Comments are off for this post

Taħt il-Qoxra: Dr. Frank Fabri

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Frank Fabri, Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Din id-darba l-intervista ma daritx ma’ ktieb, iżda Dr. Fabri sab quddiemu mistoqsijiet intriganti dwar suġġetti varji.

Ara kif wieġeb meta mistoqsi dwar skejjel fl-inħawi t’isfel ta’ Malta, jekk hux qed joqtol il-kreattività l-fatt li l-Ministeru tal-Edukazzjoni jinsab ma’ dak tax-Xogħol u mhux tal-Kultura, jekk issirx diskriminazzjoni mal-boroż ta’ studju għall-Umanitajiet, u l-ftehim settorjali mal-għalliema f’Diċembru li għadda.

Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.