Kummenti huma off għal din il-kariga

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus // 5-6-7 April

L-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fl-Università. Il-Festival se jittella’ bejn il-5 u s-7 ta’ April, mid-9:00 sas-14:00 u mill-16:00 sat-tard.

Waqt dan il-Festival se jkun hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom HORIZONS, FARAXA BOOKS, SENSIELA KOTBA SOĊJALISTI (SKS), STUDENTS PHILOSOPHICAL SOCIETY, EDE, BDL, INIZJAMED / EDIZZJONI SKARTA u oħrajn. Ma’ dawn ikun hemm l-GĦAQDA TAL-MALTI u l-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB li għandhom imħejji rigal ċkejken għall-ewwel mija li jżuru l-Festival.

Barra minn hekk, se jkun hemm attivitajiet li jvarjaw minn workshops għal films, minn qari għal taħditiet, u oħrajn. L-attivitajiet se jsiru minn Mark Scicluna u Moira Zahra, ESO, Insite, Faraxa Books, KSU (Kummissjoni Edukazzjoni), Highlight Arts, Inizjamed, Glen Calleja, Għaqda tal-Malti, Trevor Żahra, Fat Lady Productions, Akkademja tal-Malti, Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, TAĦŻIŻ, Aġenzija Żgħażagħ, Miriam Calleja, EDE, Mistura, Michael Spagnol, Graphic Novel Society, u DESA.

Matul it-tlett ijiem tal-Festival il-Librerija tal-Università se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha għall-istudenti b’attivitajiet interessanti fi mkejjen li mhux soltu nidħlu fihom. L-Għaqda tal-Malti se tkun qed tesebixxi r-ritratti tal-kompetizzjoni Ħudli Ritratt li għandha miftuħa sal-1 ta’ April. Matthew Schembri se jkun qed jieħu ħsieb l-installazzjoni tal-arti Ixorbu l-Kotba.

Il-mistiedna speċjali tal-festival hija l-kittieba Iżlandiża Gerður Kristný se tkun magħna b’attività kull ġurnata. Nhar is-6 ta’ April, Kristný se tkun qed tagħti workshop marbut mal-kitba mill-ġdid tal-Mitoloġija, u nhar is-7 ta’ April nagħlqu l-festival b’qari u mistoqsijiet lill-istess awtriċi.

Il-programm sħiħ t’attivitajiet, siegħa b’siegħa, jinsab fl-attività fuq Facebook. Għal iktar tagħrif żuru: <<www.facebook.com/events/923489227765196>>.

Il-Festival miftuħ għal kulħadd bla ħlas.

 

_MG_3299-2 II campus book fest offcial poster for web 5 prog 6 prog 7 progdsfv dsvf IMG_1378