NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
CAMERATA - Aleks Farrugia

Camerata!

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Rumanzi’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Fl-1936, l-Ewropa qed tbaqbaq bil-prospett ta’ gwerra oħra mdemmija. Fl-Italja qed jinħema pjan biex Mussolini jinvadi lil Malta, u f’Malta għandu l-għajnuna. Wara li tinstab mappa misterjuża, Salvu Camilleri jiġi msejjaħ biex jinvestiga. Imma xejn mhu kif jidher: jeżistu dinjiet paralleli, li fid-deher m’għandhomx rabta bejniethom. Strada Stretta, l-imperu kriminali, u Strada Rjali, it-triq tal-politika u r-rispettabilità. Imma kif isir jaf Camilleri, xejn ma jiċċaqlaq fuq naħa li ma jkunx imbierek min-naħa l-oħra u kull imperu jserraħ fuq l-ieħor.

Pubblikatur
SKS Publishers

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

aleks_farrugia01

Awtur: Aleks Farrugia

Aleks Farrugia (1978) huwa awtur, storiku u ġurnalist. L-ewwel xogħol tiegħu kien id-dramm Iħirsa fil-Mera. Fl-2016 ħareġ l-ewwel rumanz tiegħu Grasshopper, li kien finalist għall-Premju tal-Ktieb. Huwa rebaħ il-premju fil-kategorija tan-novelli b’Għall-Glorja tal-Patrija fl-2020. Kittieb ta’ drammi u ppubblika wkoll kitbiet akkademiċi fuq it-teatru, l-istorja u l-filosofija.

NBP FINALISTS 1080x1080px MLT