Il-KNK huwa l-awtorità uffiċjali tal-ISBN (Standard Internazzjonali tan-Numri tal-Kotba) f’Malta. Permezz tal-ISBNs, il-KNK jista’ jibni ġabra tal-kotba kollha li ġew ippubblikati.  Sa l-aħħar ta’ Diċembru 2006, ISBNs kienu jiġu maħduma fuq 10 numri, iżda mill-1 ta’ Jannar 2007 l’hawn in-numru beda jinħareġ bi 13 . L-ISBNs jiġu ikkalkulati b’formola matematika speċifika u jinkludu l’hekk imsejjaħ ‘check digit’ li jħoll u jorbot il-validita’ tan-numru. L-ISBN huwa essenzjalment numru li bih il-pubblikatur, il-bejjiegħ tal-kotba, il-librar, l-bejjiegħ ta’ kotba mill-internet u entitajiet oħra li jaħdmu fil-qasam tal-kotba, jistgħu jgħarfu l-ktieb partikolari għal skopijiet ta’ bejgħ, listi u rekords. In-numru jispeċifika r-reġistrant kif wkoll it-titlu, l-edizzjoni u l-format tal-istess ktieb.

Il-Pubbikatur huwa il-persuna li għandu japplika għall-ISBN – u b’pubblikatur, f’dan il-każ nifmhu: l-grupp, organizazzjoni, kumpanija jew individwu responsabbli li jagħti bidu għall-produzzjoni tal-pubblikazzjoni. Normalment dan ikun il-persuna jew entita li ser iġġor l-akbar responsabbilta u tieħu r-riskju finanzjarju fil-proċess. Normalment dan ma jkunx l-istampatur, biss f’ċerti każi, jaf ikun l-awtur stess li japplika għall-ISBN bħal meta l-awtur jiddeċiedi li jippubblika għal-rasu.

Il-Kunsill attwali qiegħed jaċċerta ruħu li l-ISBNs qegħdin jinħarġu skont l-istandards u l-obbligi internazzjonali. Bħalissa, l-ISBNs kollha qegħdin jiġu rreġistrati u kull numru jsegwi sekwenza.

 

1) Il-prezzijiet tal-ISBN huma dawn li ġejjin.

a) Numru wieħed: €20

b) Għaxar numri: €100

c) Għoxrin numru: €170

 

2) Barcode ma’ kull ISBN ser jingħata b’xejn

 

3) ISBN jista’ jinħareġ biss meta l-klijent jipprovdi l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bid-dettalji tal ktieb li jkun se juża n-numru. Id-dettalji li jridu jiġu pprovduti huma t-titlu, l-awtur, il-format, il-pubblikatur u s-sena tal-pubblikazzjoni tal-ktieb. Klijent jista jixtri numru jew sett ta’ numri mingħir ma jipprovdi d-dettalji mmsemmija, imma n-numru jew numri jkunu jistgħu jinħarġu biss meta d-dettalji neċċessarji jkunu pprovduti. Din il-proċedura tiggarantixxi li n-numri li jinħarġu se jkollhom sekwenza. Applikazzjoni

 

Applika għal ISBN billi timla din il-formola:

ISBN application form One-offs

L-applikanti għan-numri ISBN għandhom jinnotaw li ġiet imfassla formola ta’ applikazzjoni ġdida fejn taħt il-titlu “Product Format” wieħed irid jispeċifika l-format tal-fajl fil-każ ta’ ktieb elettroniku (E-book). Din l-informazzjoni hija neċessarja kull meta timtela’ applikazzjoni għal ktieb elettroniku. Dan huwa importanti peress li l-ISBN jidentifika kemm ix-xogħol kif ukoll il-format. Iġifieri, l-istess xogħol f’format differenti ser ikollu ISBN differenti.

 

4) Il-prezz ta’ mitt (100) ISBN għall-kotba fil-format ta’ ebook huwa ta’ €50. Il-prezz ta’ ISBN wieħed għall-ktieb fil-format ta’ ebook huwa €10. Jekk il-ktieb huwa mitbugħ, il-prezz għall-ISBN tal-istess ktieb fil-format ta’ ebook, jibqa’ mingħajr ħlas.

 

Pagamenti jsiru b’ċekk f’isem National Book Council (indirizzat: Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb c/o Mr Joseph Debattista, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Profs. Joseph J. Mangion, Furjana FRN1800)

 

Niżżel kopja tal-Manwal għall-Utenti tal-ISBN minn din il-ħolqa: Manwal ghall-Utenti tal-ISBN (Malti)