Open conference Breaking barriers – Contemporary use, models and allocation of ISBN across the world: list of speakers and agenda

The National Book Council of Malta is pleased to announce the list of speakers for the open conference Breaking barriers – Contemporary use, models and allocation of ISBN across the world, organised  in collaboration with the Oxford International Centre for Publishing Studies (UK) and Logos. The conference will be held at...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua

Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua, proġett kollaborattiv ġdid mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Kunsill Lokali ta’ Bormla, huwa festival ta’ ġurnata li se jsir fid-29 ta’ April fix-Xatt ta’ Bormla u se jkun iddedikat lit-tfal u l-kotba tat-tfal. Ħames pubblikaturi se jesibixxu l-kotba tagħhom u programm kulturali b’attivitajiet ta’ qari, laqgħat ma’...

Kompli qari

Sejħa għal Traduttur u Editur: Poeżiji ta’ Dun Karm Psaila

    Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jiftaħ proġett ġdid ta’ traduzzjoni ta’ importanza ewlenija għal pajjiżna – il-pubblikazzjoni ta’ ġabra ta’ poeżiji ta’ Dun Karm Psaila, maqlubin għall-Ingliż. It-tmexxija tal-proġett ġiet mogħtija lill-KNK mill-gvern bl-għan li x-xogħol tal-poeta nazzjonali ta’ Malta, wieħed mill-missirijiet fundaturi tal-letteratura moderna Maltija, ikun jista’ jiġi...

Kompli qari

Tliet Mistoqsijiet lill-Awtur: Taħdita ma’ Leanne

  Inkomplu s-sensiela ta’ intervisti ma’ awturi b’taħdita ma’ Leanne Ellul dwar il-ktieb tagħha Gramma.     Leanne Ellul hija l-kittieba tar-rumanz Gramma, wieħed mir-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura  għaż-Żgħażagħ fl-2014. L-aħħar pubblikazzjoni ta’ Ellul – traduzzjoni għall-Malti ta’ Gosto de Ti tal-kittieba Portugiża Fernanda Serrano, Inħobbok!, ġiet magħżula...

Kompli qari

Programm tat-TV: WIĊĊ IMB WIĊĊ

    Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi programm ġdid tat-TV f’kollaborazzjoni ma’ Antonella Axisa. Il-programm iġib l-isem ta’ “Wiċċ imb Wiċċ” u kull episodju huwa mfassal fuq il-qari ta’ silta minn xogħol letterarju Malti kontemporanju. Il-qari ser isir minn Antonella Axisa. Il-programm se jixxandar fuq it-TV Nazzjonali kull nhar ta’...

Kompli qari

Tliet Mistoqsijiet lill-Awtur: Taħdita ma’ Maria Grech Ganado

Inkomplu s-sensiela ta’ intervisti b’taħdita ma’ Maria Grech Ganado dwar il-ġabra ta’ poeżiji taħt il-kpiepel t’ġħajnejja.   Maria Grech Ganado studjat fl-Universitajiet ta’ Malta, ta’ Cambridge u ta’ Heidelberg. Hija tikteb bl-Ingliż u bil-Malti. Ħarġet erba’ ġabriet ta’ poeżiji bil-Malti, Iżda Mhux Biss, li rebaħ il-Premju Letterarju fis-sena 2000, Skont...

Kompli qari

Tliet Mistoqsijiet lill-Awtur: Taħdita ma’ Alfred Sant

  Inkomplu s-sensiela ta’ intervisti b’taħdita ma’ Alfred Sant dwar il-ktieb tiegħu Western – Bejn Rakkonti, Bejn Divertimenti.   Tul il-karriera tiegħu, Alfred Sant (imwieled fl-1948) kien involut fil-politika, fil-ġurnaliżmu, il-letteratura u t-teatru. Huwa kiteb wkoll artikli għal għadd ta’ ġurnali u perjodiċi. Ir-rumanz tiegħu L-Għalqa tal-Iskarjota, ippubblikat fl-2009, jgħaqqad...

Kompli qari

Tliet Mistoqsijiet lill-Awtur: Taħdita ma’ Trevor Żahra

  Inkomplu s-sensiela ta’ intervisti b’taħdita ma’ Trevor Żahra dwar il-ktieb tiegħu Vespri.   Trevor Żahra ilu fix-xena letterarja mill-1971 meta ppubblika l-ewwel ktieb tat-tfal tiegħu. Minn dak iż-żmien ‘il quddiem huwa ppubblika regolarment, u sal-lum għandu aktar minn 130 pubblikazzjoni f’ismu. Ir-rumanz qasir tiegħu Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa ġie...

Kompli qari

Tliet Mistoqsijiet Lill-Awtur: Taħdita ma’ Immanuel Mifsud

    Inkomplu s-sensiela ta’ intervisti ma’ awturi b’taħdita ma’ Immanuel Mifsud fuq il-ktieb tiegħu Jutta Heim. Immanuel Mifsud. Mifsud huwa kittieb u poeta. Fl-2002 il-ktieb tiegħu L-Istejjer Strambi ta’ Sara Sue Sammut rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tal-prosa. Tnax-il sena wara, fl-2014, Mifsud għal darb’oħra rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb,...

Kompli qari

Tliet Mistoqsijiet lill-Awtur: Taħdita ma’ Clare Azzopardi

  Inkomplu s-sensiela ta’ intervisti ma’ awturi b’taħdita ma’ Clare Azzopardi dwar il-ktieb tagħha Kulħadd Ħalla Isem Warajh   Clare Azzopardi tikteb kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College ta’ l-Università ta’ Malta u għal bosta snin kienet membru attiv ta’ Inizjamed. Ix-xogħol tagħha ġie tradott...

