ISMN (International Standard Music Number) huwa numru uniku li jidentifika l-publikazzjonijiet tal-mużika miktuba madwar id-dinja, kemm jekk għall-iskopijiet ta’ bejgħ jew sempliċiment użu ta’ silta mużikali.

L-ISMN huwa ddiżinjat biex jirrazjonalizza l-proċess u l-kodifikazzjoni tal-mużika miktuba u l-informazzjoni bibliografika ta’ listess xogħol għad-djar ta’ publikazzjoni, is-suq tal-mużika u l-libreriji.

Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aġent f’Malta u Għawdex għal ħruġ ta’ ISMN u għalhekk min ikun jixtieq dan is-servizz jista’ jnizzel kopja tal-applikazzjoni minn hawn stess:

ISMN formola tal-applikazzjoni

Formola tal-applikazzjoni u l-pagament jistgħu jiġu mibgħuta bil-posta tradizzjonali jew elettronika u indirizzati:

Sur Joe Debattista
Segretarju
Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
Librerija Pubblika Ċentrali
Triq Prof. J. Mangion
il-Furjana FRN1800

[email protected]

 

Il-prezzijiet għall-ISMN huma hekk:

ISMN wieħed €10

Pakkett ta’ 10 ISMN = €50

Pakkett ta’ 20 ISMN = €80