Kummenti huma off għal din il-kariga

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Programm tal-Avvenimenti 2014

Programm_NBC_MaltiOutlinesWeb

 

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm ħabbar il-Programmar tal-Avvenimenti tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li ser iseħħ fuq il-perjodu ta’ ħamest ijiem, bejn it-12 u 16 ta’ Novembru, fic-Centru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta. Il-Festival tal-Ktieb huwa miftuħ għal kullħadd bla ħlas u bi programm daqs ħamsin avveniment miftuħa għal pubbliku. Pubblikaturi u awturi lokali ser ikunu qed iniedu u jbiegħu x-xogħlijiet ġodda tagħhom filwaqt li l-parteċipazzjoni internazzjonali din is-sena hija immarkata permezz ta’ għaxar pubblikaturi Taljani rrappreżentati minn “Editore Morrone” grazzi għall-Istitut Kulturali Taljan u ħanut tal-kotba Franċiż mal-awtur ċelebri, Pierre Assouline grazzi għall-ambaxxata Franċiża.

 

It-tfal tal-iskola li ser jattendu fil-ħinijiet ta’ filgħodu ser jingħataw voucher ta’ kotba ta’ €2 u ser igawdu minn teatru animat mid-Drama Unit tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.

 

Agħfas hawn taħt għal kopja tal-programm:

Programm_NBC_Malti