Kummenti huma off għal din il-kariga

Formola Ġdida ta’ Applikazzjoni għall-ISBN

Pubblikaturi u awturi għandhom jinnotaw li ġiet imfassla formola ta’ applikazzjoni ġdida għall-ISBN u din tinstab fuq il-paġna ISBN tagħna hawnhekk. Il-verżjoni aġġornata tintroduċi titlu ġdid bl-isem ta’ Product Format. F’din is-sezzjoni applikanti għal ISBN huma mitluba jniżżlu l-format tal-fajl fil-kas li l-applikazzjoni hija għal E-book. Ir-raġuni għal dan hija li l-ISBN jidentifika b’mod uniku mhux il-kontenut ta’ xogħol iżda l-pubblikazzjoni nnifisha. Fi kliem ieħor, żewġ kotba elettroniċi ta’ format differenti tal-istess xogħol letterarju se jkollhom żewġ ISBN differenti.

Peress li l-kwistjoni tal-format tal-fajl tista’ tqum biss fil-kuntest ta’ kotba elettroniċi, din is-sezzjoni tista’ titħalla vojta minn dawk li qed japplikaw għal ISBN għal pubblikazzjoni mhux elettronika. Kwalunkwe mistoqsijiet jew diffikultajiet dwar il-verżjoni aġġornata tal-applikazzjoni jistgħu jiġu indirizzati lis-Sur John Grech fuq [email protected] jew is-Sur Joe Debattista fuq [email protected]