Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar xi tibdil fil-ħinijiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb minħabba bżonnijiet nazzjonali relatati mal-konferenza internazzjonali tal-immigrazzjoni li ser issir il-Belt Valletta ftit jiem wara l-Festival.

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser jagħlaq nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru f’nofsinhar (12.00) minflok ikun miftuħ il-ġurnata sħiħa, iżda nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser ikun miftuħ ġurnata sħiħa.

Għal nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru, biex il-KNK iħeġġeġ l-attendenza tal-pubbliku ġenerali, qed joffri mal 4,000 voucher ta’ €5 kull wieħed lit-tfal u l-adolexxenti kollha ta’ bejn ħames snin u tmintax-il sena. Dawn il-vouchers għandhom jiġu mitluba mill-istand tal-KNK kontra l-karta tal-identità, passaport jew ċertifikat tat-twelid tat-tifel jew tifla.

B’hekk it-tibdil fil-ħinijiet huma dawn li ġejjin:

Nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru: 09:30 – 22:30
Nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru: 08:30 – 12:00 (nofsinhar)

 .


Share Article