Fl-2015 il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iddeċieda jiddedika avveniment lir-rebbieħ tal-Lifetime Achievement Award tas-sena ta’ qabel. Ir-rebbieħ tal-premju tal-2014 kien il-mibki Professur Godfrey Wettinger, magħruf l-iktar għall-iskoperta u l-ewwel traduzzjoni (flimkien ma’ Michael Fsadni) tal-ikbar teżor letterarju tal-pajjiż: Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaro, u anke għal kontra-argument li bih ċaħad it-teorija tal-kontinwita tal-Kristjaneżmu f’Malta kif kien ippropona Gian Francesco Abela.

Din is-sena allura jmiss li niċċelebraw ix-xogħol u l-ħidma letterarja tar-rebbieħ tal-premju fl-2015, il-poetessa Maria Grech Ganado, l-awtur  ta’ waħda mill-poeżiji l-iktar maħbuba fil-letteratura Maltija moderna, Jum San Valentin, u l-ewwel mara li nħatret lecturer fl-Università ta’ Malta. Is-serata ser tħares kemm lejn ix-xogħol letterarju kif ukoll il-ħidma tagħha fl-oqsma tas-soċjeta u l-kultura.

Maria ser titħaddet ma’ Charles Calleja matul l-avveniment li ser iseħħ nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija.

Għal aktar informazzjoni żuru il-paġna tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fuq Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/

PER_9417 copy booklets 2 12376604_10153725105807456_4720218724140553405_n - Copy img_0524


Share Article