Kummenti huma off għal din il-kariga

Sejħa għall-Esebituri – MBF2016

 

Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
9-13 NOV – MCC

Sejħa għall-Esebituri

Din hija sejħa għall-esebituri interessati li jorganizzaw esebizzjoni dwar is-sengħa ta’ kif jinħadem il-ktieb tul il-ġranet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2016. L-esebizzjoni għandha tkun f’postha sa mit-8 ta’ Novembru (l-ġurnata tal-ftuħ uffiċjali tal-Festival) u ser tkun armata fil-Perellos Suite (il-Kappella) ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. Ix-xogħol jibqa miftuħ għall-pubbliku ġenerali tul il-ġranet tal-Festival mid-9 sat-13 ta’ Novembru li ġej.

Niżżel kopja tal-kriterji minn din il-ħolqa:
Sejħa għall-Esebituri (ENG)_MBF2016