Applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ

Il-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ huwa konkors annwali mtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ Aġenzija Żgħażagħ bil-għan li jagħżel u jippremja rumanzi bil-Malti maħsuba għall-adulti żgħażagħ u l-kwistjonijiet varji li dawn jiltaqgħu magħhom f’dan l-istadju partikolari tal-ħajja, mingħajr ma jadottaw pożizzjoni moraliġġanti jew didattika. Applikazzjonijiet għall-Konkors tal-2017 infetħu u l-awturi...

Kompli qari

Maria Grech Ganado fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf

It-tieni u l-aħħar jum tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf, 15 ta’ Lulju, se jkun jum iddedikat għall-poeżija f’ġieħ il-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani. Fost l-attivitajiet imħejja għall-ġurnata, se jkun hemm sessjonijiet ta’ qari u taħdit ma’ poeti Maltin. Maria Grech Ganado, rebbieħa tal-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Letteratura 2015, se tidher fil-11:50 flimkien mal-poeta Norbert...

Kompli qari

Websajt Ġdida għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir jippreżenta l-websajt, li ġiet iddisinjata mill-ġdid u tnediet illum, bħala parti minn proġett ta’ rebranding. Il-karatteristiċi ġodda fuq il-websajt se jippermettu aċċess aktar faċli lill-utenti, flimkien ma’ konnessjonijiet diretti għall-paġna tagħna fuq Facebook. Il-pubbliku huwa mistieden biex iżur il-websajt fuq www.ktieb.org.mt u b’mod partikolari...

Kompli qari

IL-FOND MALTI TAL-KTIEB: MISTOQSIJIET U TWEĠIBIET

Dan l-artiklu għandu l-għan li jwieġeb mistoqsijiet komuni li normalment isaqsi min huwa interessat japplika għall-Fond Malti tal-Ktieb. Għal dawk li qatt ma applikaw għal fondi qabel u ma għandhomx esperjenza ta’ tali proċeduri, nibdew billi nfakkru fl-importanza tad-dokumentazzjoni mitluba u l-preżentazzjoni. Huwa veru li l-applikazzjoni se tkun ivvalutata l-aktar...

Kompli qari

Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fetaħ l-applikazzjonijiet għal esebituri biex jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017. Bħas-soltu, il-Festival se ssir fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru, 8-12, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta . L-applikazzjoni hija miftuħa għall-pubblikaturi kollha, distributuri tal-ktieb, ħwienet tal-kotba u l-aġenziji tal-ktieb. NGOs u entitajiet pubbliċi li l-kamp ta’...

Kompli qari

Fetħu l-Applikazzjonijiet għall-Festival tal-Ktieb 2017

Il-bieraħ 4 ta’ April il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fetaħ it-tinda fl-10 ta’ filgħodu biex jilqa’ tfal tal-primarja għall-preżentazzjoni ta’ ‘Il-Ġgant id-Dħuli’ ta’ Gladys Masters, maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, pubblikazzjoni Faraxa. It-tfal kienu mħeġġa jaqraw siltiet mill-ktieb lil xulxin, ħaġa li ħadu ħafna gost jagħmlu. Fil-fatt xi uħud mit-tfal tant...

Kompli qari

Ħarsa lejn ir-Rebbieħa tal-Konkors tal-Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016

Id-dinja taż-żgħażagħ hija dinja ta’ bidla kontinwa. Biżżejjed li wieħed jikkunsidra l-fluss ta’ innovazzjoni teknoloġika fil-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-midja, u l-impatt li dan għandu fuq il-lingwa u l-ħajja taż-żgħażagħ. Waħda mill-isfidi għall-kittieba ta’ letteratura mmirata għal udjenza żgħażugħa huwa li jipproduċu letteratura li jirnexxielha tirrapreżenta il-ħsibijiet, il-problemi u l-elementi...

Kompli qari

Ħareġ l-10 Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam l-għaxar pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Marzu, 2017.  Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba...

Kompli qari

Iktar Donazzjonijiet ta’ Kotba!

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għall-Jum Dinji tal-Ktieb 2017 u l-Jum il-Libreriji 2017, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħa sehem f’żewġ attivitajiet din il-ġimgħa – Festa ta’ Litteriżmu għat-tfal tal-iskola St Nicholas College Primary (Dingli), ko-organizzat mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli fis-27 ta’ April u donazzjoni ta’ għadd kbir ta’ kotba ta’ valur letterarju u...

Kompli qari

Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Tmiem

Ilbieraħ filgħaxija l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus għalaq it-tielet u l-aħħar jum tal-Festival b’attività f’ġieh il-kittieba Caroline Smailes, il-mistiedna speċjali tal-Festival. Smailes, li matul il-Festival mexxiet għadd ta’ workshops fuq aspetti tal-kitba letterarja u l-arti tar-rakkont, tkellmet ma’ John Bonello dwar ħajjitha u xogħolha, b’mod partikolari dwar l-importanza tal-parentela Maltija. Matul...

Kompli qari

Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: It-Tieni Jum

It-tieni jum tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fetaħ b’attività mistennija ħafna, speċjalment minn dawk li għandhom għal qalbhom l-arti u l-filosofija. Prof. Hubertus von Amelunxen, il-Provost tal-European Graduate School (EGS), magħruf sew għax-xogħol tiegħu bħala kuratur u membru ta’ organizzazzjonijiet artistiċi, mexxa taħdita dwar il-fotografija bħala rappreżentazzjoni. Kien hemm ukoll diskussjoni...

