NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
Akiko - Clare Azzopardi

Akiko: Qattus Unikornu b’Missjoni

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Akiko huwa qattus żgħir speċjali: għandu qarn jixgħel fid-dlam u jitkellem! Fuq kollox għandu missjoni: jgħin lit-tfal isolvu l-problemi tagħhom. Allura meta ċ-ċkejkna Mia tkun xebgħet tilgħab weħedha, jiġi Akiko biex jgħinha. Joħodha miegħu fir-raħal tal-qtates unikorni u determinat li juriha kif tagħmel ħbieb!

Pubblikatur
Merlin Publishers

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

CLARE AZZOPARDI pic

Awtriċi: Clare Azzopardi

Clare Azzopardi kitbet u ttraduċiet numru ta’ kotba għat-tfal, għall-adolexxenti kif ukoll għall-kbar. Fost l-iktar kotba magħrufa tagħha hemm Il-Każ (kważi) kollu tal-aħwa De Molizz u s-serje ta’ Jake Cassar. Bosta stejjer ġew ippubblikati f’rivisti barra minn Malta u l-ġabra ta’ novelli Kulħadd ħalla isem warajh ġiet ippubblikata l-Kroazja, l-Ungerija, l-Eġittu u s-Slovenja. Ir-rumanz tagħha Castillo, ġie ppubblikat bl-Għarbi u bit-Taljan, waqt li fix-xhur li ġejjin se jkun ippubblikat bl-Ingliż u bl-Ungeriż. Dan ir-rumanz ġie addattat għall-palk kif ukoll għat-televixin mill-kumpanija Take Two.

NBP FINALISTS 1080x1080px MLT