ, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, fis-6:30 ta’ filgħaxija. L-attività ser tkun preseduta mill-Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport. Matul iċ-ċerimonja […]

Fit-18 ta’ Marzu, f’ħanut tal-kotba li huwa ukoll ċentru kulturali u letterarju, Librebook – Bruxelles, żewġ kittieba magħrufa ser jieħdu sehem f’attività li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja f’ġieħ il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. L-attività tibda’ fis-2 ta’ wara nofsinhar b’Clare Azzopardi li ser taqra siltiet minn Il-Qtates ta’ max-Xatt (2016, Merlin Publishers), Mingu (2015, Merlin Publishers), […]

Fis-17 ta’ Marzu, f’ħanut tal-kotba li huwa ukoll ċentru kulturali u letterarju, Librebook – Bruxelles, żewġ kittieba magħrufa ser jieħdu sehem f’attività li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja f’ġieħ il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. L-attività tibda’ fis-6 ta’ filgħaxija b’Loranne Vella li ser taqra siltiet minn l-aħħar xogħol tagħha, Rokit. Rokit ser ikun ippublikat ġimgħa qabel l-attività, […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadu kif ħejja attività letterarja fi Brussell sabiex jiċċelebra il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. Erba’ kittieba magħrufa ser jaqraw siltiet minn xogħolhom lill-pubbliku. Alex Vella Gera u Lorrane Vella ser jidhru fis-17 ta’ Marzu, mis-sitta ta’ wara nofsinhar, waqt li Clare Azzopardi u Maria Grech Ganado ser jidhru l-għada, mis-sagħtejn […]

  13/02/2017   Stqarrija għall-Istampa: Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2017 organizzat mill-KNK   Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar li għadhom kif fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2016. Dan il-konkors huwa miftuħ għal kumpaniji li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn kwarta u għoxrin minuta msejsa fuq novella Maltija […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam id-disa’ pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Ottubru, 2016 u l-31 ta’ Diċembru, 2016.  Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba tagħhom u t-total ta’ remunirazzjoni […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku bid-dati l-iktar importanti fil-kalendarju kulturali tal-kunsill għas-sena 2017. Nagħtu parir lill-membri tal-pubbliku sabiex iżommu l-ġranet b’dawn id-dati liberi għall-għan li jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet li qed inħejju għalihom.   Bejn l-4 u s-6 ta’ April il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università ser itellgħu r-raba’ edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb […]