Workshop mal-ġurnalisti Rosie Goldsmith u Max Easterman: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017

    Waħda mill-attivitajiet ewlenin fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017, A Riveting Workshop se joffri lill-ġurnalisti u lil dawk kollha interessati fl-arti tar-reċensjoni letterarja l-opportunità li jingħaqdu mal-ġurnalisti Ingliżi Rosie Goldsmith u Max Easterman għal workshop dwar ir-reċensjoni u l-promozzjoni tal-kotba. L-attività ser iseħħ fit-tieni jum tal-Festival, il-Ħamis 9 ta’ Novembru,...

Kompli qari

Konkors Letterarju tal-Arti għall-Festival tal-Ktieb

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq ifakkar lill-artisti lokali li s-sejħa għal sottomissjonijiet għall-Konkors Letterarju tal-Arti, bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet kulturali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, tagħlaq fil-31 ta’ Lulju. Sabiex jipparteċipaw, l-artisti huma mitluba jipproduċu xogħlijiet ta’ l-arti msejsa fuq xogħol letterarju Malti ta’ l-għażla tagħhom u li jista’ jinkludi rumanzi, novelli,...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 – Dati u Attivitajiet

Hekk kif qed isiru t-tħejjijiet għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar l-ewwel dettalji tal-programm uffiċjali. Bħal dejjem il-programm se jinkludi konferenzi fuq temi ta’ importanza letterarja u soċjopolitika, preżentazzjonijiet ta’ kotba u awturi, tnidijiet ta’ kotba, attivitajiet divertenti għat-tfal, qari u ħafna aktar. Il-Festival se jsir fiċ-Ċentru tal-Mediterran...

Kompli qari

Immanuel Mifsud fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir jippreżenta wieħed mill-mistednin l-iktar magħrufa tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf – l-awtur u poeta rebbieħ tal-Premju għal-Letteratura tal-Unjoni Ewropeja, Immanuel Mifsud, li se jkunu qed jaqra poeżiji minn tiegħu li għadhom ma ġewx ippubblikati nhar is-Sibt 15 Lulju, 15:30. Meqjus minn ħafna bħala figura ewlenija fir-rivoluzzjoni...

Kompli qari

Iż-Żgħażagħ u l-Letteratura fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf

Attività speċjali fl-ewwel jum tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf, 14 ta’ Lulju, ser tkun diskussjoni fuq il-kultura taż-żgħażagħ u l-letteratura, imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Pubblikaturi u l-kittieba se jieħdu sehem f’taħdita fuq il-letteratura u l-qarrejja żgħażagħ. Il-konverżazzjoni ser tmiss suġġetti differenti, iżda l-enfasi se tkun fuq il-litteriżmu fost iż-żgħażagħ, il-problema ta’ kif...

Kompli qari

Sessjoni ta’ Qari minn Awturi Diversi – Festival tal-Ktieb fis-Sajf

Il-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ, imtella’ kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ, jitlob lill-awturi jipproduċu rumanzi oriġinali ta’ bejn 20,000 u 25,000 kelma li jesploraw temi relatati mal-esperjenzi u l-għażliet li adulti żgħażagħ jiffaċċjaw f’dan l-istadju ta’ ħajjithom. L-aġġudikazzjoni tal-premju hija determinata minn ġurija li tipikament tinkludi...

Kompli qari

Clare Azzopardi u Loranne Vella fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf

L-ewwel ġurnata tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf fl-14 ta’ Lulju se tkun fuq it-tema taż-żgħażagħ u l-letteratura. Kemm il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kif ukoll numru ta’ pubblikaturi lokali ħejjew attivitajiet ibbażati fuq it-tema magħżula, sabiex janalizzaw aspetti differenti tal-letteratura għaż-żgħażagħ u l-litteriżmu fost iż-żgħażagħ. Fl-ewwel  attività kulturali tal-ġurnata, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jippreżenta...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba fil-Ftuħ tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf

