IMG_1232

 

Illum, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta donazzjoni ta’ kotba lill-Kulleġġ Santa Margerita fil-preżenza tal-Kapijiet tal-Iskejjel rispettivi, il-Prinċipal tal-Kulleġġ Ms. Maria McNamara u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius f’ċerimonja qasira li saret fil-librerija tal-iskola ta’ Bormla. Id-donazzjoni ta’ kotba kienet immirata għall-klassijiet tal-kindergarten tal-istess Kulleġġ. Il-Klassijiet tal-Kindergarten ingħataw numru ta’ kotba biex isir użu minnhom għal sessjonijiet ta’ qari u anke għall-użu individwali mit-tfal.

 

Din id-donazzjoni lill-Kulleġġ Santa Margerita ser tkun repetuta s-sena d-dieħla b’donazzjoni oħra lill-klassijiet tal-ewwel sena tal-primarja tal-istess kulleġġ, u tkompli fis-snin ta’ wara b’donazzjoni lill-klassijiet l-oħra konsegwittivament. L-għan tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb wara din l-inizjattiva huwa biex joffri l-possibbilta’ lil generazzjoni partikolari ta’ tfal li tikber f’sistema edukattiva li toffri aċċess dirett għal kotba ta’ kwalita’.

 

Il-KNK jemmen li l-iskejjel u l-klassijjiet għandhom ikunu attrezzati sew b’kotba ġodda u ta’ kwalita’ u qed jagħmel milli jista’ biex joffri parti mill-fondi tiegħu sabiex jintlaħaq dan l-għan. Din hija t-tielet donazzjoni ta’ kotba lill-iskejjel f’din is-sena u donazzjonijiet oħra simili ser isiru fil-futur qarib.

 

IMG_1233 IMG_1246

IMG_1240 IMG_1241

IMG_1248


Share Article