Kummenti huma off għal din il-kariga

Adattament Ċinematografiku fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku li tħejja avveniment speċjali f’Temi Zammit Hall, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta, is-Sibt 12 ta’ Novembru fit-tmienja ta’ filgħaxija dedikat għall-adattament ċinematografiku ta’ xogħol letterarju.  Ser jintwera l-film rebbieħ tal-NBC PBS Film Contest ta’ din is-sena, magħmul minn Ryan Gatt u msejjes fuq novella ta’ Walid Nahban, Il-Kompliċi, meħuda mill-ġabra ta’ stejjer Lura d-dar u ġrajjiet oħra li ma ġrawx (Klabb Kotba Maltin, 2009.) Min jattendi l-Festival ser ikollu l-opportunità jiltaqa’ mad-direttur u l-kittieb u anke jieħu sehem f’diskussjoni fuq it-tema tal-adattament ta’ xogħol letterarju.

Din għandha tkun ta’ nteress speċjali peress li fl-istess jum, ftit qabel, fis-seba’ ta’ filgħaxija, il-pubbliku ser ikun mistieden jiltaqa’ mal-kittieb popolari Bulgaru Alek Popov u waqt din il-laqgħa, fejn il-kittieb ser ikun qed jitħaddet mal-ġurnalist Teodor Reljic fuq it-temi li jesplora fix-xogħol tiegħu, ser jintwerew xeni mill-film msejjes fuq il-ktieb Mission:London, miġbud minn Dimitar Mitovski.

Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna tal-Festival fuq Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/