Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-ogħla premju letterarju mgħoti lil awturi, pubblikaturi u illustraturi għal xogħol ippubblikat lokalment is-sena ta’ qabel. Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet issir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru. Il-finalisti u r-rebbieħa fis-seba’ kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u s-sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka huma magħżula minn bord indipendenti tal-aġġudikazzjoni. Il-membri tal-bord isegwu għadd ta’ kriterji fl-evalwazzjoni tagħhom biex jiżguraw l-ogħla grad ta’ trasparenza u professjonalità kif xieraq għal premju tant importanti u prestiġjuż.

Ir-regoli u r-regolamenti jistgħu jinstabu hawn taħt.

Is-sottomissjonijiet ta’ din is-sena qed jiġu evalwati mill-bord tal-aġġudikazzjoni. Il-lista tal-finalisti ser toħroġ fis-26 ta’ Awwissu, u tinkludi kemm il-Premju Terramaxka kif ukoll il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Iċ-ċerimonja tal-Premju Terramaxka se tkun fis-6 ta’ Novembru waqt il-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018. Iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb issir fil-Berġa ta’ Kastilja fit-30 ta’ Novembru.

____________________________________________________________________________

Il-Fomola ta’ Applikazzjoni u Regolamenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jinstabu hawn taħt:

Applikazzjoni // Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018

Regolamenti // Premju Nazzjonai tal-Ktieb 2018

u l-Kriterji u Linji Gwida tal-Kategoriji jinstabu hawn taħt:

Kriterji Rumanz

Kriterji Novelli

Kriterji Poeżija

Kriterji Drama

Kriterji Riċerka Ġenerali

Kriterji Riċerka Biografika u Storjografika

Kriterji Traduzzjoni

____________________________________________________________________________

Il-Formola ta’ Applikazzjoni u Regolamenti tal-Premju Terramaxka jinstabu hawn taħt:

Applikazzjoni // Premju Terramaxka 2018

Regolamenti // Premju Terramaxka 2018

u l-Kriterji u Linji Gwida tal-Kategoriji jinstabu hawn taħt:

Kriterji 0-7 snin XOGĦOL ORIĠINALI

Kriterji 8-12-il-sena XOGĦOL ORIĠINALI

Kriterji 13-16-il-sena XOGĦOL ORIĠINALI

Kriterji 0-7 snin TRADUZZJONI

Kriterji 8-12-il-sena TRADUZZJONI

Kriterji 13-16-il-sena TRADUZZJONI