Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba organizzat Konferenza Stampa sabiex tniedi katalgu ta’ artikli fuq il-Festa ippubblikati mill-istess Soċjetà u miġbura mill-professur Horace Ceaser Roger Vella, u l-ktieb tal-Festa ta’ din is-sena li għall-ewwel darba għandu ISBN maħruġ mill-Kunsil Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri feraħ lis-Soċjetà għal din l-inizjattiva peress li din hija l-ewwel darba li Soċjetà qed tixtri ISBN għall-ktieb li toħroġ fuq il-festa annwali tar-raħal. Dan ifisser li dan il-ktieb qed ikun regolat bil-liġi u qed jidħol fid-databse tal-kotba u jiġi immirkat. Aktar mninn hekk, dan il-ktieb ser imur ukoll fid-depożitu legali tal-Librerija Nazzjonali. Forsi għal min ma tantx tinteressaħ il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba, dan l-iżvilupp ma tantx huwa ta’ interess, imma l-KNK jemmen li dan l-iżvillupp huwa improtanti immens għax ser jassigura li r-riċerkaturi li ħa jirriċerkaw fuq il-festi Maltin, ħamsin jew mitt sena oħra, ser ikolhom għad-diżpozizzjoni tagħhom materjal minn fuq xiex jistudjaw, grazzi għall-fatt li dawn il-pubblikazzjonijiet qed jiġu regolati. Il-KNK jawgura li l-każini kollha ta’ Malta jittħajru u jieħdu eżempju u jibdew huma ukoll jixtru l-ISBN mal-pubblikazzjonijiet tagħhom fuq il-festa.

 

Mix-xellug għal-lemin: Charles Farrugia (Arkivista Nazzjonali), Prof. Horace Ceaser Roger Vella, Teddy Farrugia (President tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju) u Mark Camilleri (Kap Eżekuttiv Kunsil Nazzjonali tal-Ktieb).

11537712_10153348861647456_7322279143390623630_n 11425441_10153348861447456_1766662557203150702_n


Share Article