Il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf, li ser iseħħ fl-14 u l-15 ta’ Lulju li ġej, se jiftaħ b’donazzjoni ta’ kotba lill-Iskola Post-Sekondarja Sir MA Refalo (Victoria, Għawdex). L-iskola għamlet l-offerta ġeneruża li tospita l-Festival tul il-jumejn ta’ ftuħ. Kemm id-donazzjoni kif ukoll il-ftuħ uffiċjali tal-Festival se jsiru fil-preżenza tal-Onor. Ministru għal Għawdex,...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf – Għawdex

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar li ġiet imħejja attività ġdida dan is-sajf għal kull min iħobb il-qari u l-kotba: il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf – Għawdex, jumejn mimlija attivitajiet kulturali kif ukoll fiera tal-kotba. Dan ser iseħħ f’Għawdex fl-14 u l-15 ta’ Lulju f’ Sir M. A. Refalo Sixth Form fil-Belt Victoria. L-attivitajiet...

Kompli qari

Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fetaħ l-applikazzjonijiet għal esebituri biex jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017. Bħas-soltu, il-Festival se ssir fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru, 8-12, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta . L-applikazzjoni hija miftuħa għall-pubblikaturi kollha, distributuri tal-ktieb, ħwienet tal-kotba u l-aġenziji tal-ktieb. NGOs u entitajiet pubbliċi li l-kamp ta’...

Kompli qari

Konkors Letterarju tal-Arti: Sejħa għall-Artisti

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed joħroġ sejħa għall-artisti biex jieħdu sehem f’konkors letterarju tal-arti viżwali. Parteċipanti huma mitluba joħolqu xogħol imsejjes fuq kitba letterarja Maltija tal-għażla tagħhom. Massimu ta’ għaxar xogħlijiet se jintgħażlu minn ġurija skond il-kriterji msemmija hawn taħt. Ix-xogħlijiet li jintgħażlu ser jidhru f’wirja li ser iseħħ fil-Perellos Suite...

Kompli qari

Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Tmiem

Ilbieraħ filgħaxija l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus għalaq it-tielet u l-aħħar jum tal-Festival b’attività f’ġieh il-kittieba Caroline Smailes, il-mistiedna speċjali tal-Festival. Smailes, li matul il-Festival mexxiet għadd ta’ workshops fuq aspetti tal-kitba letterarja u l-arti tar-rakkont, tkellmet ma’ John Bonello dwar ħajjitha u xogħolha, b’mod partikolari dwar l-importanza tal-parentela Maltija. Matul...

Kompli qari

Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-programm ta’ attivitajiet li ġie mħejji għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017. Il-Festival ser isir l-Università fl-4-5-6 ta’ April mill-10 ta’ filgħodu sa tard filgħaxija. L-għan tal-Festival huwa li jippromovi l-letteratura fis-sħuħija tagħha waqt li jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri tal-kotba jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza...

Kompli qari

REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA ‘MONS’ AMANTE BUONTEMPO’ 2016

IR-REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA ‘MONS’ AMANTE BUONTEMPO’ 2016 kif imħabbra nhar il-11 ta’ Novembru 2016, fis-Sala Temi Zammit, Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta waqt il-Festival Nazzjonali tal–Ktieb 2016 huma:- L-EWWEL PREMJU – Louis Briffa bil-poeżija ‘Falco Peregrinus’ IT-TIENI PREMJU – Paul P. Borg bil-poeżija ‘…bini Ażil…’ IT-TIELET PREMJU – Louis Briffa...

Kompli qari

Jiġi fi tmiemu l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016!

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jirringrazzja l-membri tal-pubbliku li żaru l-festival u ħadu sehem fil-ħafna attivitajiet u wirjiet li ġew imtella’ għalihom. M’hemmx pjaċir ikbar għalina milli dak li naraw li l-enerġija u x-xogħol li tfajna fil-festival sabiex ikun kemm jista’ jkun esperjenza edukattiva, divertenti u memorabbli isarraf f’numru ikbar ta’...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2015. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 8 ta’ Novembru, 2016 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (9-13 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esibituri...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 jiftaħ għada!

Dan il-għodu fid-9 il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Impjieg, l-Onorevoli Evarist Bartolo u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri ħabbru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 fil-Mediterranean Conference Centre (MCC), il-Belt Valletta. Il-festival ser ikun miftuħ għall-pubbliku mid-9 sat-13 ta’ Novembru filgħodu u filgħaxija. Matul il-ġranet tal-ġimgħa filgħodu il-festival ser ikun iddedikat għal...

