Kummenti huma off għal din il-kariga

Film tal-KNK: Laqgħa ma’ Mara Morbi

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb issa fuq Youtube…

Agħfas fuq il-ħolqa u xerred il-kelma >> Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb MALTA

 

Bħala parti mill-istrateġija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex jippromovi l-kotba u l-qari f’Malta, l-KNK b’kollaborazzjoni ma’ ONE u Shadeena, niedha dan il-film qasir ibbażat fuq ‘Laqgħa ma’ Mara Morbi’ – novella tal-awtur ċelebri Immanuel Mifsud waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (MCC, Valletta) f’Novembru tal-2014.

Tista’ tara l-film billi tagħfas din il-ħolqa:

Laqgħa ma’ Mara Morbi

 

L-għan ta’ dan il-progett kollaborattiv kien li jagħti bidu għal proċess li jżewweġ id-dinja tal-film u televiżjoni max-xena letterarja lokali. Mod wieħed ta’ kif ix-xena letterarja lokali tista’ tistgħana huwa billi tintegra ma forom ta’ arti oħra; u ‘film’ huwa hekk meqjus ideali minħabba l-udjenzi varjati u numerużi li jattira kif wkoll għall-potenzjal li jkompli jikber u jistgħana bħala forma artistika. Fl-istess ħin, ix-xena letterarja Maltija tista’ tagħti lura ħafna fl-ambitu kreattiv, fl-istil u fis-sustanza lil industrija tal-film u televiżjoni lokali; b’hekk, b’arranġament bħal dan igawdi kulħadd.

 

Filfatt, il-KNK flimkien ma’ PBS daqt ivaraw aħbar importanti f’dan ir-rigward b’hekk nissuġġerulkom tirritornaw hawnhekk regolarment għall-aktar informazzjoni. Qegħdin noffrulkom opportunita’ biex tikkontribwixxu, tikkollaboraw u toħolqu, b’hekk importanti li xxerdu l-kelma!

 

Dan il-film qasir seta’ jittellgħa grazzi għal sussidji mill-KNK u l-għajnuna ta’ ONE.