Kummenti huma off għal din il-kariga

Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2015 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2014. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 3 ta’ Novembru, 2015 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (4-8 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esebituri tal-Festival u mistednin distinti oħra. Dawn il-kotba ser jiġu ċelebrati tul il-Festival f’serje ta’ attivitajiet immirati għall-istudenti li jżuru l-Festival filgħodu mal-iskejjel tagħhom. Hawn taħt hawn mniżżla r-rebbieħa kollha tal-Premju Terramaxka fil-kategoriji rispettivi tagħhom.

 

Kategorija: XOGĦLIJIET ORIĠINALI: KOTBA GĦAT-TFAL (0-7 SNIN)

L-Ewwel Ktieb tan-Numri ta’ Terence Portelli (Midsea Books)

*

Kategorija: XOGĦLIJIET ORIĠINALI: KOTBA GĦAT-TFAL (8-12-IL SENA)

Dizzjunarju bil-Malti għat-Tfal ta’ Christopher J. Micallef (BDL) Save Samyo City ta’ Sherise Bugeja (Merlin Publishers)

*

Kategorija: XOGĦLIJIET ORIĠINALI: KOTBA GĦALL-ADOLEXXENTI (13-16-IL SENA)

Only in Ħal Biżarr ta’ David Aloisio (Klabb Kotba Maltin)

*

Kategorija: TRADUZZJONI: KOTBA MAQLUBIN GĦALL-MALTI (0-7 SNIN)

Lupu Lupettu Kull Kulur ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers)

*

Kategorija: TRADUZZJONI: KOTBA MAQLUBIN GĦALL-MALTI (8-12-IL SENA)

Kosmos Express: Il-Wikkiel tal-Pjaneti ta’ Loranne Vella (Merlin Publishers)

*

Kategorija: TRADUZZJONI: KOTBA MAQLUBIN GĦALL-MALTI (13-16-IL SENA)

Kważi kważi lil Tamara nżommuha ta’ Simon Bartolo (Merlin Publishers)

*

Premju għall-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB: PREMJU TERRAMAXKA 2015

Merlin Publishers għall-ktieb Stampakelma ta’ Trevor Zahra.

*

Premju għall-ILLUSTRATUR TAL-KTIEB REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA XOGĦLIJIET ORIĠINALI KOTBA GĦAT-TFAL BEJN 8-12-IL SENA

Andrea Meli għall-ktieb Save Samyo City (Merlin Publishers)

*

Premju għall-ILLUSTRATUR TAL-KTIEB REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA XOGĦLIJIET ORIĠINALI KOTBA GĦALL-ADOLEXXENTI (13-16-IL SENA)

Mark Scicluna għall-ktieb Only in Ħal Biżarr (Klabb Kotba Maltin)

IMG_0101 IMG_0099 IMG_0096 IMG_0095 IMG_0093 IMG_0091 IMG_0088 IMG_0085 IMG_0077 IMG_0074 IMG_0072 IMG_0069 IMG_0066 IMG_0060 IMG_0057 IMG_0056 IMG_0054 IMG_0051 IMG_0050 IMG_0048 IMG_0039

 

 .