Kompli qari

Basma Abel Aziz fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Mistiedna mportanti ħafna tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena hi bla dubbju Basma Abd El Aziz, il-kittieba ta’ The Queue, rumanz li ntlaqa’ b’tifħir kbir mill-kritiċi.  Basma tgħix fil-Kajr, fejn twieldet fl-1976 u għandha Master’s degree f’Newropsikjatrija mill-università ta’ Ein Shams. Hija membru taċ-Ċentru El Nadeem għar-Riabilitazzjoni ta’ Vittmi ta’...

Kompli qari

Promo tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta l-filmat promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016. (Malta Book Festival 2016) Id-dati tal-edizzjoni tal-Festival ta’ din is-sena huma mid-9 sat-13 ta’ Novembru ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Belt Valletta u kopja tal-programm uffiċċjali tal-attivitajiet tul il-ħamest ijiem jista’ jitniżżel minn din il-ħolqa: http://ktieb.org.mt/?p=2662. L-attivitajiet huma miftuħin għall-pubbliku...

Kompli qari

Ċelebrazzjoni ta’ Cervantes waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku b’preżentazzjoni li ser tittella’ bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Ispanjol (Università ta’ Malta) u l-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta flimkien mal-istess Kunsill u SKS, bit-titlu ‘Cervantes and Don Quixote in Literature and Culture’. Il-preżentazzjoni, li hija waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, hija maħsuba sabiex tfakkar l-400 anniversarju...

Kompli qari

Alek Popov fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu pjaċir jippreżenta lill-kittieb Bulgaru Alek Popov, wieħed mill-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’  din is-sena. Ser jieħu sehem f’żewġ attivitajiet – huwa wieħed mill-kelliema fil-konferenza Literature and Totalitarianism u ser ikollu avveniment f’ġieħu fejn ser jitkellem mal-ġurnalist u kittieb Teodor Reljic fuq il-ħsibijiet u t-temi li...

Kompli qari

Programm tal-Avvenimenti għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Hekk kif il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qed joqrob viċin, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi l-programm għall-Festival kemm biex jgħarraf lill-pubbliku bl-avvenimenti li tħejjew għalih kif ukoll sabiex ikun ta’ gwida għal kull min iżur il-festival. Niżżel kopja minn din il-ħolqa: mbf-2016-programme-mt Wieħed mill-avvenimenti ewlenin tal-festival f’din is-sena huwa ddedikat lill-poetessa Maria Grech...

Kompli qari

Patrick McGuinness fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

L-akkademiku u kittieb Brittanniku Patrick McGuinness ser ikun fost il-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena. Huwa twieled fit-Tuneżija fl-1968 lil omm Belġjana ta’ ilsien Franċiż u missier ta’ dixxendenza Irlandiża. Kiber fil-Belġju u għex għal xi żmien fil-Venezwela, l-Iran, ir-Rumanija u l-Ingilterra. Kien iż-żmien li qatta fir-Rumanija fejn...

Kompli qari

Maria Grech Ganado fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Fl-2015 il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iddeċieda jiddedika avveniment lir-rebbieħ tal-Lifetime Achievement Award tas-sena ta’ qabel. Ir-rebbieħ tal-premju tal-2014 kien il-mibki Professur Godfrey Wettinger, magħruf l-iktar għall-iskoperta u l-ewwel traduzzjoni (flimkien ma’ Michael Fsadni) tal-ikbar teżor letterarju tal-pajjiż: Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaro, u anke għal kontra-argument li bih ċaħad it-teorija tal-kontinwita tal-Kristjaneżmu...

Kompli qari

Adattament Ċinematografiku fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku li tħejja avveniment speċjali f’Temi Zammit Hall, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta, is-Sibt 12 ta’ Novembru fit-tmienja ta’ filgħaxija dedikat għall-adattament ċinematografiku ta’ xogħol letterarju.  Ser jintwera l-film rebbieħ tal-NBC PBS Film Contest ta’ din is-sena, magħmul minn Ryan Gatt u msejjes fuq novella...

