Kummenti huma off għal din il-kariga

Alek Popov fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu pjaċir jippreżenta lill-kittieb Bulgaru Alek Popov, wieħed mill-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’  din is-sena. Ser jieħu sehem f’żewġ attivitajiet – huwa wieħed mill-kelliema fil-konferenza Literature and Totalitarianism u ser ikollu avveniment f’ġieħu fejn ser jitkellem mal-ġurnalist u kittieb Teodor Reljic fuq il-ħsibijiet u t-temi li jinformaw il-kitba tiegħu. Il-kittieb ser jkun disponibbli ukoll biex iwieġeb għall-mistoqsijiet mill-udjenza kif ukoll biex jiffirma kopji tal-kotba tiegħu.

Popov huwa magħruf ħafna fil-Bulgarija, l-iktar għax-xogħol satiriku tiegħu, Mission:London, parodija kumplessa tas-sistema politika fil-Bulgarija li tikxef l-għarbiel mhux daqshekk moħbi ta’ korruzjoni, favoritiżmu politiku u l-inkompetenza tal-awtoritajiet. Fil-parodija, li għandha rakkont meħjut minn ħafna fili differenti, toħroġ bis-saħħa d-delużjoni ta’ soċjetà post-kommunista li qed tħejji ruħha sabiex tingħaqad mal-familja ta’ nazzjonijiet kapitalisti.

Xeni mill-film tant popolari ser jidhru waqt l-intervista mal-kittieb ġewwa Sala Temi Zammit (MCC) nhar is-Sibt 12 ta’ Novembru fis-7:00pm.

Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival:

Web: http://ktieb.org.mt/?page_id=139&lang=mt

Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/