Kompli qari

Tliet Mistoqsijiet lill-Awtur: Taħdita ma’ Rita Saliba

    Inkomplu s-sensiela ta’ intervisti ma’ awturi b’taħdita mal-kittieba Rita Saliba dwar il-ktieb tagħha Il-Kulur tal-Lellux.   Saliba rebħet il-Konkors Nazzjonali ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ tliet darbiet bir-rumanzi tagħha Inżul ix-Xemx (2011), Bella Berger (2013) u Il-Kulur tal-Lellux (2016). Fl-2014 qalbet mit-Taljan għall-Malti  żewġ rumanzi oħra għall-adolexxenti, Il-Misteru tad-Dniefel tal-Ġebel...

Kompli qari

Tliet Mistoqsijiet lill-Awtur: Taħdita ma’ Alex Vella Gera

      “Tliet Mistoqsijiet lill-Awtur” hija inizjattiva ġdida tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fejn awturi Maltin li ġew ippremjati ta’ xogħolhom huma mitluba jwieġbu tliet mistoqsijiet dwar wieħed mill-kotba tagħhom. Il-mistoqsijiet huma maħsuba biex iwasslu lill-awturi jitkellmu dwar punti ta’ interess ġenerali bil-għan li jiġbdu l-attenzjoni ta’ parti kbira tal-pubbliku qarrej...

Kompli qari

Għotjiet għall-Edukazzjoni fi ħdan il-Fond Malti tal-Ktieb

Sabiex tissaħħaħ il-kultura tal-ktieb u l-kwalità tal-pubblikazzjonijiet f’Malta, il-Fond Malti tal-Ktieb jinkludi għotjiet għall-edukazzjoni b’fond massimu ta’ 5,000 ewro għal kull proġett. Dawn l-għotjiet huma maħsuba biex jiffinanzjaw spejjeż ta’ vjaġġar, akkomodazzjoni u parteċipazzjoni għal awturi u pubblikaturi li jixtiequ jattendu korsijiet qosra jew inizjattivi edukattivi relatati mal-qasam tax-xogħol tagħhom....

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf – Għawdex

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar li ġiet imħejja attività ġdida dan is-sajf għal kull min iħobb il-qari u l-kotba: il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf – Għawdex, jumejn mimlija attivitajiet kulturali kif ukoll fiera tal-kotba. Dan ser iseħħ f’Għawdex fl-14 u l-15 ta’ Lulju f’ Sir M. A. Refalo Sixth Form fil-Belt Victoria. L-attivitajiet...

Kompli qari

Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb din il-ġimgħa se jiċċelebra il-Jum Internazzjonali tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur b’għadd ta’ attivitajiet immirati biex iħeġġu lill-pubbliku jitgħallem iktar dwar il-kultura lokali tal-ktieb u biex jippromwovu l-ktieb bħala mezz ta’ emanċipazzjoni intellettwali. Nhar il-Ħamis 27 April, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jieħu sehem f’Fest tal-Litteriżmu, imtella’ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill...

Kompli qari

Konkors Letterarju tal-Arti: Sejħa għall-Artisti

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed joħroġ sejħa għall-artisti biex jieħdu sehem f’konkors letterarju tal-arti viżwali. Parteċipanti huma mitluba joħolqu xogħol imsejjes fuq kitba letterarja Maltija tal-għażla tagħhom. Massimu ta’ għaxar xogħlijiet se jintgħażlu minn ġurija skond il-kriterji msemmija hawn taħt. Ix-xogħlijiet li jintgħażlu ser jidhru f’wirja li ser iseħħ fil-Perellos Suite...

Kompli qari

Ċerimonja ta’ Premazzjoni għall-Konkors ta’ Kitba Letterarja

Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni għall-Konkors ta’ Kitba Letterarja għaż-Żgħażagħ 2016, imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ, ser iseħħ nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Marzu, 2017 f’ ‘Youth Village’ Aġenzija Żgħażagħ, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, fis-6:30 ta’ filgħaxija. L-attività ser tkun preseduta mill-Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni,...

Kompli qari

Maria Grech Ganado u Clare Azzopardi fi Brussell

Fit-18 ta’ Marzu, f’ħanut tal-kotba li huwa ukoll ċentru kulturali u letterarju, Librebook – Bruxelles, żewġ kittieba magħrufa ser jieħdu sehem f’attività li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja f’ġieħ il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. L-attività tibda’ fis-2 ta’ wara nofsinhar b’Clare Azzopardi li ser taqra siltiet minn Il-Qtates ta’ max-Xatt (2016, Merlin...

Kompli qari

Alex Vella Gera u Loranne Vella f’Librebook-Bruxelles

Fis-17 ta’ Marzu, f’ħanut tal-kotba li huwa ukoll ċentru kulturali u letterarju, Librebook – Bruxelles, żewġ kittieba magħrufa ser jieħdu sehem f’attività li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja f’ġieħ il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. L-attività tibda’ fis-6 ta’ filgħaxija b’Loranne Vella li ser taqra siltiet minn l-aħħar xogħol tagħha, Rokit. Rokit ser...

Kompli qari

ISBN open data

Fl-ispirtu tal-istaġun tal-festi, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jesprimi xewqat sbieħ lill-pubbliku billi joffri l-ISBN database bħala open data. Riċerkaturi issa jistgħu jidħlu fid-database mis-sit tal-Kunsill sabiex joħolqu u jniżżlu rapporti f’format Excel, ħaġa ta’ użu siewi ħafna fir-riċerka ta’ u l-ġbir tal-informazzjoni. Id-database ingħatat format sempliċi sabiex tiffaċilita l-użu tagħha...

