Kummenti huma off għal din il-kariga

Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2015. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 8 ta’ Novembru, 2016 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (9-13 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esibituri tal-Festival u mistednin distinti oħra. Dawn il-kotba ser jiġu ċelebrati tul il-Festival f’serje ta’ attivitajiet immirati għall-istudenti li jżuru l-Festival filgħodu mal-iskejjel tagħhom. Hawn taħt hawn mniżżla r-rebbieħa kollha tal-Premju Terramaxka fil-kategoriji rispettivi tagħhom.

 

Kategorija: XOGĦLIJIET ORIĠINALI: KOTBA GĦAT-TFAL (0-7 SNIN)

Mingu ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers Limited).

 

Kategorija: XOGĦLIJIET ORIĠINALI: KOTBA GĦAT-TFAL (8-12-IL SENA)

Irvin Vella Investigatur Virtwali: il-Każ Manduca ta’ John A. Bonello (Merlin Publishers Limited).

 

Kategorija: XOGĦLIJIET ORIĠINALI: KOTBA GĦALL-ADOLEXXENTI (13-16-IL SENA)

Djamantini ta’ Kulleġġ Santa Klara, Skola Sekondarja, Pembroke.

 

Kategorija: TRADUZZJONI: KOTBA MAQLUBIN GĦALL-MALTI (0-7 SNIN)

Vjoletta ta’ Loranne Vella (Merlin Publishers Limited)
traduzzjoni tal-ktieb ‘Violeta’ ta’ Abril Calero.

 

Kategorija: TRADUZZJONI: KOTBA MAQLUBIN GĦALL-MALTI (8-12-IL SENA)

Il-Leġenda ta’ San Ġorġ u d-Dragun ta’ Pierre J. Mejlak (Merlin Publishers Limited)
traduzzjoni ta’ ‘La llegenda de Sant Jordi i el Drac’ ta’ Laura Vaqué.

 

Premju għall-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB: PREMJU TERRAMAXKA 2015

Merlin Publishers għall-ktieb Mingu ta’ Clare Azzopardi.

 

Premju għall-ILLUSTRATUR TAL-KTIEB REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA XOGĦLIJIET ORIĠINALI KOTBA GĦAT-TFAL BEJN 0-7-IL SENA

Lisa Falzon għal Mingu.

 

Premju għall-ILLUSTRATUR TAL-KTIEB REBBIEĦ FIL-KATEGORIJA XOGĦLIJIET ORIĠINALI KOTBA GĦAT-TFAL (8-12-IL SENA)

Lisa Falzon għal Irvin Vella Investigatur Virtwali: il-Kaz Manduca.

 

Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival:

Web: http://ktieb.org.mt/?page_id=139&lang=mt

Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/

img_0575 img_0580 img_0581 img_0588b img_0589

Malta Book Festival event

Malta Book Festival event

Malta Book Festival event

Malta Book Festival event

Malta Book Festival event

Malta Book Festival event

Malta Book Festival event

Malta Book Festival event

Malta Book Festival event

Malta Book Festival event

Malta Book Festival event

Malta Book Festival event

Malta Book Festival event