NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
Il-Ktieb ta San Guzepp - Andrew Borg

Il-Ktieb ta’ San Ġużepp : Ġabra ta’ Studji

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Riċerka Ġenerali’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Dan huwa l-ktieb li Malta, irrappreżentata minn kittieba studjużi, trid tħalli b’wirt fl-okkażjoni tal-150 sena minn meta l-Papa Piju IX pproklama lil San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali. Dan huwa l-monument ta’ tifkira li dawk li tant iħobbu lil dan il-qaddis, dawk li jsejħu lilhom infushom l-aħwa ta’ San Ġużepp, iridu jħallu lil ta’ warajhom b’tifkira ta’ dan l-anniversarju kbir, għax wara kollox x’hemm isbaħ mill-għarfien u t-tagħlim?

Pubblikatur
Deer Publications

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Andrew Borg

Awtur: Andrew Borg

Andrew Borg jispeċjalizza f’riċerka fuq San Ġużepp, it-tradizzjoni tal-Knisja u l-maġisteru. Jikteb ukoll stejjer għat-tfal, ġeneralment fuq ħajjet il-qaddis. Irnexxielu jdaħħal mill-ġdid dan il-ġeneru ta’ kitba b’mod modern u li jiġbed l-attenzjoni tal-qarrejja ċkejknin. Borg jikkollabora ma’ awturi oħra u jagħmel ħafna xogħol editorjali. L-akbar proġett tiegħu huwa mal-fotografu Mark Micallef Perconte, li jikkonsisti fil-produzzjoni ta’ enċiklopedija tal-festi Maltin, Ilwien il-Festi Maltin. Bħalissa qed jipproduċi serje ta’ kotba fuq San Ġużepp, bil-magna opus tiegħu tkun Il-Ktieb ta’ San Ġużepp – Ġabra ta’ Studji li fih ħadem ma’ 20 awtur ieħor għal ktieb ta’ 800 paġna, li jagħmlu punt ta’ riferiment tal-Ġuzeppoloġija, fergħa teoloġika.

NBP FINALISTS 1080x1080px MLT