Għajnuna bl-Applikazzjoni għall-Fond Malti tal-Ktieb

Peress li qed toqrob id-data tal-għeluq tal-Fond Malti tal-Ktieb, il-KNK jixtieq ifakkar lill-applikanti interessati kollha li qed joffri għajnuna lill-applikanti bl-applikazzjoni, b’mod partikolari lil dawk li mhumiex qed japplikaw ma’ pubblikatur. Filwaqt li huwa rakkomandat li l-applikanti jidentifikaw pubblikaturi li esprimew interess fil-proġett, ir-regolamenti jippermettu lill-awturi jippreżentaw l-applikazzjoni f’isimhom biss....

Kompli qari

Għotjiet għall-Edukazzjoni fi ħdan il-Fond Malti tal-Ktieb

Sabiex tissaħħaħ il-kultura tal-ktieb u l-kwalità tal-pubblikazzjonijiet f’Malta, il-Fond Malti tal-Ktieb jinkludi għotjiet għall-edukazzjoni b’fond massimu ta’ 5,000 ewro għal kull proġett. Dawn l-għotjiet huma maħsuba biex jiffinanzjaw spejjeż ta’ vjaġġar, akkomodazzjoni u parteċipazzjoni għal awturi u pubblikaturi li jixtiequ jattendu korsijiet qosra jew inizjattivi edukattivi relatati mal-qasam tax-xogħol tagħhom....

Kompli qari

Proġett tal-Fond Malti tal-Ktieb: Kif Dieb il-Gemiem

Il-Fond Malti tal-Ktieb huwa inizjattiva tal-KNK li għandha l-għan li trawwem it-tkabbir kulturali fis-settur tal-kotba billi tappoġġa kemm proġetti ta’ pubblikazzjoni kif ukoll proġetti edukattivi għall-awturi u l-pubblikaturi. Il-fond iġorr total ta’ 40,000 ewro biex jitqassmu bejn minimu ta’ 8 għotjiet. Għotjiet għal pubblikazzjoni huma maħsuba biex jappoġġjaw proġetti ta’...

Kompli qari

Fondi għat-Traduzzjoni

L-iskema “Literary Translation” ta’ Creative Europe hija injezzjoni sostanzjali ħafna ta’ kapital fil-ħolqien u l-promozzjoni ta’ traduzzjonijiet letterarji ta’ kwalità. L-għan tagħha huwa li tippromwovi ċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali ta’ letteratura billi tappoġġa proġetti ta’ traduzzjoni b’kwalunkwe lingwa (kemm bħala s-sors u kemm bħala l-mira tat-traduzzjoni) li hija rikonoxxuta uffiċjalment f’pajjiżi membri...

Kompli qari

IL-FOND MALTI TAL-KTIEB: MISTOQSIJIET U TWEĠIBIET

Dan l-artiklu għandu l-għan li jwieġeb mistoqsijiet komuni li normalment isaqsi min huwa interessat japplika għall-Fond Malti tal-Ktieb. Għal dawk li qatt ma applikaw għal fondi qabel u ma għandhomx esperjenza ta’ tali proċeduri, nibdew billi nfakkru fl-importanza tad-dokumentazzjoni mitluba u l-preżentazzjoni. Huwa veru li l-applikazzjoni se tkun ivvalutata l-aktar...

Kompli qari

Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2017

Illum, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħed iħabbar li għat-tieni darba fetħu l-applikazzjonijiet għall-Fond Malti tal-Ktieb. Il-Fond għandu valur totali ta’ 40,000 ewro u huwa miftuħ għal kittieba, edituri u pubblikaturi. Huwa kompost minn żewġ tipi ta’ għotjiet – għotjiet għall-pubblikazzjoni u għotjiet għall-edukazzjoni. Kull għotja ġġorr fond massimu ta’ €5,000. Għotjiet...

Kompli qari

Rapport Annwali 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2015 – sena mimmlijja inizzjattivi ġodda, sena ta’ xogħol bla waqfien minn tim żgħir li qiegħed jikber biż-żmien, sena ta’ bosta kollaborazzjonijiet, biss aktar importanti minn hekk, l-2015 kienet sena ddedikata għall-promozzjoni tal-kotba u l-qari. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali...

Kompli qari

Konferenza InTranslation

L-Uffiċċju tal-Ewropa Kreattiva f’Malta (CED Malta) huwa kburi b’din il-pubblikazzjoni (agħfas hawn: intranslation ) dwar il-fondi u l-opportunitajiet disponibbli għal dawk involuti fid-dinja tat-traduzzjoni letterarja. Il-konferenza In Translation – li wasslet ukoll għal dan il-ktejjeb – ġiet organizzata biex tirrikonoxxi l-iżviluppi ġodda fis-settur, u biex issir analiżi tal-fondi u l-premijiet disponibbli...

Kompli qari

Ħarġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm lesta l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-Fond Malti tal-Ktieb u qed jiġu mħabbra l-applikanti li ġew magħżula (ara taħt). Il-Fond Malti tal-Ktieb ġie mniedi l-ewwel darba din is-sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, bil-għan li jissussidja pubblikazzjonijiet ta’ valur kulturali għoli, liema pubblikazzjoni setgħu jaqgħu fir-riskju li jibqgħu fil-kexxun li...

Kompli qari

Tnedija tal-Fond Malti tal-Ktieb – 12/05/2015

Għadu kemm ġie mniehed uffiċċjalment il-fond Malti tal-Ktieb f’konferenza stampa mill-Onor. Evarist Bartolo, Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol; is-Segretarju Permanenti, s-Sur Joseph Caruana u s-Sur Mark Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fil-Board Room tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-Fond Malti tal-Ktieb hija inizjattiva mnedija mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex irawwem tkabbir kulturali fis-suq lokali...

Kompli qari