Kompli qari

Żjarat tal-Istudenti fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar lill-Iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 ser isir f’Novembru li ġej mill-Erbgħa, 9 sal-Ħadd 13 fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), il-Belt Valletta. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar avveniment prestiġġjuż u importanti li għandu x’jaqsam mal-kotba fil-kalendarju edukattiv u kulturali Malti.  Matul...

Kompli qari

Il-KNK jippreżenta Konferenza dwar il-Letteratura u Totalitarjaniżmu waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ bil-konferenza tant mistennija dwar il-Letteratura u t-Totalitarjaniżmu. Għadd ta’ mistiedna speċjali, fosthom Basma Abdel Aziz, Patrick McGuinness, Alek Popov u Immanuel Mifsud, ser jieħdu sehem f’taħditiet ma’ Jurgen Balzan (ġurnalist) fuq it-tema ta’ kif il-letteratura tipikament tirrispondi għall-impatt politiku ta’ sistemi ta’ gvern li jfittxu li...

Kompli qari

MBF2016 // Books and Literacy: Yesterday, Today and Tomorrow

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma l-pubbliku li, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Bibljotekonomija, l-Arkivistika u x-Xjenzi ta’ l-Għarfien fl-Università ta’ Malta u l-Għaqda Bibljotekarji (MaLIA), ser titħejja konferenza ta’ ġurnata bit-tema ta’ kotba u litteriżmu fil-passat, il-preżent u l-futur (Books and Literacy:  Yesterday, Today and Tomorrow) bħala parti mill-attivitajiet imħejja għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb...

Kompli qari

Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 – Dati, Attivitajiet u Lokazzjoni

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li bħalissa għaddejin il-preparazzjonijiet għall-Festival tal-Ktieb 2016 u jixtieq jinforma lill-pubbliku ġenerali dwar il-post, il-ġranet u l-ħinijiet ta’ ftuħ, u anke dwar l-attivitajiet li tħejjew għalihom f’dan il-Festival. L-avveniment ser iseħħ mid-9 sat-13 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta u ser ikun...

Kompli qari

Sejħa għall-Esebituri – MBF2016

  Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 9-13 NOV – MCC Sejħa għall-Esebituri Din hija sejħa għall-esebituri interessati li jorganizzaw esebizzjoni dwar is-sengħa ta’ kif jinħadem il-ktieb tul il-ġranet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2016. L-esebizzjoni għandha tkun f’postha sa mit-8 ta’ Novembru (l-ġurnata tal-ftuħ uffiċjali tal-Festival) u ser tkun armata fil-Perellos Suite (il-Kappella) ta’ Dar...

Kompli qari

Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Niżżel kopja tal-Formola tal-Applikazzjoni bir-Regolamenti aġġornati għall-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 minn din il-ħolqa: Malta Book Festival 2016_formola tal-applikazzjoni Id-dati tal-Festival għall-2016 huma id-9 sat-13 ta’ Novembru (MCC). Problemi bil-proċess ta’ applikazzjoni jew mistoqsijiet dwar eliġibilta għall-parteċipazzjoni jistgħu jiġu mibgħuta lil Maria Muscat (KNK) fuq [email protected] L-applikazzjonijiet qed jiġu milqugħa fuq listess...

Kompli qari

Jispiċċa l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016

Ilbieraħ is-7 ta’ April kienet l-aħħar ġurnata tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016 – tliet ijiem mimlijin bejgħ ta’ kotba u attivitajiet letterarji organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Universitá kif ukoll mill-pubblikaturi preżenti għall-fiera u għaqdiet oħra Universitarji attivi fuq il-Kampus. Ninsabu sodisfatti ħafna bl-attendenza u nittamaw li...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus // 5-6-7 April

L-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fl-Università. Il-Festival se jittella’ bejn il-5 u s-7 ta’ April, mid-9:00 sas-14:00 u mill-16:00 sat-tard. Waqt dan il-Festival se jkun hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom HORIZONS, FARAXA BOOKS,...

