Kummenti huma off għal din il-kariga

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014

L-Għaqda tal-Malti – Università b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb ġewwa l-Università. Il-Festival, ġie mtella bejn it-28 u t-30 ta’ April, mid-9:00 sal-15:00 b’xi attivitajiet li ttellgħu wara s-7 ta’ filgħaxija.

1549529_665813076816164_6852460234719844067_n10271594_665813166816155_8258802216843020350_n10153276_665813236816148_4257690095956290107_n

 

Għal dan il-Festival kien hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom Sierra Book Distributors, Horizons, Faraxa Books, Sensiela Kotba Soċjalisti, Bronk Productions, u Agius and Agius kif ukoll kotba ta’ pubblikaturi oħra.

 

Barra minn hekk, ħafna mill-attivitajiet seħħew f’ħinijiet u f’partijiet differenti tal-Quad. bil-parteċipazzjoni ta’ diversi kittieba stabbiliti, kritiċi distinti u studenti, fosthom:

− Is-Sesswalità fil-letteratura Maltija: taħdita dwar is-sesswalità fil-letteratura Maltija, bil-parteċipazzjoni ta’ Trevor Żahra, Immanuel Mifsud, Sean Buhagiar, u Aleks Farrugia, fost l-oħrajn.

− ‘Fight Club’: film b’sottotitli bil-Malti, tradotti minn Simon Cassar bil-għajnuna tal-Prof. Toni Aquilina.

− Transessjoni: qari u diskussjoni mill-parteċipanti ta’ Taħżiż2, programm ta’ kitba kreattiva.

− …ħsieb il-ktieb: taħdita dwar kif tieħu ħsieb u torganizza l-librerija personali tiegħek.

− Aqrali, Qaltli: sessjoni oħra ta’ qari minn Immanuel Mifsud. Din id-darba se jkun qed jaqra l-ktieb ‘Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben).’

− Addattament għall-mużika minn Danjeli ta’ diversi siltiet minn ‘Leħen il-Malti’ (għadd 32).

Dan kollu fost sorpriżi u inizjattivi oħrajn.

 

ritratti mitt-tliet ijiem tal-festival:

 

10014745_10152380040827456_4475773228484876616_o Picture a Picture e Picture fPicture8 Picture g Picture h Picture i Picture k Picture l  Picture o
Picture mPicture1 Picture2Picture p Picture3  Picture5Picture7   Picture6Picture4Picture8.