Kompli qari

Malta fil-Festival New Literature from Europe NY

Bejn is-7 u l-10 ta’ Diċembru, l-Kunsill tal-Arti għall-Malta ġewwa New York flimkien mal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb preżentaw l-poeta u kittieb Malti kontemporanju Immanuel Mifsud – rebbieħ tal-European Union Prize for Literature (2011) u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Proża (2002, 2015) u għall-Poeżija (2015) – tul il-Festival New Literature from Europe...

Kompli qari

REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA ‘MONS’ AMANTE BUONTEMPO’ 2016

IR-REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA ‘MONS’ AMANTE BUONTEMPO’ 2016 kif imħabbra nhar il-11 ta’ Novembru 2016, fis-Sala Temi Zammit, Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta waqt il-Festival Nazzjonali tal–Ktieb 2016 huma:- L-EWWEL PREMJU – Louis Briffa bil-poeżija ‘Falco Peregrinus’ IT-TIENI PREMJU – Paul P. Borg bil-poeżija ‘…bini Ażil…’ IT-TIELET PREMJU – Louis Briffa...

Kompli qari

Żjarat tal-Istudenti fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar lill-Iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 ser isir f’Novembru li ġej mill-Erbgħa, 9 sal-Ħadd 13 fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), il-Belt Valletta. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar avveniment prestiġġjuż u importanti li għandu x’jaqsam mal-kotba fil-kalendarju edukattiv u kulturali Malti.  Matul...

Kompli qari

L-Istorja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Fl-1971, ingħata għall-ewwel darba l-Premju Letterarju għall-kotba ppubblikati fl-1970 fuq inizjattiva tal-Gvern bit-tir li jinkoraġġixxi l-letteratura Maltija u jippremja l-aħjar awturi kull sena. L-ewwel rebbieħa kienu Anton Buttiġieġ bil-ġabra ta’ poeżiji tiegħu ‘Fl-Arena’ u Francis Ebejer b’‘Id-Drammi Vol. 2’ li fih kien jiġbor it-tliet drammi tiegħu tas-sittinijiet ‘Vaganzi tas-Sajf’, ‘Boulevard’...

Kompli qari

Ħareġ is-7 pagament tal-PLR

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam is-seba’ pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ April, 2016 u t-30 ta’ Ġunju, 2016.  Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba...

Kompli qari

Sejħa għall-Esebituri – MBF2016

  Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 9-13 NOV – MCC Sejħa għall-Esebituri Din hija sejħa għall-esebituri interessati li jorganizzaw esebizzjoni dwar is-sengħa ta’ kif jinħadem il-ktieb tul il-ġranet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2016. L-esebizzjoni għandha tkun f’postha sa mit-8 ta’ Novembru (l-ġurnata tal-ftuħ uffiċjali tal-Festival) u ser tkun armata fil-Perellos Suite (il-Kappella) ta’ Dar...

Kompli qari

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA Mons. Amante Buontempo – 2016

  L-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħda tniedi l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Mons. Amante Buontempo’ għal din is-sena 2016   Il-kompetituri huma mitluba jibagħtu sa tliet poeżiji, kull waħda mhux itwal minn tletin vers, bil-Malti. Il-poeżiji għandhom ikunu ttajpjati fuq karta daqs A4, u għandhom jintbagħtu tliet kopji ta’...

Kompli qari

Id-Database tal-ISBN ta’ Malta

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadha kemm tlestiet databse bil-kotba lokali kollha li għandhom ISBN. Din id-database hija aċċessibbli mingħajr ħlas mis-sit tal-KNK. L-ISBN (International Standard Book Number) huwa numru uniku allokat għal kull ktieb ta’ kull forma. Il-KNK huwa l-aġent uffiċjali tal-ISBN f’Malta u dan ifisser li l-KNK...

Kompli qari

Beyond a Satin Sea u Tangerine Sky

Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju, il-Kunsill Nazzjoanli tal-Ktieb organizza riċeviment żgħir biex jirringrazzja lil kull min kien involut fil-proċess biex ġew ippublikati Beyond a Satin Sea u Tangerine Sky – żewġ antoloġiji li jiġbru fihom għażla ta’ poeżija u proża tradotta mir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-kategoriji Poeżija u Proża bejn...

Kompli qari

Jum Dinji tal-Ktieb 2016

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizza flimkien mal-Iskola Sekondarja San Mikiel (Santa Venera), żewġ sessjonijiet ta’ laqgħat bejn studenti u l-kittieba Leanne Ellul u Walid Nabhan. Nabhan u Ellul tkellmu fuq il-vjaġġ letterarju tagħhom u ħeġġew l-istudenti biex jaqraw u jħobbu il-kotba.   Il-KNK ikkollabora ukoll...

Kompli qari

Il-KNK fil-London Book Fair 2016

Il- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm irritorna mill-London Book Fair 2016 fejn, għat-tieni sena konsekuttiva, ipparteċipa bi stand prominenti mimlija b’selezzjoni vasta ta’ Melitensia li tinkludi kotba rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ uħud mill-aktar pubblikazzjonijiet ta’ proża riċenti u kotba ta’ referenza ta’ kwalita minn pubblikaturi Maltin. Għall-2016, il-KNK...

Kompli qari

Jispiċċa l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016

Ilbieraħ is-7 ta’ April kienet l-aħħar ġurnata tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016 – tliet ijiem mimlijin bejgħ ta’ kotba u attivitajiet letterarji organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Universitá kif ukoll mill-pubblikaturi preżenti għall-fiera u għaqdiet oħra Universitarji attivi fuq il-Kampus. Ninsabu sodisfatti ħafna bl-attendenza u nittamaw li...

