Dan l-Għaqda tal-Malti – Università jagħti lok lill-pubblikaturi u d-distributuri Maltin jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, bħall-istudenti universitarji. Minbarra l-bejgħ ta’ kotba jkun hemm ukoll programm varjat ta’ attivitajiet, bl-għan li l-letteratura nippromovuha fis-sħuħija tagħha, u mhux biss bħala prodott li jinxtara. Għal dan il-għan isir ħafna ħidma ma’ organizzazzjonijiet u individwi minn oqsma differenti tax-xena kulturali tal-pajjiż sabiex il-programm ikun wieħed varjat u miftuħ għall-interessi differenti ta’ membri tal-pubbliku.