Kummenti huma off għal din il-kariga

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus – 5-6-7 ta’ Mejju, 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw it-tieni edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-5-6-7 ta’ Mejju 2015. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: 09:00 – 15:00 u 19:00 – 21:30.

Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri Maltin jippromwovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, fosthom studenti universitarji. Minbarra l-bejgħ ta’ kotba jkun hemm ukoll programm varjat ta’ attivitajiet, bl-għan li l-letteratura nippromovuha fis-sħuħija tagħha, u mhux biss bħala prodott li jinxtara.

Fost l-attivitajiet, se jkun hemm żewġ intervisti mal-awturi Walid Nabhan u Pierre J. Mejlak, it-tnejn rebbieħa ta’ premji prestiġjużi. Matul it-tlett ijiem tal-Festival, se jkun hemm ukoll dawriet iggwidati mal-Librerijta tal-Università u għadd ta’ kollaborazzjonijiet ma’ għaqdiet oħra, fosthom għaqdiet studenteski bħall-KSU.

Il-pubblikaturi u d-distributuri preżenti huma Faraxa Books, Horizons, SKS, u Sierra Book Distributors, u wħud minnhom qed jorganizzaw xi attivitajiet. Ikun hemm ukoll stand tal-organizzaturi, jiġifieri tal-Għaqda tal-Malti – Univeristà u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, minn fejn wieħed ikun jista’ jikseb aktar tagħrif.

Hawn taħt għandek issib il-programm tal-attivitajiet tal-festival.

 

TUE WED THUR

 

 

Xi ritratti mill-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2015:

IMG_1441 IMG_1437 IMG_1436 IMG_1433 IMG_1432 IMG_1422 IMG_1426 IMG_1427 IMG_1430 IMG_1431 IMG_1420 IMG_1418 IMG_1416 IMG_1415 IMG_1414 IMG_1413 IMG_1405 IMG_1398 IMG_1396 IMG_1403 IMG_1412 IMG_1411 IMG_1402 IMG_1395 IMG_1394 IMG_1391 IMG_1399 IMG_1401 IMG_1410 IMG_1408 IMG_1390 IMG_1381 IMG_1389 IMG_1380 IMG_1388 IMG_1378 IMG_1377 IMG_1384 IMG_1383 IMG_1374 IMG_1365 IMG_1363 IMG_1366 IMG_1371.