NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
Kwarantina - Charles Flores

Kwarantina

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Traduzzjoni’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

X’aktarx li l-aktar kelma fil-vokabularju dinji li smajna u għadha tirbombja fost il-ġnus u l-ilsna tagħhom tul din l-aħħar sentejn hija kwarantina. Il-kwarantina ta’ Jim Crace issib fiha sfida spiritwali, magħġuna fl-immaġinazzjoni u l-kreattività ta’ kittieb li jwassal tqanqil ruħu b’mod li jsaħħrek. X’aktarx anki jaħsdek, kultant forsi anki jgħaddbek. Għal Charles Flores, din it-traduzzjoni kienet bħal leħħa ta’ berqa f’waqt opportun. Bejn twemmin u nuqqas – jew tmermir – ta’ twemmin hemm baħar jaqsam u għexieren ta’ interpretazzjonijiet.

Pubblikatur
Horizons

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Charles Flores [image 2]

Awtur: Charles Flores

Charles Flores twieled il-Kalkara f’Marzu tal-1948. Huwa membru tal-Akkademja tal-Malti. Kiteb bosta xogħlijiet ġurnalistiċi u letterarji f’ġurnali u rivisti Maltin u barranin kif ukoll għadd ġmielu ta’ versi għal kanzunetti Maltin. Huwa wkoll awtur ta’ diversi kotba bil-Malti u bl-Ingliż. Il-poeżiji tiegħu nqalbu wkoll għat-Taljan, l-Għarbi, il-Franċiż, l-Albaniż, u s-Serbo-Kroat.
NBP FINALISTS 1080x1080px MLT