Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2014

  Hawn taħt għandkhom issibu l-applikazzjoni għal min hu interessat jesebixxi fl-edizzjoni tal-Festival 2014 : application form 2014     Posters tal- Festival tal-2014 f’format tajjeb għall-istampar:   A4: https://docs.google.com/file/d/0BxQ_P8udFPM1WnAxdWl0M1ZGN0E/edit   A3: https://docs.google.com/file/d/0BxQ_P8udFPM1aXAtaXF4UFIySzQ/edit  

Kompli qari

Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2013

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq javża li id-data ta’ sottomissjonijiet għal dan il-konkors hi uffiċċjalment magħluqa.   Nitolbukhom tagħfsu il-link ta’ hawn taħt biex taqraw l-emendi li saru fil-kriterji u ir-regolamenti għall-2014: Kriterji u Regolamenti 2014   .

Kompli qari

Lejla ta’ Poeżija fi Ġnien Raymond Caruana – Gudja

Wara r-rispons sabiħ li irċivew il-poeti lokali fil-Malta Arts Festival, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb reġa offra l-opportunita lil għadd ta’ poeti żgħażagħ u emerġenti biex jippreżentaw xogħlhom quddiem udjenza ġdida   Fit-22 ta’ Awissu, grazzi għall-Kunsill Lokali tal-Gudja, u l-kunsilliera Demelsa Grech b’mod partikolari, il-poeti u kittieba Beverly Agius, Nigel Baldacchino,...

Kompli qari

Emerging Artists – Malta Arts Festival 2013

      L-avvenimenti hekk imsejjħa ’emerging artists’ fil-programm tal-Malta Arts Festival tal-2014 preżentaw serati interdixxiplinarji imżewwqa b’mużika u letteratura. Din il-kollaborazzjoni ħadet il-forma ta’ żewġ kunċerti ta’ mużika klassika u oriġinali: wieħed interpretat mill-perkussjonist żgħażugħ Luke Baldacchino u l-ieħor minn Nadine Galea fuq il-vjolin flimkien ma Riyad Nicolas fuq...

Kompli qari

Il-Premju Nazzjonali Tal-Ktieb: KOTBA 2013

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq javża illi dawn il-kotba li jidhru hawn taħt, wara li ġew eżaminati minn Bord ta’ Ġurija esperta, ġew imdaħħla uffiċjalment fil-kategoriji kif jidhru. Kotba li ma jidhrux hawnhekk ġew eliminati fuq bażi li ma kienux jabbinaw ma’ xi kategorija elenkati fir-regolamenti li jirregolaw il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba lil Malta Libraries

Fit-23 ta’ Ġunju, 2014, ammont sostanzjali ta’ kotba, fothom rumanzi klassiċi, kotba akkademiċi, melitensia u ħafna aktar, ġew prezentati lis- Sinj. Cheryl Falzon, deputat librar ta’ Malta Libraries miċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sinj. Mark Camilleri.   Il-kotba kollha li tistgħu tilmħu f’dawn ir-ritratti ser issibuhom fuq l-ixkafef tal-libreriji madwar...

Kompli qari

Il-Kompetizzjoni ‘Il-Librar Diġitali’ 2013

  Nhar il-Ħamis, 22 ta’ Mejju, 2014 matul ċerimonja qasira li saret fil-Librerija Pubblika Ċentrali il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mas-Sur Joseph Mizzi, Direttur Maniġerjali Klabb Kotba Maltin u Midsea Books Publications u s-Sur Edwin Catania Direttur Nemo Publications ippreżentaw lis-Sinj. Askya Pizzutto, rebbieħa tal-Kompetizzjoni ‘Il-Librar Diġitali’ b’iPAD bħala l-ewwel premju....

Kompli qari

Hani Shukrallah għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014

ara l-intervista kollha hawnhekk: Hani Shukrallah interviewed by Karl Schembri at the Book Festival on Campus. 30th April 2014. aqra l-artiklu ta’ Mark Camilleri – ippubblikat fit-Times of Malta 11/05/14 hawnhekk: Every revolution is messy: Hani Shukrallah, author of Egypt, the Arabs and the World, was the main guest at the...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014

L-Għaqda tal-Malti – Università b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb ġewwa l-Università. Il-Festival, ġie mtella bejn it-28 u t-30 ta’ April, mid-9:00 sal-15:00 b’xi attivitajiet li ttellgħu wara s-7 ta’ filgħaxija.   Għal dan il-Festival kien hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom...