Kompli qari

Rapport Annwali 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2015 – sena mimmlijja inizzjattivi ġodda, sena ta’ xogħol bla waqfien minn tim żgħir li qiegħed jikber biż-żmien, sena ta’ bosta kollaborazzjonijiet, biss aktar importanti minn hekk, l-2015 kienet sena ddedikata għall-promozzjoni tal-kotba u l-qari. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2015 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2014. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 3 ta’ Novembru, 2015 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (4-8 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esebituri tal-Festival...

Kompli qari

It-Trailer ta’ ‘Dar ir-Rummien’

Ħareġ it-trailer ta’ ‘Dar ir-Rummien’! Trailer – ‘Dar ir-Rummien’ Il-KNK jistieden lill-pubbliku ġenerali għall-premiere ta’ Dar ir-Rummien nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Valletta bħala parti mill-programm ta’ avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015 ‘Dar ir-Rummien’ huwa adattament ċinematografiku minn 2Doors Media ta’ novella ta’ Pierre J. Mejlak mill-ġabra...

Kompli qari

Tibdil fil-ħinijiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar xi tibdil fil-ħinijiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb minħabba bżonnijiet nazzjonali relatati mal-konferenza internazzjonali tal-immigrazzjoni li ser issir il-Belt Valletta ftit jiem wara l-Festival. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser jagħlaq nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru f’nofsinhar (12.00) minflok ikun miftuħ il-ġurnata sħiħa, iżda nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru...

Kompli qari

Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Programm tal-Avvenimenti 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-unur iħabbar lill-pubbliku l-programm tal-avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015. MBF 2015 – Programme – MT – web Xi darba kienu jgħidu li l-ktieb tradizzjonali ser jispiċċa kaġun tal-kompjuter, iżda dan f’pajjiżna ftit li xejn jidher minnu meta tqis li l-programm tal-avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din...

Kompli qari

Parteċipanti tal-Premju Terramaxka 2015

Il-PREMJU TERRAMAXKA 2015 huwa Premju għall-kotba immirati għat-tfal u adolexxenti li ġew pubblikati tul is-sena 2014. Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jiġu mħabbra ġurnata qabel il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (4-8 NOV, MCC, Valletta) u ċelebrati matul il-ġimgħa filgħodu meta t-tfal iżuru l-festival mal-iskejjel tagħhom. Il-parteċipanti tal-premju fil-kategoriji rispettivi huma mniżżla hawn taħt:   XOGĦOL...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb mil-4 sat-8 ta’ Novembru, 2015

Dalwaqt jerġa’ magħna l-aktar avveniment importanti tas-sena f’Malta għas-suq tal-kotba: meta l-pubblikaturi u l-awturi kollha lokali jiltaqgħu taħt saqaf wieħed. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser iseħħ mill-4 sat-8 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta.   F’dawn il-ħamest ijiem, il-pubbliku ġenerali ser ikun jista’...

Kompli qari

Premju Terramaxka 2015: l-Premju Nazzjonali ta’ Kotba għat-Tfal u l-Adolexxenti

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għall-ewwel darba din is-sena, il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ser jinqasam f’żewġ sezzjonijiet distinti: il-Premju ta’ Kotba għall-Adulti, li bħal dejjem ser isir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru; u l-Premju ta’ Kotba għat-Tfal u l-Adolexxenti li ser iġorr it-titlu PREMJU TERRAMAXKA.   Għala Premju...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015 (4-8 NOV, MCC)

Immaġina… l-iktar kotba riċenti, u l-awturi u l-pubblikaturi tagħhom jiltaqgħu taħt saqaf wieħed; xi ħadd jaqra storja u xi ħadd iehor poeżija. Kittieba jiddibattu, illustraturi jħażżu u l-bejgħ tal-kotba ma jonqosx. It-tfal jitilgħu sal-Belt u l-ħolm tagħhom isir realtà. F’Novembru li ġej jerġa’ magħna l-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB. Segwi dan is-sit...

