NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
Il-Parabboli Tal-Imgienen - Keith Borg

Il-Parabboli Tal-Imġienen

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Novelli’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Keith Borg jippreżenta ġabra ta’ stejjer qosra li jiskomodaw il-ħsieb, li jaħsdu u jniffdu lir-ruħ. Stejjer surreali li jilgħabu bl-ispag tar-realtà u l-fantasija. Huma stejjer li fihom insibu villaġġ stramb, inkontru mad-divin (forsi), Repubblika mnejka, ċess, sess, u tuffieħ, u l-għajnejn moħbija li dejjem josservaw il-fraġilità tal-bniedem.

Pubblikatur
Merlin Publishers

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Keith Borg

Awtur: Keith Borg

Keith Borg (1984) studja l-Komunikazzjoni u l-Malti fl-Università ta’ Malta. Kiseb Maġisteru fit-Tradizzjoni Letterarja u l-Kultura Popolari (2014). Ħa sehem f’għadd ta’ ljieli letterarji, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Fl-2017 ippubblika l-ewwel ġabra ta’ poeżiji bit-titlu hemm qarsa fil-vers (Klabb Kotba Maltin). Ippubblika wkoll novella fl-antoloġija Skariġġi (2012) u xi poeżiji tiegħu ġew tradotti u ppubblikati bil-Grieg u l-Isloven. Fl-2021 ippubblika ktieb ta’ stejjer qosra, Il-Parabboli tal-Imġienen (Merlin Publishers). Iħares lejn il-letteratura bħala mezz biex jifhem aħjar lid-dinja, il-bnedmin, u fuq kollox lilu nnifsu.
NBP FINALISTS 1080x1080px MLT