Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kif preżenta donazzjoni ta’ kotba sostanzjali li tammonta għal €7,000 lill-Librerija Pubblika Ċentrali, Floriana waqt l-avvenimenti ta’ Library Day. Dawn il-kotba, fil-maġġor parti tagħhom Melitensia, ser jitqassmu mal-libreriji ta’ Malta u Għawdex f’qasir żmien. Preżenti għall-preżentazzjoni kien hemm is-Sinj. Cheryl Falzon f’isem il-Librerija Pubblika Ċentrali , is-Sinj. Charles Calleja (Viċi-Chairman tal-KNK) u is-Sinj. Joe Debattista (Segretarju tal-KNK). Il-Kunsill għandu pjanati ħafna donazzjonijiet simili għall-libreriji pubbliċi u libreriji tal-iskejjel għas-sena d-dieħla b’hekk nisperaw li l-konkorrenza u s-self mill-libreriji jiżdiedu fix-xhur li ġejjin.

IMG_1716  IMG_1711 IMG_1704 IMG_1703 IMG_1702  IMG_1719IMG_1718IMG_1701IMG_1713


Share Article