Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jixtieq jgħarraf lil min hu nteressat li jipproduċi kitbiet mużikali u jippubblikhom illi l-KNK issa huwa l-aġent f’Malta u Għawdex għal ħruġ ta’ ISMN (International Standard Music Number) u għalhekk min ikun jixtieq servizz ta’ ISMN jista’ jitlob applikazzjoni mingħand il-KNK billi jikteb lis-Segretarju fuq: joe.debattista@gov.mt jew inizzel kopja tal-applikazzjoni billi jagħfas il-ħolqa ta’ hawn taħt:

ISMN formola tal-applikazzjoni

Il-formola tal-applikazzjoni u l-pagament għandhom jiġu indirizzati:
Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Segretarju, Sur Joe Debattista, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Prof. J. Mangion, Furjana FRN1800
joe.debattista@gov.mt

 

Il-prezzijiet għall-akkwist tal-ISMN huma hekk:

ISMN wieħed €10

Pakkett ta’ 10 ISMN = €50

Pakkett ta’ 20 ISMN = €80

 .


Share Article