Kummenti huma off għal din il-kariga

Toħroġ il-Lista tal-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017

 

 

llum, it-28 ta ‘Awwissu 2017, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed joħroġ il-lista tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal kotba ppubblikati fl-2016. Il-finalisti huma magħżula minn bord independenti ta’ aġġudikazzjoni magħmul minn 9 ġurati. Il-proċess ta’ aġġudikazzjoni beda fil-25 ta’ April b’203 sottomissjoni, li minnhom ġew magħżula 35 ktieb. Il-lista tal-finalisti ta’ din is-sena fil-kategorija tar-rumanzi għandha numru rekord ta’ kotba miktuba minn nisa, b’3 minn 6 kontendenti nisa. Jekk neskludu kotba għat-tfal, aktar kotba ta’ letteratura mhux fittizja ġew magħżula minn dawk ta’ letteratura fittizja. Din turi tendenza ta’ żieda fin-numru ta’ awturi li jiktbu letteratura mhux fittizja.

Il-bord tal-aġġudikazzjoni se jkun qed jagħżel ir-rebbieħa tal-Premju tal-Ktieb għal kull kategorija separata kemm fil-letteratura għall-adulti (Premju Nazzjonali tal-Ktieb) kif ukoll fil-letteratura tat-tfal (Premju Terramaxka). Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka se jitħabbru nhar it-Tlieta 7 ta’ Novembru f’ċerimonja magħluqa fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran fl-ewwel jum tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017. Ir-rebbieħa tal-Premju tal-Ktieb se jitħabbru aktar tard, f’Diċembru, waqt ċerimonja li ssir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru.

 

PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB: LISTA TAL-FINALISTI 2017

 

Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż

The Confectioner’s Daughter ta’ Lou Drofenik (Horizons)

Shadows in Penumbra ta’ Lillian Sciberras (Horizons)

Fid-dlam tal-lejl ħarisna ta’ Immanuel Mifsud (Klabb Kotba Maltin)

Nex ta’ Mark Camilleri (Merlin Publishers)

The Grasshopper ta’ Aleks Farrugia (Merlin Publishers)

Lucy Min? ta’ Lara Calleja (Merlin Publishers)

 

Novelli bil-Malti u bl-Ingliż

Western: bejn rakkonti, bejn divertimenti ta’ Alfred Sant (SKS Publishers)

Awguri, Giovanni Bonello! Ta’ Chris Gruppetta (Editur) (Merlin Publishers)

Stejjer veri li qatt ma ġraw ta’ Charles Casha (Klabb Kotba Maltin)

Mhux nies ta’ Jean Paul Borg (Klabb Kotba Maltin)

 

 

Poeżija bil-Malti u bl-Ingliż

Who looks at the sun anymore ta’ Kenneth Wain (Horizons)

“Ħuta” ta’ Immanuel Mifsud (Klabb Kotba Maltin)

Nartiċi ta’ Norbert Bugeja (Klabb Kotba Maltin)

 

Drama

L-ebda ktieb ma għadda għal fażi finali

 

 

 

 

Traduzzjoni

Marcel Proust: ‘Għat-tfittxija taż-żmien mitluf: Mix-xaqliba ta’ Dar Swann ta’ Paul Zahra

Il-maħbub ta’ Lady Chatterley ta’ Alfred Palma (Horizons)

 

 

Riċerka Bijografika u Storjografika

The great Maltese Composers: Historical context, lives and works ta’ Joseph Vella Bondin (APS Bank Ltd.)

L-Iżvilupp tal-Edukazzjoni ta’ Joseph A. Xerri (SKS Publishers)

The Pre-Siege Maps of Malta: Second Century AD – 1674 ta’ Albert Ganado and Joseph Schiro’ (BDL)

The Fleet of the Knights of Malta: Its organisation during the eighteenth century ta’ Joseph F. Grima (BDL)

Waking the dead: nineteenth century obituaries of amirror of Maltese Society (1815-c.1910) ta’ Michael Refalo (BDL)

Kissing the Gallows ta’ William Zammit (BDL)

Remembering  Rediffusion in Malta ta’ Toni Sant (Midsea Books Ltd.)

Nation, Pride and Dignity ta’ Joseph M. Pirotta (Midsea Books Ltd.)

Min qatel il-Patri? Ta’ Mark Montebello and Marlene Mifsud Chircop (Klabb Kotba Maltin)

Photography in Malta: the history & the Protagonists ta’ Kevin Casha (APS Bank Ltd.)

Filial Churches in Malta: Qormi: a case study ta’ Hilary Spiteri (Horizons)

Treasures of Faith ta’ Edgar Vella (Midsea Books Ltd.)

 

 

Riċerka ta’ Natura Ġenerali

Maltese plants in the Bible ta’ Peter Calamatta

Vanishing Malta: Raising Consciousness on safeguarding Malta’s Legacy ta’ Kevin Casha (APS Bank Ltd.)

The road less travelled of a Scientist and Priest: Pierre Teilhard De Chardin ta’ Mary Anne Sultana

Rescur nirkbu l-mewġ tal-ħajja (Vol.1 – 5)  ta’ Carmel Cefai, Paul Bartolo and Katya Galea (Ċentru Reżiljena u Saħħa Soċjo Emozzjonali UOM)

Anna tal-Esseni ta’ Emanuel J. Casingena (Horizons)

Contemporary Architecture in Malta  ta’ Conrad Thake (Kite Group)

A commentary on the Constitution of Malta ta’ Tonio Borg (Kite Group)

The Maltese Village Festa: a tradiitonal yearly ritual ta’ Patrick J. Fenech (BDL)

 

 

 

PREMJU TERRAMAXKA: LISTA TAL-FINALISTI 2017

 

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-tfal (Etajiet 0-7)

Wherever could they be? Fejn setgħu qegħdin  ta’ Naomi Gatt (Horizons)

Il-qtates ta’ max-xatt  ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers)

Fil-kamra ta’ Jonas ta’ Emanuel (Noel) Tanti (Merlin Publishers)

 

 

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-tfal (Etajiet 8-12)

Żiffa mqarba f’Ħal Buffura ta’ Rita Saliba (BDL)

Il-każ tas-serqiet strambi ta’ John A. Bonello (Merlin Publishers)

Stejjer ma jitwemmnux mill-Klassi ta’ Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipinġini ta’ Audrey Friggieri (Merlin Publishers)

Arloġġ u tila ta’ Roberta Bajada (Merlin Publishers)

 

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għall-Adolexxenti (Etajiet 13-16)

Fittixni ta’ Antoinette Borg  (Merlin Publishers)

 

Traduzzjoni: Kotba għat-tfal (Etajiet 0-7)

Inħobbok ta’ Leanne Ellul (Merlin Publishers)

Lupu Lupettu jżur il-Foresta tal-Ħrejjef ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers)

Lupu Lupettu jinvestiga l-mużew ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers)

 

Traduzzjoni: Kotba għat-tfal (Etajiet 8-12)

Teresa ta’ Leanne Ellul and Clare Azzopardi (Merlin Publishers)

L-Opri tal-Ħniena imfissra liż-Żgħażagħ ta’ Terence Portelli (ĊAK-Reliġjon u Ħajja)

 

Traduzzjoni: Kotba għall-Adolexxenti (13-16)

L-ebda ktieb ma għada għal fażi finali