Kompli qari

Festival Malti tal-Ktieb 2015 – Formola tal-Applikazzjoni

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-esebituri prospettivi tal-Festival Malti tal-Ktieb 2015 għandhom jimlew applikazzjoni sas-17 ta’ Awwissu biex jassiguraw il-parteċipazzjoni tagħhom u jitniżżlu fil-programm uffiċċjali. Applikanti għandhom jagħmlu is-sottomissjonijiet tagħhom għall-attivitajiet u għas-sussidji relatati. Il-Festival Malti tal-Ktieb ser isir mill-4 sat-8 ta’ Novembru, fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta. Niżżel...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus – 5-6-7 ta’ Mejju, 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw it-tieni edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-5-6-7 ta’ Mejju 2015. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: 09:00 – 15:00 u 19:00 – 21:30. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri Maltin jippromwovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, fosthom studenti universitarji....

Kompli qari

Film tal-KNK: Laqgħa ma’ Mara Morbi

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb issa fuq Youtube… Agħfas fuq il-ħolqa u xerred il-kelma >> Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb MALTA   Bħala parti mill-istrateġija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex jippromovi l-kotba u l-qari f’Malta, l-KNK b’kollaborazzjoni ma’ ONE u Shadeena, niedha dan il-film qasir ibbażat fuq ‘Laqgħa ma’ Mara Morbi’ – novella tal-awtur ċelebri Immanuel...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2014

  L-edizzjoni 2014 tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ġiet imtella’ għal darba oħra fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Belt Valletta bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru bi programm mimli attivitajiet li għalih attendew numru rekord ta’ nies. Bil-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata Franciza, kellna għat-tieni sena konsekuttiva l-parteċipazzjoni tal-ħanut tal-kotba minn Pariġi ‘La Boucherie’ u għall-ewwel...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Programm tal-Avvenimenti 2014

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm ħabbar il-Programmar tal-Avvenimenti tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li ser iseħħ fuq il-perjodu ta’ ħamest ijiem, bejn it-12 u 16 ta’ Novembru, fic-Centru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta. Il-Festival tal-Ktieb huwa miftuħ għal kullħadd bla ħlas u bi programm daqs ħamsin avveniment miftuħa...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2014 – Stqarrija Stampa

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jixtieq iħabbar li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser iseħħ fit-12 – 16 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta.   Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa kontinwazzjoni tal-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb li ġiet mogħtija libsa ġdida bħala parti mill-isforzi tal-KNK biex iżid il-valur kulturali f’dan l-aveniment annwali u prestiġjuż....

Kompli qari

Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2014

  Hawn taħt għandkhom issibu l-applikazzjoni għal min hu interessat jesebixxi fl-edizzjoni tal-Festival 2014 : application form 2014     Posters tal- Festival tal-2014 f’format tajjeb għall-istampar:   A4: https://docs.google.com/file/d/0BxQ_P8udFPM1WnAxdWl0M1ZGN0E/edit   A3: https://docs.google.com/file/d/0BxQ_P8udFPM1aXAtaXF4UFIySzQ/edit  

Kompli qari

Hani Shukrallah għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014

ara l-intervista kollha hawnhekk: Hani Shukrallah interviewed by Karl Schembri at the Book Festival on Campus. 30th April 2014. aqra l-artiklu ta’ Mark Camilleri – ippubblikat fit-Times of Malta 11/05/14 hawnhekk: Every revolution is messy: Hani Shukrallah, author of Egypt, the Arabs and the World, was the main guest at the...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014

L-Għaqda tal-Malti – Università b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb ġewwa l-Università. Il-Festival, ġie mtella bejn it-28 u t-30 ta’ April, mid-9:00 sal-15:00 b’xi attivitajiet li ttellgħu wara s-7 ta’ filgħaxija.   Għal dan il-Festival kien hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom...

Kompli qari

Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2013 – 13-17 Nov MCC

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jiġbdilkhom l-attenzjoni għall-fiera tal-ktieb li ttelgħet bejn l-Erbgħa 14 ta’ Novembru u l-Ħadd 17 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Meditterran, il-Belt Valletta. Sabiex nimmarkaw l-aspett inklussiv u olistiku ta’ dan l-avveniment prestiġjuż, il-fiera tal-ktieb ingħatat it-titlu “Festival Nazzjonali tal-Ktieb”.   Bħalma jsir kull sena, matul dan...

Kompli qari