Applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ

Il-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ huwa konkors annwali mtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ Aġenzija Żgħażagħ bil-għan li jagħżel u jippremja rumanzi bil-Malti maħsuba għall-adulti żgħażagħ u l-kwistjonijiet varji li dawn jiltaqgħu magħhom f’dan l-istadju partikolari tal-ħajja, mingħajr ma jadottaw pożizzjoni moraliġġanti jew didattika. Applikazzjonijiet għall-Konkors tal-2017 infetħu u l-awturi...

Kompli qari

Ħarsa lejn ir-Rebbieħa tal-Konkors tal-Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016

Id-dinja taż-żgħażagħ hija dinja ta’ bidla kontinwa. Biżżejjed li wieħed jikkunsidra l-fluss ta’ innovazzjoni teknoloġika fil-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-midja, u l-impatt li dan għandu fuq il-lingwa u l-ħajja taż-żgħażagħ. Waħda mill-isfidi għall-kittieba ta’ letteratura mmirata għal udjenza żgħażugħa huwa li jipproduċu letteratura li jirnexxielha tirrapreżenta il-ħsibijiet, il-problemi u l-elementi...

Kompli qari

Notifika // Konkors ta’ Kitba: Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016

Kull sena, l-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mall-KNK jorganizzaw dan il-konkors li jagħżel, jippremja u jippubblika rumanzi bil-Malti miktuba għal qarrejja adoloxxenti. Huwa konkors miftuħ għall-kittieba minn għoxrin sena ‘l fuq u l-manuskritti jridu jindirizzaw adoloxxenti bejn it-13 u 18-il sena. Sottomissjonijiet għal dan il-konkors jesploraw temi relatati mas-sitwazzjonijiet varji li jaffaċċjaw...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015

L-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtiequ jħabbru li r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015 huma Rita Saliba bil-manuskritt tagħha ‘Il-kulur tal-lellux’ u Roberta Bajada bil-manuskritt ‘Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw’. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret nhar il-Ħamis, 11 ta’ Frar, 2016 fil-‘Youth Village’ ta’ Aġenżija Żgħażagħ f’Santa Venera u kienet...

Kompli qari

Rapport Annwali 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2015 – sena mimmlijja inizzjattivi ġodda, sena ta’ xogħol bla waqfien minn tim żgħir li qiegħed jikber biż-żmien, sena ta’ bosta kollaborazzjonijiet, biss aktar importanti minn hekk, l-2015 kienet sena ddedikata għall-promozzjoni tal-kotba u l-qari. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali...

Kompli qari

‘GRAMMA’ ma’ Leanne Ellul @CPL

Qari u Iktar minn ‘GRAMMA’ ta’ Leanne Ellul Rebbieħ tal-‘Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2014′ organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Pubblikat minn Merlin Publishers. Is-Sibt 12 ta’ Diċembru Librerija Pubblika Ċentrali (Belt is-Sebħ) Dan l-avveniment ittella bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet ‘Christmas at the Central Public...

Kompli qari

‘X’Aħna Smart!’ ta’ Stephen Lughermo fil-Librerija Pubblika Ċentrali

‘X’Aħna Smart!’ – attivita’ organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’kollaborazzjoni ma’ Malta Libraries nhar is-Sibt 3 ta’ Ottubru, fil-Librerija Pubblika Ċentrali, l-Furjana. Stephen Lughermo, il-kittieb ta’ ‘X’Aħna Smart!’ (Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2014 mtella mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenżija Żgħażagħ) ġie intervistat minn Maria Pia Gauci u qara...

Kompli qari

Applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015

Il-“Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ” huwa konkors li qed jiġi organizzat kull sena bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-għan tal-konkors huwa li jintgħażlu, jiġu ppremjati u ppubblikati rumanzi bil-Malti miktubin apposta għaż-żgħażagħ adolexxenti; rumanzi li jesploraw id-dinja tal-adolexxenti tal-lum, b’dak kollu li din il-fażi tal-ħajja ġġib magħha....

Kompli qari

Premju Letteratura għaż-Żgħażagħ 2013-2014

Nhar il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014 fis-Sala Sagra Infermeria fid-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet lir-rebbieħa tal-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ li kien organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ.   Iż-żewġ rebbieħa tal-Konkors minn fost it-tmien manuskritti sottomessi kienu Stephen Lughermo bir-rumanz ‘X’aħna Smart’ li ġie kklassifikat l-ewwel u Leanne...

Kompli qari

Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2013

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq javża li id-data ta’ sottomissjonijiet għal dan il-konkors hi uffiċċjalment magħluqa.   Nitolbukhom tagħfsu il-link ta’ hawn taħt biex taqraw l-emendi li saru fil-kriterji u ir-regolamenti għall-2014: Kriterji u Regolamenti 2014   .

Kompli qari

Il-Kompetizzjoni ‘Il-Librar Diġitali’ 2013

  Nhar il-Ħamis, 22 ta’ Mejju, 2014 matul ċerimonja qasira li saret fil-Librerija Pubblika Ċentrali il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mas-Sur Joseph Mizzi, Direttur Maniġerjali Klabb Kotba Maltin u Midsea Books Publications u s-Sur Edwin Catania Direttur Nemo Publications ippreżentaw lis-Sinj. Askya Pizzutto, rebbieħa tal-Kompetizzjoni ‘Il-Librar Diġitali’ b’iPAD bħala l-ewwel premju....

Kompli qari

Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadu kemm ippubblika ż-żewġ rumanzi rebbieħa tat-tielet edizzjoni (2012) tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Il-kotba rebbieħa huma ‘Ħabib fil-Bżonn’ ta’ Tony C. Cutajar u ‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ ta’ Charles Casha. Il-kotba huma immirati għall-adoloxxenti ta’ bejn...

Kompli qari