Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Emanuel Psaila

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ Emanuel Psaila dwar ir-riċerka tiegħu fuq Ġużè Ellul Mercer u kif żviluppat il-kitba soċjalista f’Malta biż-żmien.

Psaila jidħol fil-fond dwar ir-rumanz li Ellul Mercer jibqa’ mfakkar għalih, ‘Leli ta’ Ħaż-Żgħir’, biex jislet riflessjonijiet dwar is-soċjetà Maltija fi żmien Mercer u issa, il-letteratura soċjalista dak iż-żmien u jekk għadx fadal letteratura ta’ dat-tip bħalissa f’Malta, il-letteratura mill-kamp Nazzjonalista fit-Tmeninijiet, u kif id-Dnub il-Mejjet affettwa r-rispett lejn l-intellettwali f’Malta.

Dawn huma wħud mis-suġġetti li Psaila jidħol fihom hu u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-preżentatriċi.

Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.