Kompli qari

Il-KNK fil-CRICKIDS Festival 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ Malta Libraries u Central Public Library tellaw Librerija ‘Pop-Up’ waqt il-CRICKIDS Festival tul Sibt u Ħadd-il Għid f’Tal-Virtu’, r-Rabat. Il-KNK qassam fuljetti dwar l-importanza tal-qari liż-żgħar u Malta Libraries daħħlu għadd ta’ membri ġodda ta’ kull eta’ fis-sistema tal-Libreriji Pubbliċi b’hekk fil-jiem li ġejjin jibdew jissellfu l-kotba...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus // 5-6-7 April

L-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fl-Università. Il-Festival se jittella’ bejn il-5 u s-7 ta’ April, mid-9:00 sas-14:00 u mill-16:00 sat-tard. Waqt dan il-Festival se jkun hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom HORIZONS, FARAXA BOOKS,...

Kompli qari

KNK fis-‘Salon du livre et des cultures du Luxembourg’ 2016

Fil-programm tas-16-il edizzjoni tas-Salon du livre et des cultures du Luxembourg u t-33 edizzjoni tal-Festival des migrations, des cultures et de la citoyenneté, li saru f’LuxExpo, Kirchberg nhar it-12 u t-13 ta’ Marzu, il-ktieb Malti ingħata post speċjali. B’inizjattiva tal-kittieb u organizzatur kulturali Antoine Cassar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kellu stand...

Kompli qari

Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb

Għada t-3 ta’ Marzu ser jiġi ċċelebrat fir-Renju Unit il-Jum Dinji tal-Ktieb. Il-Jum Dinji tal-Ktieb kif rikonoxxut mill-UNESCO ser jiġi ċċelebrat madwar id-dinja kollha fit-23 ta’ April, għaldaqstant il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jieħu din l-opportunità biċ-ċelebrazzjoni tal-ktieb fir-Renju Unit sabiex jagħmel messaġġ favur il-qari u l-kotba. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq...

Kompli qari

Manwal għall-Utenti tal-ISBN bil-Malti

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma li għadu kemm ippubblika f’forma elettronika traduzzjoni bil-Malti tas-sitt edizzjoni tal-ISBN Users’ Manual bit-titlu ‘Manwal għall-Utenti tal-ISBN’.  Dan il-manwal huwa għodda mportanti ta’ kif jiġi msawwar l-ISBN ta’ kull pubblikazzjoni, sew f’forma stampata, kif ukoll f’forom oħra bħal dik elettronika.  Hemm ukoll informazzjoni importanti oħra...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015

L-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtiequ jħabbru li r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015 huma Rita Saliba bil-manuskritt tagħha ‘Il-kulur tal-lellux’ u Roberta Bajada bil-manuskritt ‘Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw’. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret nhar il-Ħamis, 11 ta’ Frar, 2016 fil-‘Youth Village’ ta’ Aġenżija Żgħażagħ f’Santa Venera u kienet...

Kompli qari

Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra KNK PBS 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) flimkien mal-Public Broadcasting Services (PBS) bi pjaċir iħabbru li għadhom kif fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra 2016. Dan il-konkors huwa miftuħ għal timijiet li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn 15-20 minuta msejsa fuq novella Maltija ppubblikata. Biex japplika, it-tim irid jissottometti script kif ukoll...

Kompli qari

Rapport Annwali 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2015 – sena mimmlijja inizzjattivi ġodda, sena ta’ xogħol bla waqfien minn tim żgħir li qiegħed jikber biż-żmien, sena ta’ bosta kollaborazzjonijiet, biss aktar importanti minn hekk, l-2015 kienet sena ddedikata għall-promozzjoni tal-kotba u l-qari. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali...

Kompli qari

Pagamenti tal-PLR għal Ottubru-Diċembru 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam il-ħames pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights – PLR) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta w Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Ottubru, 2015 u l-31 ta’ Diċembru, 2015. Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self...

Kompli qari

Konsultazzjoni Pubblika fuq it-tfassil tal-liġi tal-KNK 16/01/16

Bħalissa l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qiegħed fil-fażi ta’ konsultazzjoni mal-kittieba u l-pubblikaturi fil-proċess tat-tfassil tal-leġiżlazzjoni fuq il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-KNK, li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni, inħoloq fl-2001 biex jikkoordina servizzi istituzzjonali li għandhom x’jasqmu mad-dinja tal-ktieb bħall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u d-distribuzzjoni tal-ISBN f’Malta. L-għan tal-KNK hu li...

Kompli qari

Donazzjoni annwali ta’ kotba lill-Librerija Pubblika Ċentrali

Donażżjoni annwali ta’ kotba lill-Librerija Pubblika Ċentrali għal żmien il-Milied li tinkludi uħud mill-aktar pubblikazzjonijiet riċenti Maltin, kotba finalisti u rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma numru ta’ kotba bil-Franċiż u t-Taljan li fil-jiem li ġejjin ser jitqassmu fil-libreriji madwar Malta. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jawgura l-isbaħ xewqat u jħeġġeġ...

Kompli qari

‘GRAMMA’ ma’ Leanne Ellul @CPL

Qari u Iktar minn ‘GRAMMA’ ta’ Leanne Ellul Rebbieħ tal-‘Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2014′ organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Pubblikat minn Merlin Publishers. Is-Sibt 12 ta’ Diċembru Librerija Pubblika Ċentrali (Belt is-Sebħ) Dan l-avveniment ittella bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet ‘Christmas at the Central Public...

Kompli qari

Konferenza InTranslation

L-Uffiċċju tal-Ewropa Kreattiva f’Malta (CED Malta) huwa kburi b’din il-pubblikazzjoni (agħfas hawn: intranslation ) dwar il-fondi u l-opportunitajiet disponibbli għal dawk involuti fid-dinja tat-traduzzjoni letterarja. Il-konferenza In Translation – li wasslet ukoll għal dan il-ktejjeb – ġiet organizzata biex tirrikonoxxi l-iżviluppi ġodda fis-settur, u biex issir analiżi tal-fondi u l-premijiet disponibbli...

