Proġett tal-Fond Malti tal-Ktieb: Kif Dieb il-Gemiem

Il-Fond Malti tal-Ktieb huwa inizjattiva tal-KNK li għandha l-għan li trawwem it-tkabbir kulturali fis-settur tal-kotba billi tappoġġa kemm proġetti ta’ pubblikazzjoni kif ukoll proġetti edukattivi għall-awturi u l-pubblikaturi. Il-fond iġorr total ta’ 40,000 ewro biex jitqassmu bejn minimu ta’ 8 għotjiet. Għotjiet għal pubblikazzjoni huma maħsuba biex jappoġġjaw proġetti ta’...

Kompli qari

Espressjoni ta’ Interess għall-Pubblikazzjoni ta’ Antoloġija Ġdida

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jistieden edituri u pubblikaturi jibgħatu applikazzjonijiet għal antoloġija ta’ kitba Maltija maqluba għall-Ingliż. Din hija sejħa miftuħa għal min huwa interessat u lest joħloq u jippubblika antoloġija ta’ kitba Maltija maqluba għall-Ingliż sabiex tħajjar pubblikaturi barranin ifittxu iktar tagħrif dwar il-letteratura Maltija. Għal dan il-għan, qed toħroġ...

Kompli qari

Beyond a Satin Sea u Tangerine Sky

Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju, il-Kunsill Nazzjoanli tal-Ktieb organizza riċeviment żgħir biex jirringrazzja lil kull min kien involut fil-proċess biex ġew ippublikati Beyond a Satin Sea u Tangerine Sky – żewġ antoloġiji li jiġbru fihom għażla ta’ poeżija u proża tradotta mir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-kategoriji Poeżija u Proża bejn...

Kompli qari

Manwal għall-Utenti tal-ISBN bil-Malti

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma li għadu kemm ippubblika f’forma elettronika traduzzjoni bil-Malti tas-sitt edizzjoni tal-ISBN Users’ Manual bit-titlu ‘Manwal għall-Utenti tal-ISBN’.  Dan il-manwal huwa għodda mportanti ta’ kif jiġi msawwar l-ISBN ta’ kull pubblikazzjoni, sew f’forma stampata, kif ukoll f’forom oħra bħal dik elettronika.  Hemm ukoll informazzjoni importanti oħra...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015

L-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtiequ jħabbru li r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015 huma Rita Saliba bil-manuskritt tagħha ‘Il-kulur tal-lellux’ u Roberta Bajada bil-manuskritt ‘Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw’. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret nhar il-Ħamis, 11 ta’ Frar, 2016 fil-‘Youth Village’ ta’ Aġenżija Żgħażagħ f’Santa Venera u kienet...

Kompli qari

Rapport Annwali 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2015 – sena mimmlijja inizzjattivi ġodda, sena ta’ xogħol bla waqfien minn tim żgħir li qiegħed jikber biż-żmien, sena ta’ bosta kollaborazzjonijiet, biss aktar importanti minn hekk, l-2015 kienet sena ddedikata għall-promozzjoni tal-kotba u l-qari. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali...

Kompli qari

‘X’Aħna Smart!’ ta’ Stephen Lughermo fil-Librerija Pubblika Ċentrali

‘X’Aħna Smart!’ – attivita’ organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’kollaborazzjoni ma’ Malta Libraries nhar is-Sibt 3 ta’ Ottubru, fil-Librerija Pubblika Ċentrali, l-Furjana. Stephen Lughermo, il-kittieb ta’ ‘X’Aħna Smart!’ (Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2014 mtella mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenżija Żgħażagħ) ġie intervistat minn Maria Pia Gauci u qara...

Kompli qari

Espressjoni ta’ Interess – Premju Letteratura għaż-Żgħażagħ

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jistieden lill-pubblikaturi biex jissottomettu espressjoni ta’ interess fir-rigward tal-manuskritti rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażgħ 2013-2014 organizzat mill-istess Kunsill bil-kollabroazzjoni tal-Aġenzija Żgħazagħ. Ir-rumanzi li rebħu dan il-konkors huma tnejn: X’aħna Smart ta’ Stephen Lughermo u Gramma ta’ Leanne Ellul. 1. Il-manuskritti jridu jkunu ppubblikati fi żmien tliet...

Kompli qari

Espressjoni ta’ Interess – Antoloġiji

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jistieden lill-pubblikaturi biex jissottomettu espressjoni ta’ interess għall-pubblikazzjoni ta’ żewġ antoloġiji ta’ proża u poeżiji ta’ kittieba Maltin illi se jiġu tradotti waħda għall-Ingliż u l-oħra għat-Taljan. Ix-xogħolijiet bil-Malti li se jiġu tradotti se jkunu magħżula fuq bażi ta’ kwalita’ għolja fejn wara li jiġu ppubblikati,...

Kompli qari

Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadu kemm ippubblika ż-żewġ rumanzi rebbieħa tat-tielet edizzjoni (2012) tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Il-kotba rebbieħa huma ‘Ħabib fil-Bżonn’ ta’ Tony C. Cutajar u ‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ ta’ Charles Casha. Il-kotba huma immirati għall-adoloxxenti ta’ bejn...

Kompli qari

Rapport Annwali 2013

  Jekk jogħġbok agħfas il-link ta’ hawn taħt biex taqra verżjoni digitali tar-Rapport Annwali 2013 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: annual-report-ebook-malti .

Kompli qari

Il-Proġett tal-Qari Qabel Ħin l-Irqad

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar 2013, f’ċerimonja li fiha kienu preżenti l-Ministri tal-Edukazzjoni u tas-Saħħa, il-KNK għadda numru ta’ basktijiet iddisinjati apposta għas-Sezzjoni tal-Parentscraft fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-basktijiet jinkonsistu minn żewġ kotba ta’ stejjer għat-trabi u manwal għall-ġenituri. Dawn il-pubblikazzjonijiet kellhom jitqassmu lill-ommijiet kollha li kienu se jwelldu jew...

Kompli qari