Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Tmiem

Ilbieraħ filgħaxija l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus għalaq it-tielet u l-aħħar jum tal-Festival b’attività f’ġieh il-kittieba Caroline Smailes, il-mistiedna speċjali tal-Festival. Smailes, li matul il-Festival mexxiet għadd ta’ workshops fuq aspetti tal-kitba letterarja u l-arti tar-rakkont, tkellmet ma’ John Bonello dwar ħajjitha u xogħolha, b’mod partikolari dwar l-importanza tal-parentela Maltija. Matul...

Kompli qari

Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: It-Tieni Jum

It-tieni jum tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fetaħ b’attività mistennija ħafna, speċjalment minn dawk li għandhom għal qalbhom l-arti u l-filosofija. Prof. Hubertus von Amelunxen, il-Provost tal-European Graduate School (EGS), magħruf sew għax-xogħol tiegħu bħala kuratur u membru ta’ organizzazzjonijiet artistiċi, mexxa taħdita dwar il-fotografija bħala rappreżentazzjoni. Kien hemm ukoll diskussjoni...

Kompli qari

Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum

Il-bieraħ 4 ta’ April il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fetaħ it-tinda fl-10 ta’ filgħodu biex jilqa’ tfal tal-primarja għall-preżentazzjoni ta’ ‘Il-Ġgant id-Dħuli’ ta’ Gladys Masters, maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, pubblikazzjoni Faraxa. It-tfal kienu mħeġġa jaqraw siltiet mill-ktieb lil xulxin, ħaġa li ħadu ħafna gost jagħmlu. Fil-fatt xi uħud mit-tfal tant...

Kompli qari

Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-programm ta’ attivitajiet li ġie mħejji għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017. Il-Festival ser isir l-Università fl-4-5-6 ta’ April mill-10 ta’ filgħodu sa tard filgħaxija. L-għan tal-Festival huwa li jippromovi l-letteratura fis-sħuħija tagħha waqt li jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri tal-kotba jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza...

Kompli qari

Caroline Smailes fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017

Kif tħabbar diġà fi stqarrija stampa li ħarġet din il-ġimgħa, il-mistiedna speċjali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017 hija l-kittieba Ingliża Caroline Smailes. Il-Festival, li huwa l-frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Universita’, għandu l-għan li jippromovi l-letteratura u l-qari ma’ udjenza matura, b’mod partikolari studenti...

Kompli qari

Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università bi pjaċir iħabbru li qed jorganizzaw ir-raba’ edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-4-5-6 ta’ April 2017. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: mill-10:00 sat-15:00 u mill-17:00 sa tard. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u d-distributuri Maltin jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura,...

Kompli qari

Ftakar dawn id-dati! Festival tal-Ktieb

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku bid-dati l-iktar importanti fil-kalendarju kulturali tal-kunsill għas-sena 2017. Nagħtu parir lill-membri tal-pubbliku sabiex iżommu l-ġranet b’dawn id-dati liberi għall-għan li jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet li qed inħejju għalihom.   Bejn l-4 u s-6 ta’ April il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università ser...

Kompli qari

Jispiċċa l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016

Ilbieraħ is-7 ta’ April kienet l-aħħar ġurnata tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016 – tliet ijiem mimlijin bejgħ ta’ kotba u attivitajiet letterarji organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Universitá kif ukoll mill-pubblikaturi preżenti għall-fiera u għaqdiet oħra Universitarji attivi fuq il-Kampus. Ninsabu sodisfatti ħafna bl-attendenza u nittamaw li...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus // 5-6-7 April

L-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fl-Università. Il-Festival se jittella’ bejn il-5 u s-7 ta’ April, mid-9:00 sas-14:00 u mill-16:00 sat-tard. Waqt dan il-Festival se jkun hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom HORIZONS, FARAXA BOOKS,...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus – 5-6-7 ta’ Mejju, 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw it-tieni edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-5-6-7 ta’ Mejju 2015. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: 09:00 – 15:00 u 19:00 – 21:30. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri Maltin jippromwovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, fosthom studenti universitarji....

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014

L-Għaqda tal-Malti – Università b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb ġewwa l-Università. Il-Festival, ġie mtella bejn it-28 u t-30 ta’ April, mid-9:00 sal-15:00 b’xi attivitajiet li ttellgħu wara s-7 ta’ filgħaxija.   Għal dan il-Festival kien hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom...

Kompli qari