Kompli qari

Preżentazzjoni ta’ “This Fair Land” f’Londra

‘This Fair Land’ – Maltese in London/Il-Malti f’Londra huwa avveniment organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni ma Francis Boutle Publishers bil-għan li tiġi ċelebrata l-letteratura Maltija f’Londra permezz ta’ qari minn ‘This Fair Land: An Anthology of Maltese Literature’ tal-editur Charles Briffa b’introduzzjoni ta’ Oliver Friggieri. Il-Prof. Charles Briffa ta’ preżentazzjoni qasira u ġie...

Kompli qari

‘X’Aħna Smart!’ ta’ Stephen Lughermo fil-Librerija Pubblika Ċentrali

‘X’Aħna Smart!’ – attivita’ organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’kollaborazzjoni ma’ Malta Libraries nhar is-Sibt 3 ta’ Ottubru, fil-Librerija Pubblika Ċentrali, l-Furjana. Stephen Lughermo, il-kittieb ta’ ‘X’Aħna Smart!’ (Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2014 mtella mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenżija Żgħażagħ) ġie intervistat minn Maria Pia Gauci u qara...

Kompli qari

“Imeldina” – qari fil-Librerija Pubblika Ċentrali

“Min ma jħobbx iċaflas? Tista’ ċċaflas fl-ilma tax-xita u tista’ ċċaflas fil-baħar, imma Imeldina ssib tarf iċċaflas kullimkien! U tibqa’ tibqa’ sakemm …” Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Awwissu, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni ma’ Malta Libraries organizza attività oħra għat-tfal – sessjoni ta’ qari animat minn Sandra Hili Vassallo, l-awtriċi tal-ktieb...

Kompli qari

“Stedina għal Sabrina” qari u tpinġija fil-Librerija Pubblika Ċentrali

Is-Sibt l-1 ta’ Awwissu, 2015, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni ma’ Malta Libraries stieden lit-tfal minn 4 sa 7 snin jattendu flimkien mal-ġenituri tagħhom għal sessjoni edukattiva ta’ qari animat minn Louise Sammut, l-awtriċi tal-ktieb “Stedina għal Sabrina” fil-Librerija Pubblika Ċentrali, l-Furjana. Wara l-qari t-tfal ipparteċipaw f’attività artistika ma’ Elizabeth Brincat,...

Kompli qari

‘Spins and Spells’ – kollaborazzjoni bejn MAF u KNK

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kien maħtur jikkordina is-sezzjoni letterarja tal-avveniment ‘Spins and Spells’ bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet tal-Malta Arts Festival li seħħ nhar il-21 ta’ Lulju fil-Berġa tal-Italja fil-Belt Valletta. Dakinhar ġiet preżentata għażla ta’ poeżiji tal-awturi emerġenti Leanne Ellul, Kit Azzopardi, Marie Gion u Clifford Jo Zahra lil udjenza...

Kompli qari

Konferenza Stampa Każin tal-Madonna tal-Ġilju, Mqabba 10-06-2015

Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba organizzat Konferenza Stampa sabiex tniedi katalgu ta’ artikli fuq il-Festa ippubblikati mill-istess Soċjetà u miġbura mill-professur Horace Ceaser Roger Vella, u l-ktieb tal-Festa ta’ din is-sena li għall-ewwel darba għandu ISBN maħruġ mill-Kunsil Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri feraħ lis-Soċjetà għal...

Kompli qari

Donazzjoni oħra lill-Libreriji Maltin 10/06/2015

Donazzjoni oħra mdaqqsa ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lill-Libreriji Pubbliċi ta’ Malta, illum l-10 ta’ Ġunju, 2015. Preżenti għad-donazzjoni kien hemm is-Segretarju tal-KNK, is-Sur Joe Debattista u f’isem il-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana, is-Sa. Cheryl Falzon. Din is-selezzjoni ta’ kotba minn djar ta’ pubblikazzjonijiet Maltin ser titqassam fil-libreriji madwar Malta u...

Kompli qari

Tnedija tal-Fond Malti tal-Ktieb – 12/05/2015

Għadu kemm ġie mniehed uffiċċjalment il-fond Malti tal-Ktieb f’konferenza stampa mill-Onor. Evarist Bartolo, Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol; is-Segretarju Permanenti, s-Sur Joseph Caruana u s-Sur Mark Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fil-Board Room tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-Fond Malti tal-Ktieb hija inizjattiva mnedija mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex irawwem tkabbir kulturali fis-suq lokali...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus – 5-6-7 ta’ Mejju, 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw it-tieni edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-5-6-7 ta’ Mejju 2015. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: 09:00 – 15:00 u 19:00 – 21:30. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri Maltin jippromwovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, fosthom studenti universitarji....

Kompli qari

Il-KNK jikkollabora mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu – ‘Aqra kemm Tiflaħ’

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kellu l-pjaċir jikkollabora mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu li tagħmel parti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni fuq il-programm ‘Aqra kemm tiflaħ’ – programm maħsub għall-ewwel snin tal-edukazzjoni primarja. F’din l-ewwel fażi tal-programm il-KNK xtara b’madwar €15,000 f’kotba li qed jitqassmu bejn 19-il skola. Kull klassi mill-ewwel sat-tielet sena qed tingħata mhux anqas...

