NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
In-Nisa Ferrieha ta' Windsor - Alfred Palma

In-Nisa Ferrieħa ta’ Windsor

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Traduzzjoni’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Din il-kummiedja ħelwa, li sseħħ f’Windsor, Berkshire, l-Ingilterra, fi żmien Neriku IV, dehret fuq il-palk fl-1600, u ġiet stampata fl-1602. L-udjenzi ħabbew din il-kummiedja u matul is-sekli baqgħet tgawdi popolarità kbira, l-aktar minħabba l-iskartaturi ħelwin tagħha. Issa, qiegħda f’idejn il-qarrejja bil-Malti wkoll. Għaddew mijiet ta’ snin minn fuqha; iżda bħal kull ħaġ’oħra sabiħa, għadha (u tibqa’) friska daqs warda għadha tiftaħ fir-rebbiegħa.

Pubblikatur
Awtopubblikazzjoni

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Alfred Palma DANTE logo

Awtur: Alfred Palma

Alfred Palma huwa traduttur ta’ diversi xogħlijiet ewlenin għall-Malti, fosthom it-traduzzjoni tad-drammi kollha ta’ Shakespeare u d-Divina Commedia ta’ Dante Alighieri. L-aktar traduzzjoni riċenti tiegħu hija In-Nisa Ferrieħa ta’ Windsor, minn The Merry Wives of Windsor ta’ Shakespeare, li ġiet innominata mal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022. Dan id-dramm komiku huwa wieħed mill-aktar drammi maħbubin ta’ Shakespeare, u l-kompożitur Giuseppe Verdi żied jimmortalizzah bl-opra brillanti tiegħu Falstaff, fuq librett stupend ta’ Arrigo Boito.
NBP FINALISTS 1080x1080px MLT