Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku bid-dati l-iktar importanti fil-kalendarju kulturali tal-kunsill għas-sena 2017. Nagħtu parir lill-membri tal-pubbliku sabiex iżommu l-ġranet b’dawn id-dati liberi għall-għan li jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet li qed inħejju għalihom.

 

Bejn l-4 u s-6 ta’ April il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università ser itellgħu r-raba’ edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus. Bħas-soltu ser jieħdu sehem għadd ta’ pubblikaturi u distributuri Maltin bil-bejgħ tal-aħħar kotba u pubblikazzjonijiet tagħhom. Ser jitħejja ukoll programm ta’ attivitajiet li jinkludu mużika, dibattiti u qari. Żommu f’moħħkom dawn id-dati u ejjew iltaqgħu magħna fuq il-kampus!

 

L-ikbar attività tas-sena għalina ser iseħħ, bħal dejjem, fl-ewwel ħmistax tax-xahar ta’ Novembru. Fit-8 ta’ Novembru l-MCC (Mediterranean Conference Centre) ser jiftaħ il-bibien għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-ikbar ċelebrazzjoni tal-kultura tal-ktieb fil-pajjiż. Il-festival ser idum tliet ijiem.

 

Żommu dawn id-dati f’moħħkom u ejjew iltaqgħu magħna!


Share Article