Kompli qari

Jum Dinji tal-Ktieb – Guy Bass jżur skola fil-Kulleġġ ta’ Sta. Tereża

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet organizzati lokalment għall-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb 2015, l-awtur Guy Bass żar skola mill-Kulleġġ ta’ Sta. Tereża f’Birkirkara fejn qara xi siltiet animati u ffirma kotba lill-istudenti preżenti għall-attivita – dan l-avveniment seħħ sforz kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Merlin Library.   .

Kompli qari

Il-KNK fil-Fiera tal-Kotba ta’ Londra 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb mar Londra għall-Fiera tal-Kotba biex jippromwovi l-kotba Maltin u s-suq Malti tal-kotba ma’ pubblikaturi u entitajiet barranin. Il-Fiera ta’ Londra hija fiera internazzjonali fejn jiltaqgħu taħt saqaf wieħed kumpaniji kbar fis-suq globali tal-kotba flimkien ma’ pubblikaturi u awturi mid-dinja kollha. Din hija l-ewwel darba li Malta qiegħda...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb lil CPL

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għamel id-donazzjoni annwali tal-Kotba rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb lil-Libreriji Pubbliċi. Il-KNK jixtieq iħeġġeġ lill-pubbliku ġenerali biex jagħmel aktar użu mill-libreriji pubbliċi li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jimtlew b’kotba sbieħ u ta’ kwalita’. Żuru wkoll il-Librerija Ċentrali ta’ Belt is-Sebħ.    .

Kompli qari

It-Tieni Pagament tal-PLR

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam it-tieni pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta w Għawdex matul il-perjodu 9 ta’ Diċembru, 2014 u l-31 ta’ Marzu, 2015. Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba...

Kompli qari

KNK u PBS: Sejħa għall-Apprentisti biex jaħdmu fuq set ta’ film qasir

Il-Public Broadcasting Services u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qegħdin ifittxu 3 studenti mill-MCAST Institute of Art and Design li jispeċjalizzaw f’Creative Media Production biex jaħdmu bħala apprentisti mħallsa fuq set ta’ film qasir ibbażat fuq storja pubblikata lokalment. Dan il-film ser jinġibed tul is-sajf 2015 u huwa mistenni li l-apprentisti  jipprattikaw...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba lis-‘Centre Franco-Maltais’ – 20/03/15

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm ta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba bil-Franċiż lill-“Centre Franco-Maltais” magħruf ukoll bħala ċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Franċiż. Doreen Farrugia (Uffiċjal tal-Edukazzjoni – Franċiż) aċċettat id-donazzjoni f’isem Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Franċiż fil-Junior College, l-Imsida f’ċerimonja żgħira ma’ Mark Camilleri (Kap Eżekuttiv – KNK). Id-donazzjoni tal-kotba inkludiet kotba edukattivi gradati, kotba...

Kompli qari

Jum Dinji tal-Ktieb – Donazzjoni lill-LPĊ 05/03/15

Inagħqdu magħna fil-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana! Illum, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jiċċelebra l-Jum Dinji tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba oħra sostanzjali lill-LPĊ. Is-Sa. Cheryl Falzon (Deputat Librar, Malta Libraries) u s-Sur Joe Debattista (Segretarju, KNK) kienu preżenti għall-okkażjoni. Mela agħtu daqqa t’għajn ir-ritratti u iflu sew il-kotba ġodda li f’qasir żmien...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba – Primarja Marsa 23/02/2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kif preżenta donazzjoni ta’ kotba varji li tammonta għal €5,000 lill-Iskola Primarja tal-Marsa, Kulleġġ San Ġorġ Preca. Ħafna minn dawn il-kotba ser jiġu użati bħala kotba għall-qari waqt il-lezzjonijiet, biss il-kumplament ser ikun possibbli għall-istudenti li jissellfuhom kemm mil-libreriji tal-klassijiet kif wkoll mil-librerija uffiċċjali tal-iskola.  ...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba lil-Librerija tal-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin mill-KNK u Horizons

Illum l-Erbgħa 18 ta’ Frar 2015, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ David Bezzina, direttur ta’ Horizons, ippreżenta donazzjoni ta’ kotba lil-librerija tal-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin.   Il-KNK jemmen li kull settur tas-soċjetá għandu jkollu aċċess għall-kotba u l-libreriji inklużi dawk il-persuni li qed jiskontaw pieni f’ħabs jew instituzzjonijiet oħra. Ħadd...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba – Skola Primarja Furjana

Is-Surmast tal-Iskola Primarja tal-Furjana, is-Sur Stephen Miceli, flimkien ma’ għalliema u impjegati tal-istess skola, kif wkoll il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, is-Sur James Camilleri, stiednu rappreżentanti tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal ċerimonja qasira abbinata mad-donazzjoni ta’ kotba lill-istess skola. Il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, is-Sur Mark Camilleri, fetaħ iċ-ċerimonja billi spjega ftit il-varjeta...

Kompli qari

Il-PBS u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedu l-Konkors għal Films Qosra

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret nhar it-Tnejn, 2 ta’ Frar, 2015 fil-kwartieri tal-PBS fi Gwardamanġa, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri, u ċ-Chairman tal-PBS, is-Sur Tonio Portughese, iffirmaw memorandum fejn ftiehmu li jniedu l-Konkors għal Films Qosra – proġett ta’ kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet fi sforz biex lokalment tissaħħaħ...

Kompli qari

Tnedija tal-Iskema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jixtieq iħabbar, li llum ġew imqassma għall-ewwel darba l-pagamenti tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku lill-awturi Maltin. Dawn il-pagamenti saru wara li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ifformula pjan ta’ politika u amministrazzjoni ta’ kif ser jsiru dawn il-pagamenti, liema pjan ġie mfassal wara proċess ta’ konsultazzjoni.   L-għan ta’ dan...

