Toħroġ il-Lista tal-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017

    llum, it-28 ta ‘Awwissu 2017, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed joħroġ il-lista tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal kotba ppubblikati fl-2016. Il-finalisti huma magħżula minn bord independenti ta’ aġġudikazzjoni magħmul minn 9 ġurati. Il-proċess ta’ aġġudikazzjoni beda fil-25 ta’ April b’203 sottomissjoni, li minnhom ġew magħżula 35 ktieb. Il-lista tal-finalisti...

Kompli qari

Jibda l-Proċess tal-Aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

L-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb beda il-ġimgħa li għaddiet bl-ewwel laqgħa tal-Bord Indipendenti tal-Aġġudikazzjoni fl-uffiċju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Floriana. Il-proċess ta’ tqassim u l-verifika li kull ktieb ġie elenkat fil-kategorija korretta ħa itwal mis-soltu din is-sena minħabba n-numru rekord ta’ sottomissjonijiet. Iż-żieda qawwija fin-numru ta’ sottomissjonijiet huwa mudell li ġie...

Kompli qari

Malta fil-Festival New Literature from Europe NY

Bejn is-7 u l-10 ta’ Diċembru, l-Kunsill tal-Arti għall-Malta ġewwa New York flimkien mal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb preżentaw l-poeta u kittieb Malti kontemporanju Immanuel Mifsud – rebbieħ tal-European Union Prize for Literature (2011) u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Proża (2002, 2015) u għall-Poeżija (2015) – tul il-Festival New Literature from Europe...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016: Kotba 2015. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Parteċipanti flimkien ma’ mistiedna speċjali oħra kienu preżenti għas-serata u d-diskorsi uffiċċjali l-Onor. Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo u tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2015. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 8 ta’ Novembru, 2016 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (9-13 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esibituri...

Kompli qari

FINALISTI TAL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB 2016 u PREMJU TERRAMAXKA 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni għażel il-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2016 u bħas-soltu jixtieq jinforma l-pubbliku bit-titli li ntgħażlu. Dawn it-titli jistgħu jitqiesu ta’ kwalità għolja u membri tal-pubbliku jistgħu jixtruhom minn kwalunkwe ħanut tal-kotba kif ukoll mill-Festival Nazzjonali li ġej (9-13 Novembru, MCC...

Kompli qari

L-Istorja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Fl-1971, ingħata għall-ewwel darba l-Premju Letterarju għall-kotba ppubblikati fl-1970 fuq inizjattiva tal-Gvern bit-tir li jinkoraġġixxi l-letteratura Maltija u jippremja l-aħjar awturi kull sena. L-ewwel rebbieħa kienu Anton Buttiġieġ bil-ġabra ta’ poeżiji tiegħu ‘Fl-Arena’ u Francis Ebejer b’‘Id-Drammi Vol. 2’ li fih kien jiġbor it-tliet drammi tiegħu tas-sittinijiet ‘Vaganzi tas-Sajf’, ‘Boulevard’...

Kompli qari

Parteċipanti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar il-lista ta’ parteċipanti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka għall-2016. Il-KNK jixtieq ukoll jgħarraf illi l-kotba li l-lista tagħhom qed tidher hawn taħt ġew eżaminati minn Bord ta’ Ġurija u mpoġġija fil-kategoriji kif jidher għaż-żewġ konkorsi  li l-listi tagħhom qed jidhru separati.   Wara li ssir...

Kompli qari

Notifika // Fetaħ il-perjodu ta’ sottomissjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 (Kotba 2015)

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq ifakkar lill-awturi u pubblikaturi li l-perjodu ta’ sottomissjonijiet għall-applikazzjonijiet tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 u l-Premju Terramaxka 2016 (għal kotba li ġew ippubblikati tul l-2015) fetaħ fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu u jagħlaq fit-8 ta’ April f’12:00. Applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati: Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Attn. Is-Sur Joseph...

Kompli qari

Rapport Annwali 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2015 – sena mimmlijja inizzjattivi ġodda, sena ta’ xogħol bla waqfien minn tim żgħir li qiegħed jikber biż-żmien, sena ta’ bosta kollaborazzjonijiet, biss aktar importanti minn hekk, l-2015 kienet sena ddedikata għall-promozzjoni tal-kotba u l-qari. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015: Kotba 2014. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2015 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Preżenti għas-serata u d-diskors uffiċċjali tal-Onor. Prim Ministru, Dr. Joseph Muscat u tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri kien hemm il-parteċipanti...

Kompli qari

Imħabbra ċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-pjaċir iħabbar li ċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet abbinata mal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015 (għall-kotba ippubblikati matul is-sena 2014) se ssir nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru, 2015 fis-7.30 ta’ filgħaxija, fis-Sala tal-Ambaxxaturi fil-Berġa ta’ Kastilja. Għaċ-ċerimonja se jkun preżenti l-Onor. Prim Ministru ta’ Malta, Dr. Joseph Muscat flimkien mall-parteċipanti...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2015 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2014. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 3 ta’ Novembru, 2015 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (4-8 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esebituri tal-Festival...