Kompli qari

Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum

Il-bieraħ 4 ta’ April il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fetaħ it-tinda fl-10 ta’ filgħodu biex jilqa’ tfal tal-primarja għall-preżentazzjoni ta’ ‘Il-Ġgant id-Dħuli’ ta’ Gladys Masters, maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, pubblikazzjoni Faraxa. It-tfal kienu mħeġġa jaqraw siltiet mill-ktieb lil xulxin, ħaġa li ħadu ħafna gost jagħmlu. Fil-fatt xi uħud mit-tfal tant...

Kompli qari

Espressjoni ta’ Interess għall-Pubblikazzjoni ta’ Antoloġija Ġdida

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jistieden edituri u pubblikaturi jibgħatu applikazzjonijiet għal antoloġija ta’ kitba Maltija maqluba għall-Ingliż. Din hija sejħa miftuħa għal min huwa interessat u lest joħloq u jippubblika antoloġija ta’ kitba Maltija maqluba għall-Ingliż sabiex tħajjar pubblikaturi barranin ifittxu iktar tagħrif dwar il-letteratura Maltija. Għal dan il-għan, qed toħroġ...

Kompli qari

Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-programm ta’ attivitajiet li ġie mħejji għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017. Il-Festival ser isir l-Università fl-4-5-6 ta’ April mill-10 ta’ filgħodu sa tard filgħaxija. L-għan tal-Festival huwa li jippromovi l-letteratura fis-sħuħija tagħha waqt li jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri tal-kotba jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza...

Kompli qari

Caroline Smailes fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017

Kif tħabbar diġà fi stqarrija stampa li ħarġet din il-ġimgħa, il-mistiedna speċjali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017 hija l-kittieba Ingliża Caroline Smailes. Il-Festival, li huwa l-frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Universita’, għandu l-għan li jippromovi l-letteratura u l-qari ma’ udjenza matura, b’mod partikolari studenti...

Kompli qari

Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università bi pjaċir iħabbru li qed jorganizzaw ir-raba’ edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-4-5-6 ta’ April 2017. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: mill-10:00 sat-15:00 u mill-17:00 sa tard. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u d-distributuri Maltin jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura,...

Kompli qari

Lesti l-Preparazzjonijiet għall-Qari ta’ Kitba Maltija fi Brussell

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li x-xogħol ta’ preparazzjoni għall-attività ta’ qari f’Librebook Bruxelles ġie mitmum illum bil-wasla ta’ kotba ta’ kittieba li ser jieħdu sehem fl-attività. Il-kittieba huma Alex Vella Gera u Loranne Vella, li ser jidhru il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu mis-sitta ta’ filgħaxija u Maria Grech Ganado u...

Kompli qari

Maria Grech Ganado u Clare Azzopardi fi Brussell

Fit-18 ta’ Marzu, f’ħanut tal-kotba li huwa ukoll ċentru kulturali u letterarju, Librebook – Bruxelles, żewġ kittieba magħrufa ser jieħdu sehem f’attività li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja f’ġieħ il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. L-attività tibda’ fis-2 ta’ wara nofsinhar b’Clare Azzopardi li ser taqra siltiet minn Il-Qtates ta’ max-Xatt (2016, Merlin...

Kompli qari

Ftakar dawn id-dati! Festival tal-Ktieb

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku bid-dati l-iktar importanti fil-kalendarju kulturali tal-kunsill għas-sena 2017. Nagħtu parir lill-membri tal-pubbliku sabiex iżommu l-ġranet b’dawn id-dati liberi għall-għan li jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet li qed inħejju għalihom.   Bejn l-4 u s-6 ta’ April il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università ser...

Kompli qari

L-Istorja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Fl-1971, ingħata għall-ewwel darba l-Premju Letterarju għall-kotba ppubblikati fl-1970 fuq inizjattiva tal-Gvern bit-tir li jinkoraġġixxi l-letteratura Maltija u jippremja l-aħjar awturi kull sena. L-ewwel rebbieħa kienu Anton Buttiġieġ bil-ġabra ta’ poeżiji tiegħu ‘Fl-Arena’ u Francis Ebejer b’‘Id-Drammi Vol. 2’ li fih kien jiġbor it-tliet drammi tiegħu tas-sittinijiet ‘Vaganzi tas-Sajf’, ‘Boulevard’...

Kompli qari

Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Niżżel kopja tal-Formola tal-Applikazzjoni bir-Regolamenti aġġornati għall-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 minn din il-ħolqa: Malta Book Festival 2016_formola tal-applikazzjoni Id-dati tal-Festival għall-2016 huma id-9 sat-13 ta’ Novembru (MCC). Problemi bil-proċess ta’ applikazzjoni jew mistoqsijiet dwar eliġibilta għall-parteċipazzjoni jistgħu jiġu mibgħuta lil Maria Muscat (KNK) fuq maria.e.muscat@gov.mt. L-applikazzjonijiet qed jiġu milqugħa fuq listess...

Kompli qari