Kompli qari

Film tal-KNK: Laqgħa ma’ Mara Morbi

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb issa fuq Youtube… Agħfas fuq il-ħolqa u xerred il-kelma >> Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb MALTA   Bħala parti mill-istrateġija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex jippromovi l-kotba u l-qari f’Malta, l-KNK b’kollaborazzjoni ma’ ONE u Shadeena, niedha dan il-film qasir ibbażat fuq ‘Laqgħa ma’ Mara Morbi’ – novella tal-awtur ċelebri Immanuel...

Kompli qari

Qari minn Charles Casha fil-LPĊ

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-istaff tal-Librerija Pubblika Ċentrali laqa’ bi ħġaru grupp ta’ tfal  mill-Aġenzija Appoġġ (Servizz fil-Komunita’ tal-Qawra) għal attivita ta’ qari ta’ stejjer fil-Junior Section tal-Librerija Pubblika Ċentrali. Wara il-qari, t-tfal kellhom sessjoni Q&A ma’ l-awtur Charles Casha kif wkoll iffirmar tal-kotba. Kotba kemm bl-Ingliż kif wkoll bil-Malti...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba – Librerija tal-Junior College

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm ta donazzjoni kbira ta’ kotba bil-Franċiż u bit-Taljan lil-librerija tal-Kulleġġ G.F Abela. Preżenti għal din id-donazzjoni kien hemm il-viċi-prinċipal Dr. Philip Caruana; Kevin J. Ellul, direttur tas-Servizzi tal-Libreriji; Mark Poulton, librar; Margaret Gilson, kap tad-Dipartiment tal-Franċiż u Melissa Galea u Joelyn Galea, assistenti librara. Mill-KNK...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba – Skola Primarja Belt Valletta

Fil-preżenza tas-Surmast is-Sur Bernard Riolo, il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, is-Sur James Camilleri u numru ta’ għalliema ta’ l-istess skola, ċ-chairman eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri flimkien mas-segretarju is-Sur Joseph Debattista ppreżentaw donazzjoni ta’ kotba ġmielha lill-Iskola Primarja tal-Belt Valletta. Iċ-ċerimonja qasira seħħet fil-kamra biswit il-kappella tal-iskola li...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba lill-LPĊ waqt ‘Library Day 2014’

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kif preżenta donazzjoni ta’ kotba sostanzjali li tammonta għal €7,000 lill-Librerija Pubblika Ċentrali, Floriana waqt l-avvenimenti ta’ Library Day. Dawn il-kotba, fil-maġġor parti tagħhom Melitensia, ser jitqassmu mal-libreriji ta’ Malta u Għawdex f’qasir żmien. Preżenti għall-preżentazzjoni kien hemm is-Sinj. Cheryl Falzon f’isem il-Librerija Pubblika Ċentrali ,...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba lill-Kulleġġ Santa Margerita

  Illum, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta donazzjoni ta’ kotba lill-Kulleġġ Santa Margerita fil-preżenza tal-Kapijiet tal-Iskejjel rispettivi, il-Prinċipal tal-Kulleġġ Ms. Maria McNamara u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius f’ċerimonja qasira li saret fil-librerija tal-iskola ta’ Bormla. Id-donazzjoni ta’ kotba kienet immirata għall-klassijiet tal-kindergarten tal-istess Kulleġġ. Il-Klassijiet tal-Kindergarten ingħataw numru ta’ kotba biex...

Kompli qari

Jum Ewropew tal-Lingwi 2014 – Malta

Nhar is-Sibt, 27 ta’ Settembru, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta iċċelebrat l-Jum Ewropew tal-Lingwi f’Bay Street, San Ġiljan. Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Għaqda tal-Malti – Università ħadet ħsieb l-organizzazzjoni ta’ dan il-jum.     L-attivitajiet bdew mill-10am u baqgħu għaddejjin sas-6pm. Matul il-jum stands minn ċentri differenti tal-lingwi u fosthom Il-Kunsill Nazzjonali...

Kompli qari

Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2013

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq javża li id-data ta’ sottomissjonijiet għal dan il-konkors hi uffiċċjalment magħluqa.   Nitolbukhom tagħfsu il-link ta’ hawn taħt biex taqraw l-emendi li saru fil-kriterji u ir-regolamenti għall-2014: Kriterji u Regolamenti 2014   .

Kompli qari

Lejla ta’ Poeżija fi Ġnien Raymond Caruana – Gudja

Wara r-rispons sabiħ li irċivew il-poeti lokali fil-Malta Arts Festival, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb reġa offra l-opportunita lil għadd ta’ poeti żgħażagħ u emerġenti biex jippreżentaw xogħlhom quddiem udjenza ġdida   Fit-22 ta’ Awissu, grazzi għall-Kunsill Lokali tal-Gudja, u l-kunsilliera Demelsa Grech b’mod partikolari, il-poeti u kittieba Beverly Agius, Nigel Baldacchino,...

Kompli qari

Emerging Artists – Malta Arts Festival 2013

      L-avvenimenti hekk imsejjħa ’emerging artists’ fil-programm tal-Malta Arts Festival tal-2014 preżentaw serati interdixxiplinarji imżewwqa b’mużika u letteratura. Din il-kollaborazzjoni ħadet il-forma ta’ żewġ kunċerti ta’ mużika klassika u oriġinali: wieħed interpretat mill-perkussjonist żgħażugħ Luke Baldacchino u l-ieħor minn Nadine Galea fuq il-vjolin flimkien ma Riyad Nicolas fuq...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba lil Malta Libraries

Fit-23 ta’ Ġunju, 2014, ammont sostanzjali ta’ kotba, fothom rumanzi klassiċi, kotba akkademiċi, melitensia u ħafna aktar, ġew prezentati lis- Sinj. Cheryl Falzon, deputat librar ta’ Malta Libraries miċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sinj. Mark Camilleri.   Il-kotba kollha li tistgħu tilmħu f’dawn ir-ritratti ser issibuhom fuq l-ixkafef tal-libreriji madwar...