Kompli qari

Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb 2014

    Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Ktieb, illum it-23 ta’ April, is-Sur Mark Camilleri – Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, prezenta donazzjoni ta’ kotba lis-Sur Oliver Mamo – CEO ta’ Malta Libraries. Il-Kotba, li ser jitqassmu fil-libreriji Maltin, huma publikazzjonijiet rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2014 kif wkoll kotba li...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba u laqgħa mal-ġenituri tal-Iskola Primarja Mosta A

Dalgħodu stess, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ġie mistieden jindirizza udjenza ta’ ġenituri ta’ tfal (ta’ 8 snin u inqas) li jattendu l-Iskola Primarja A tal-Mosta dwar l-importanza tal-qari lit-tfal. Dan l-avveniment kien wieħed minn ħafna li seħħu matul il-‘Book Week’ organizzata mill-istess skola fuq inizzjattiva tal-assistant head Ms. Jane Grima. L-attendenza...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba u Qari fl-Iskola Primarja tal-Gżira

Ilbieraħ, l-Iskola Primarja tal-Gżira (Kulleġġ Santa Klara) irċiviet għotja ta’ kotba għal kull eta’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’ċerimonja żgħira organizzata fl-iskola stess. Qari animat ta’ uħud mill-kotba inqara lit-tfal mis-Sur Joseph Galea, filwaqt li l-Onorevoli Evarist Bartolo – li wkoll kien preżenti għal dan l-avveniment – ħeġġeġ lit-tfal jaqraw regolarment...

Kompli qari

Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadu kemm ippubblika ż-żewġ rumanzi rebbieħa tat-tielet edizzjoni (2012) tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Il-kotba rebbieħa huma ‘Ħabib fil-Bżonn’ ta’ Tony C. Cutajar u ‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ ta’ Charles Casha. Il-kotba huma immirati għall-adoloxxenti ta’ bejn...

Kompli qari

Konsultazzjoni Pubblika dwar il-PLR 2014

It-Tnejn 6 ta’ Jannar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizza konsultazzjoni pubblika fil-Grand Hotel Excelsior biex jiddiskutti l-introduzzjoni tas-Sistema tad-Drittijiet tas-Self Pubbliku (PLR – Public Lending Rights) fil-gżejjer ta’ Malta u Għawdex. Il-Kunsill laqa’ diversi suġġerimenti fosthom: l-importanza li l-awturi lokali jesprimu interess billi japplikaw biex jibdew jibbenifikaw minn din l-iskema kif...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba lil Malta Libraries – Diċembru 2013

Din id-donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries kienet l-ewwel tat-tip tagħha. Fix-xhur li ġejjin il-KNK għandhu pjanat ammont ta’ donazzjonijiet simili b’kotba klassici u oħrajn iktar kontemporanji, kemm barranin kif wkoll lokali , bil-għan li jgħin lil Malta Libraries jimlew u jżewwqu l-ixkaffef tal-libreriji pubbliċi madwar Malta....

Kompli qari

Rapport Annwali 2013

  Jekk jogħġbok agħfas il-link ta’ hawn taħt biex taqra verżjoni digitali tar-Rapport Annwali 2013 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: annual-report-ebook-malti .

Kompli qari

Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Kotba 2012

  Dawn huma r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2013 (kotba 2012)   Proża Letterarja:   1) ALEX VELLA GERA. “IS-SRIEP REĠGĦU SARU VELENUŻI” 2) ĠORĠ PERESSO. “IR-RAĠEL TA’ WAĦDU”     Proża Mhux Fittizja:   1) CHARLES BRIFFA. “JOSEPH VELLA BONDIN, DRAMMATURGU” 2) ANDREW BORG U MARK MICALLEF. “ILWIEN IL-FESTI MALTIN...

Kompli qari

Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2013 – 13-17 Nov MCC

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jiġbdilkhom l-attenzjoni għall-fiera tal-ktieb li ttelgħet bejn l-Erbgħa 14 ta’ Novembru u l-Ħadd 17 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Meditterran, il-Belt Valletta. Sabiex nimmarkaw l-aspett inklussiv u olistiku ta’ dan l-avveniment prestiġjuż, il-fiera tal-ktieb ingħatat it-titlu “Festival Nazzjonali tal-Ktieb”.   Bħalma jsir kull sena, matul dan...

Kompli qari

Jum Ewropew tal-Lingwi – Malta 2013

L-Għaqda tal-Malti – Università f’isem ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, raddet ħajr lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb tas-sehem li ta sabiex il-Jum Ewropew tal-Lingwi f’Malta għal 2013 jkun suċċess. Din iċ-ċelebrazzjoni ttellgħet ukoll bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Valletta 2018, l-Aġenzija Żgħażagħ u Pjazza Tignè.   http://www.flipsnack.com/AF6FEE7EFB5/jel2013-pakkett-ta-taghrif.html       .

Kompli qari

Il-Proġett tal-Qari Qabel Ħin l-Irqad

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar 2013, f’ċerimonja li fiha kienu preżenti l-Ministri tal-Edukazzjoni u tas-Saħħa, il-KNK għadda numru ta’ basktijiet iddisinjati apposta għas-Sezzjoni tal-Parentscraft fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-basktijiet jinkonsistu minn żewġ kotba ta’ stejjer għat-trabi u manwal għall-ġenituri. Dawn il-pubblikazzjonijiet kellhom jitqassmu lill-ommijiet kollha li kienu se jwelldu jew...

Kompli qari