Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm ta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba bil-Franċiż lill-“Centre Franco-Maltais” magħruf ukoll bħala ċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Franċiż. Doreen Farrugia (Uffiċjal tal-Edukazzjoni – Franċiż) aċċettat id-donazzjoni f’isem Iċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Franċiż fil-Junior College, l-Imsida f’ċerimonja żgħira ma’ Mark Camilleri (Kap Eżekuttiv – KNK). Id-donazzjoni tal-kotba inkludiet kotba edukattivi gradati, kotba ġodda bil-Franċiż fuq l-istorja, arti u l-kultura Franċiża, kotba letterarji b’livelli differenti u numru differenti ta’ dizzjunarji li ser ikunu użati miċ-Ċentru u anke mogħtija bħala premji lill-istudenti tal-Franċiż.

IMG_1272 IMG_1271 IMG_1270


Share Article