Kompli qari

Parteċipanti tal-Premju Terramaxka 2015

Il-PREMJU TERRAMAXKA 2015 huwa Premju għall-kotba immirati għat-tfal u adolexxenti li ġew pubblikati tul is-sena 2014. Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jiġu mħabbra ġurnata qabel il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (4-8 NOV, MCC, Valletta) u ċelebrati matul il-ġimgħa filgħodu meta t-tfal iżuru l-festival mal-iskejjel tagħhom. Il-parteċipanti tal-premju fil-kategoriji rispettivi huma mniżżla hawn taħt:   XOGĦOL...

Kompli qari

Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għadhom kif ġew magħżula. Il-lista ta’ finalisti ġiet magħżula mill-Bord ta’ Aġġudikanti Indipendenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u sservi bħala kampjun tal-aqwa kotba pubblikati lokalment tul is-sena preċedenti. Dawn il-kotba jinstabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba madwar Malta u Għawdex, kif ukoll mill-Festival...

Kompli qari

Premju Terramaxka 2015: l-Premju Nazzjonali ta’ Kotba għat-Tfal u l-Adolexxenti

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għall-ewwel darba din is-sena, il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ser jinqasam f’żewġ sezzjonijiet distinti: il-Premju ta’ Kotba għall-Adulti, li bħal dejjem ser isir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru; u l-Premju ta’ Kotba għat-Tfal u l-Adolexxenti li ser iġorr it-titlu PREMJU TERRAMAXKA.   Għala Premju...

Kompli qari

Lista ta’ parteċipanti tal-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB 2015 u PREMJU TERRAMAXKA 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li ħarġet il-lista uffiċċjali tal-kotba li ser jipparteċipaw fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015 kif wkoll fil-Premju Terramaxka 2015. Djar ta’ pubblikazjoni u l-awturi tagħhom wieġbu bi ħġarhom is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-kotba ppubblikati tul l-2014. Hawn taħt hawn imniżżla l-lista tal-153 pubblikazzjoniji fil-kategoriji rispettivi kif ġew approvati...

Kompli qari

Ħarġu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015

Ta’ kull sena, din l-istqarrija s-soltu tirreferi għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, iżda għall-ewwel darba minn din is-sena, se nkunu qed inħabbru il-ftuħ ta’ applikazzjonijiet għal-żewġ premjijiet differenti. Apparti li nixtiequ inħabbru li għal sena oħra reġgħu fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015 (għall-kotba li ġew ippubblikati fis-sena 2014), qed inħabbru wkoll...

Kompli qari

Donazzjoni ta’ Kotba Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb lil CPL

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għamel id-donazzjoni annwali tal-Kotba rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb lil-Libreriji Pubbliċi. Il-KNK jixtieq iħeġġeġ lill-pubbliku ġenerali biex jagħmel aktar użu mill-libreriji pubbliċi li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jimtlew b’kotba sbieħ u ta’ kwalita’. Żuru wkoll il-Librerija Ċentrali ta’ Belt is-Sebħ.    .

Kompli qari

Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Kotba 2013

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Kotba 2013. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-5 ta’ Diċembru 2014 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Preżenti għas-serata u d-diskors uffiċċjali tal-Prim Ministru u taċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, kien hemm il-finalisti kollha flimkien ma mistiedna speċjali.   Ir-Rebbieħa għal kull kategorija...

Kompli qari

Premju Nazzjonali tal-Ktieb – Kotba 2013

    Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ġew magħzula. B’din il-lista, il-Bord tal-Aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb irrikonoxxa dawn il-kotba finalisti bħala l-aqwa kotba li ġew ippubblikati f’Malta fl-2013.   Ir-rebbieħa finali ser jiġu mħabbra fiċ-ċerimonja uffiċjali, li ser issir fil-5 ta’ Diċembru fil-Berġa ta’ Kastilja...

Kompli qari

Il-Premju Nazzjonali Tal-Ktieb: KOTBA 2013

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq javża illi dawn il-kotba li jidhru hawn taħt, wara li ġew eżaminati minn Bord ta’ Ġurija esperta, ġew imdaħħla uffiċjalment fil-kategoriji kif jidhru. Kotba li ma jidhrux hawnhekk ġew eliminati fuq bażi li ma kienux jabbinaw ma’ xi kategorija elenkati fir-regolamenti li jirregolaw il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb...

Kompli qari

Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Kotba 2012

  Dawn huma r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2013 (kotba 2012)   Proża Letterarja:   1) ALEX VELLA GERA. “IS-SRIEP REĠGĦU SARU VELENUŻI” 2) ĠORĠ PERESSO. “IR-RAĠEL TA’ WAĦDU”     Proża Mhux Fittizja:   1) CHARLES BRIFFA. “JOSEPH VELLA BONDIN, DRAMMATURGU” 2) ANDREW BORG U MARK MICALLEF. “ILWIEN IL-FESTI MALTIN...

Kompli qari