Kummenti huma off għal din il-kariga

Konferenza InTranslation

L-Uffiċċju tal-Ewropa Kreattiva f’Malta (CED Malta) huwa kburi b’din il-pubblikazzjoni (agħfas hawn: intranslation ) dwar il-fondi u l-opportunitajiet disponibbli għal dawk involuti fid-dinja tat-traduzzjoni letterarja.

Il-konferenza In Translation – li wasslet ukoll għal dan il-ktejjeb – ġiet organizzata biex tirrikonoxxi l-iżviluppi ġodda fis-settur, u biex issir analiżi tal-fondi u l-premijiet disponibbli għall-operaturi kulturali u kreattivi Maltin / ibbażati f’Malta. Dawn il-fondi diġà kattru l-frott u qegħdin jixprunaw l-applikazzjonijiet għal fondi Ewropej waqt li jagħtu kontribut lejn iċċirkulazzjoni u d-disseminazzjoni tal-letteratura Maltija.

Nittamaw li kollaborazzjoni bħal din, bejn CED Malta, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, u l-Kunsill Malti għall-Arti, tkun l-ewwel fost kollaborazzjonijiet oħra ta’ dan it-tip. L-għan ewlieni tagħna kien, li nwasslu dan il-ktejjeb lill-operaturi kulturali, u li jkun jista’ jservi bħala ġabra tal-opportunitajiet disponibbli mill-entitajiet pubbliċi għat-Traduzzjoni Letterarja.

 

Programm tal-Konferenza InTranslation // 13 ta’ Novembru, 2015 // Phoenicia Hotel, Floriana

Preżentazzjoni minn Elaine Falzon u Romina Delia mill-Arts Council Malta: Cultural Export Fund – Literary Translation Grant

Preżentazzjoni minn Mark Camilleri mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: The Malta Book Fund

Preżentazzjoni minn Maria Angela Vassallo minn Creative Europe Desk Malta Literary Translation funding scheme – CULTURE sub-programme

*

Preżentazzjoni minn Immanuel Mifsud: European Union Prize for Literature 2011

Preżentazzjoni minn Anthony Aquilina: The Malta Book Fund

Preżentazzjoni minn Norbert Bugeja: Spreading Words

*

WORKSHOP // Striking a deal: The role(s) of publishers and literary agents // Moderatur: Simone Inguanez

 

Messaġġ mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK, is-Sur Mark Camilleri

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) twaqqaf fl-2001 biex jippromwovi l-apprezzament tal-kotba ta’ kull ġeneru u biex iżid innumru ta’ qarrejja fost il-Maltin.

Bħala entità pubblika, il-KNK huwa attiv fl-inizjattivi kollha talIstat li huma relatati mas-settur letterarju u ta’ pubblikazzjoni, bl-eċċezzjoni tas-servizz tal-libreriji, li huwa pprovdut mill-Libreriji ta’ Malta. Madankollu, il-Libreriji ta’ Malta u l-KNK jaħdmu mill-qrib – jikkollaboraw regolarment fl-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ inizjattivi differenti.

Il-KNK huwa responsabbli li joħroġ l-ISBN, ISMN u l-PLR (Jeddijiet tas-Self Pubbliku) f’Malta. Il-Kunsill jorganizza wkoll il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb kif ukoll inizjattivi oħra bħal, Konkors ta’ Kitba – Letteraratura għaż-Żagħażagħ, ilFond Malti tal-Ktieb, il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus u l-NBC PBS Konkors Films Qosra, fost l-oħrajn.

Il-Fond Malti tal-Ktieb kienet inizjattiva mnedija mill-KNK fl-2015, biex irawwem tkabbir kultrali fl-industrija lokali tal-kotba. Filħidma tiegħu biex jagħti kontribuzzjoni xierqa għall-iżvilupp ta’ pubblikazzjonijiet Maltin, il-KNK ħoloq għotja miftuħa bi tliet fergħat li tagħti għajnuna lil awturi u pubblikaturi, bl-iffinanzjar ta’ medda vasta ta’ proġetti; fosthom traduzzjonijiet ta’ letteratura barranija għall-Malti.

Matul il-medda taż-żmien, il-KNK ħass li hawn vojt fis-settur, fejn l-awturi u l-pubblikaturi prospettivi ta’ kotba ta’ valur kulturali, edukattiv u intelletwali,qegħdin isibu diffikultà konsiderevoli firrealizzazzjoni tal-proġetti. Dan minħabba l-ispeċifiċità ta’ suġġetti, udjenzi partikolari, jew nuqqasijiet fl-infrastruttura tas-swieq talpublikazzjoni u distribuzzjoni.

 

In Translation 2 In Translation 1 In Translation 20 In Translation 19 In Translation 18 In Translation 13 In Translation 14 In Translation 15 In Translation 16 In Translation 17 In Translation 12 In Translation 11 In Translation 10 In Translation 9 In Translation 8 In Translation 3 In Translation 4 In Translation 5 In Translation 6 In Translation 7.