Comments are off for this post

Taħt il-Qoxra: Kirsten Spiteri

F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachel Deguara titkellem mas-Sur Kirsten Spiteri dwar il-kotba tal-fantaxjenza li kiteb, ‘The Wave’ u ‘Far From Home’, kif ukoll dwar elementi differenti tal-kitba fantaxjentifika u l-irwol tagħha fil-qasam letterarju usa’.

Il-mistieden jgħid li l-ġeneru tal-fantaxjenza ma jillimitahx biex jgħid dak li għandu jgħid, għax jista’ juża metafori partikulari.

Spiteri jirrimarka li l-ġeneru tal-fantaxjenza jirrikjedi elementi bombastiċi biex iżżomm lill-qarrej ingaġġat, u jinnota li skontu bosta qarrejja tal-fantaxjenza jkunu jaraw ukoll films fantaxjentifiċi, u jaqraw kotba fantaxjentifiċi biss.

Jgħid li ma tantx jara relazzjoni bejn il-fantaxjentifiku u l-kultura għax skontu l-fantaxjentifku huwa sottokultura. Dwar il-fruntiera bejn il-fantaxjenza u r-realtà jisħaq li kulma hemm hi l-fruntiera taż-żmien.

Spiteri għandu 31 sena, jaħdem fis-settur tal-assikurazzjoni. Huwa kittieb tal-fantażija u l-fantaxjenza. Jgħid li fi tfulitu kien influwenzat ħafna mill-anime Ġappuniż.

Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.