Kompli qari

Il-Kompetizzjoni ‘Il-Librar Diġitali’ 2013

  Nhar il-Ħamis, 22 ta’ Mejju, 2014 matul ċerimonja qasira li saret fil-Librerija Pubblika Ċentrali il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mas-Sur Joseph Mizzi, Direttur Maniġerjali Klabb Kotba Maltin u Midsea Books Publications u s-Sur Edwin Catania Direttur Nemo Publications ippreżentaw lis-Sinj. Askya Pizzutto, rebbieħa tal-Kompetizzjoni ‘Il-Librar Diġitali’ b’iPAD bħala l-ewwel premju....

Kompli qari

Hani Shukrallah għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014

ara l-intervista kollha hawnhekk: Hani Shukrallah interviewed by Karl Schembri at the Book Festival on Campus. 30th April 2014. aqra l-artiklu ta’ Mark Camilleri – ippubblikat fit-Times of Malta 11/05/14 hawnhekk: Every revolution is messy: Hani Shukrallah, author of Egypt, the Arabs and the World, was the main guest at the...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014

L-Għaqda tal-Malti – Università b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb ġewwa l-Università. Il-Festival, ġie mtella bejn it-28 u t-30 ta’ April, mid-9:00 sal-15:00 b’xi attivitajiet li ttellgħu wara s-7 ta’ filgħaxija.   Għal dan il-Festival kien hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom...

Kompli qari

Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb 2014

    Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Ktieb, illum it-23 ta’ April, is-Sur Mark Camilleri – Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, prezenta donazzjoni ta’ kotba lis-Sur Oliver Mamo – CEO ta’ Malta Libraries. Il-Kotba, li ser jitqassmu fil-libreriji Maltin, huma publikazzjonijiet rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2014 kif wkoll kotba li...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba u laqgħa mal-ġenituri tal-Iskola Primarja Mosta A

Dalgħodu stess, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ġie mistieden jindirizza udjenza ta’ ġenituri ta’ tfal (ta’ 8 snin u inqas) li jattendu l-Iskola Primarja A tal-Mosta dwar l-importanza tal-qari lit-tfal. Dan l-avveniment kien wieħed minn ħafna li seħħu matul il-‘Book Week’ organizzata mill-istess skola fuq inizzjattiva tal-assistant head Ms. Jane Grima. L-attendenza...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba u Qari fl-Iskola Primarja tal-Gżira

Ilbieraħ, l-Iskola Primarja tal-Gżira (Kulleġġ Santa Klara) irċiviet għotja ta’ kotba għal kull eta’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’ċerimonja żgħira organizzata fl-iskola stess. Qari animat ta’ uħud mill-kotba inqara lit-tfal mis-Sur Joseph Galea, filwaqt li l-Onorevoli Evarist Bartolo – li wkoll kien preżenti għal dan l-avveniment – ħeġġeġ lit-tfal jaqraw regolarment...

Kompli qari

Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadu kemm ippubblika ż-żewġ rumanzi rebbieħa tat-tielet edizzjoni (2012) tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Il-kotba rebbieħa huma ‘Ħabib fil-Bżonn’ ta’ Tony C. Cutajar u ‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ ta’ Charles Casha. Il-kotba huma immirati għall-adoloxxenti ta’ bejn...

Kompli qari

Konsultazzjoni Pubblika dwar il-PLR 2014

It-Tnejn 6 ta’ Jannar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizza konsultazzjoni pubblika fil-Grand Hotel Excelsior biex jiddiskutti l-introduzzjoni tas-Sistema tad-Drittijiet tas-Self Pubbliku (PLR – Public Lending Rights) fil-gżejjer ta’ Malta u Għawdex. Il-Kunsill laqa’ diversi suġġerimenti fosthom: l-importanza li l-awturi lokali jesprimu interess billi japplikaw biex jibdew jibbenifikaw minn din l-iskema kif...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba lil Malta Libraries – Diċembru 2013

Din id-donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries kienet l-ewwel tat-tip tagħha. Fix-xhur li ġejjin il-KNK għandhu pjanat ammont ta’ donazzjonijiet simili b’kotba klassici u oħrajn iktar kontemporanji, kemm barranin kif wkoll lokali , bil-għan li jgħin lil Malta Libraries jimlew u jżewwqu l-ixkaffef tal-libreriji pubbliċi madwar Malta....

Kompli qari

Jum Ewropew tal-Lingwi – Malta 2013

L-Għaqda tal-Malti – Università f’isem ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, raddet ħajr lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb tas-sehem li ta sabiex il-Jum Ewropew tal-Lingwi f’Malta għal 2013 jkun suċċess. Din iċ-ċelebrazzjoni ttellgħet ukoll bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Valletta 2018, l-Aġenzija Żgħażagħ u Pjazza Tignè.   http://www.flipsnack.com/AF6FEE7EFB5/jel2013-pakkett-ta-taghrif.html       .

Kompli qari

Il-Proġett tal-Qari Qabel Ħin l-Irqad

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar 2013, f’ċerimonja li fiha kienu preżenti l-Ministri tal-Edukazzjoni u tas-Saħħa, il-KNK għadda numru ta’ basktijiet iddisinjati apposta għas-Sezzjoni tal-Parentscraft fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-basktijiet jinkonsistu minn żewġ kotba ta’ stejjer għat-trabi u manwal għall-ġenituri. Dawn il-pubblikazzjonijiet kellhom jitqassmu lill-ommijiet kollha li kienu se jwelldu jew...

Kompli qari